Proposti tal-GRTU
Illum il-GRTU wara 60 sena ta` esperjenza, bhala r-rapprezentant nazzjonali tas-self employed u n-negozji zghar ta` pajjizna, kif ukoll bhala l-promutur ta` numru infit ta` proposti u suggerimenti ghal tishih ta` l-intraprizi f-pajjizna, tghallimna li l-aktar moghod effettiv li jittwassal messagg b`sahhtu hu li nohorgu l-proposti taghna min zmien ghal zmien b'format ta` Manifest f'isem l-intraprizi z-zghar.
Dan il-Manifest jigi mahdum b'konsultazzjoni shiha u kontinwa mal-membri u jibqa` jigi aggornat skond il-kwistjonijiet li jinqalghu, dak li jkun qed jigi propost mill-Gvern, kif ukoll ic-cirkustanzi ekonomici u socjali li jitilghu min zmien ghal zmien. Illum dan isir ukoll fi sfond ta` Malta bhala membru shih ta` l-Unjoni Ewropeja.
Il-proposti taghna ma jinhadmux ghal sena wahda izda jkollhom l-ghan li jintlahqu sa 3 jew 4 snin. Barra dan il-GRTU tenfasizza wkoll punti differenti skond il-bzonn u s-sitwazzjoni tal-mument.
Realta` Ewropea
It-Tema ewlenija bhalissa hi li nwasslu r-realta` Ewropea lic-cittadin, specifikament lis-sidien tan-negozji u lis-self employed. Il-GRTU taghmel dan billi tohrog gazzetta b'informazzjoni u tikkonsulta mall-membri fuq tibdil ta` ligijiet jew dhul ta` ligijiet godda u b'laqghat kontinwi kemm fl-ufficju centrali fil-Belt u kemm fil-lokalitajiet. Niddependu wkoll fuq l-ispazju li ttina l-media.
Il GRTU hi attiva hafna wkoll fuq livell Ewropew mill-ishubija taghna diretta fl-European Economic and Social Committee (EESC), fl-EuroCommerce li jirraprezentaw organizzajonijiet nazzjonali tal-hwienet u kummercjanti, u fl-UEAPME li jirraprezentaw organizzazjonijiet nazzjonali ta` entraprizi zghar u medji. Hawn ahna nipprezentaw is-suggerimenti taghna, inhaddmu l-proposti ta` l-imsiehba taghna u maghhom nidjalogaw mall-Kummissjoni Ewropea f'ishem in-negozji Maltin.
F'Malta il-GRTU hi attivissima fil-fora kollha fejn ikunu discussi l-interessi tan-negozji zghar. Ghandna livell ta` konsultazzjoni mill-eqreb mal-Gvern u l-Entitajiet Pubblici.
Lokalitajiet
Tema importanti ghall-GRTU hi l-lokalita`. Ahna l-organizzazjoni nazzjonali li ghandna prezenza qawwija fil-lokalitajiet kollha ta` Malta u Ghawdex u ghalhekk naghtu importanza kbira lill-attivita` ekonomika fil-lokalita`. Ahna grati tar-relazzjoni tajba mall-bicca l-kbira tal-Kunsilli Lokali u nahdmu sabiex ikun iffacilitat ix-xoghol fill-lokalitajiet. Sfortunatament ghadu jsir wisq emfasi fuq ic-centri magguri tax-xoghol, ta' l-industrija u l-kummerc u ninsew li l-bicca l-kbira ta` l-impjiegi jinholqu fil-lokalita. Kliem favur il-lokalita` u n-negozji zghar hemm hafna imma fatti ftit li xejn u xoghlna hu li naraw aktar fatti.
Il-GRTU temmen li l-htigijiet ekonomici, ambjentali u socjali tal-lum jesigu strategija ta` incentivi tajba li jkattru l-holqien ta` intraprizi fil-lokalitajiet u li joholqu aktar opportunitajiet ta` xoghol permezz tat-teleworking, ix-xoghol li ‘llum isir fl-istabbilimenti kbar fic-centri ewlenin jibda dejjem isir fil-lokalita`. Ma taghmilx sens li llum ingibu l-back office work f'Malta minn New Zealand, l-Awstralja u l-Amerika meta m'ghandniex hila inwasslu x-xoghol minn tas-Sliema, il-Belt, il-Marsa u Bulebel ghall-irhula taghna. In-nisa, iz-zghazagh u wkoll l-anzjani ghandna ingibulhom ix-xoghol fir-rahal u mhux nifilguhom jaqsmu Malta ghall-ftit sijghat li jkollhom ghax-xoghol.
Irridu l-Gvern johloq incentivi biex ix-xoghol fil lokalita` jissahhah, l-infieq tan-nies isir aktar fil-lokalita` taghhom u l-lokalita` tigbed lejha attivita` turistika u ohra li jaghmlu l-lokalita` dejjem aktar sostenibbli. Hekk intaffu l-problema ta` l-ambjent u niffacilitaw l-impjiegi tan-nisa, dan ghaliex dawn ghandhom hin limitat li jistghu jiddedikaw ghax-xoghol, nofs dan jigi mohli fl-ivjaggar. Dwar dan il-GRTU ghanha position paper dettaljata.
Incentivi:
-
Tax allowance ghall-izviluppaturi li lesti li jinvestu go facilitajiet ta` ufficini go lokalitajiet
-
Estensjoni ta` l-iskema specjali tad-djar tal-host families li huma lesti li jikru il-kmamar taghhom lit-turisti
-
Jinghataw premji lill-Kunsilli Lokali li jaghtu appogg lill-entraprizi u tkabbir ekonomiku. Local Authority Business Growth Incentive (LABGI)
-
Negozji u l-ambjent li jahdmu fih
-
Partecipazzjoni tal-komunita` kummercjali fil-votazzjoni ghall-Kunsilli Lokali
-
Sistemi ta` trasport imtehjjeb sabiex jintlahqu l-lokalitajiet kollha. Skemi prattici biex b`serjeta` jintlahqu ahjar l-irhula u z-zoni rurali
-
Attenzjoni partikolari lejn il-farms iz-zghar li qed jinqerdu minhabba nuqqas ta` pjanar tajjeb
-
Pjan miftihem biex titmewwet il-marda tal-late payments
-
Program li jiggieled bis-serjeta` l-kriminalita` fil-lokal u l-biza` zejda li saru jsofru minnha n-nies tal-hwienet u l-impjegati
-
Espansjoni tal-progett ghall-inkoraggiment tal-e-commerce. Emfasi biex ikomplu jonqsu t-tariffi tat-telekomunikazzjoni.
-
L-Ambjent ta` hafna fic-centri kummercjali u minn fejn jahdmu l-entraprizi z-zghar ghadu batut allavolja sar hafna progress fl-ahhar snin
Pizijiet amministrattivi
L-investiment u t-tkabbir ta` l-ekonomija hija tema importanti hafna ghall-GRTU. Il-GRTU tinsisti li s-sid tan-negozju ghandu jinzamm sodisfatt sabiex ikabbar, jinvesti u jzid l-impjiegi. Sfortunatament wara hafna snin nghidu dan ghadna meta nkejlu il-pizijiet ta` mili ta` formularji u hela ta` hin f'burokrazzija ghadna nsibu li s-sid tan-negozju aktar jqatta` hin jaghmel dan milli jiffoka fuq in-negozju tieghu u jwettaq strategiji biex itejjbu.
Il-GRTU trid tara li b'effett mill-bagit li gej lil-Gvern jiehu l-ezempju ta' l-Olanda u jfassal targets precizi b'figuri li jridu jintlahqu biex l-impatt tal-burokrazija fuq il-kummerc jitnaqqas b'mod kalkolat. Matul dawn l-ahhar snin bdejna nhaddmu b'success numru ta' incentivi bbazati fuq tax allowances agevolati u tax credits. Il-Gvern irid ikompli f'din it-triq.
L-islogan tal-GRTU hi "Halluna Nahdmu". In-negozji llum ma jridux sussidji u ghajnuna specjali, iridu biss li jithallew jaghmlu xogholhom minghajr hafna ndhil zejjed u kumplikazzjonijiet. Il-Gvern ghandu dejjem jistaqsi kif jista' jiffacilita l-hajja tan-negozji zghar u medji u mhux jibqa' jahseb biss kif ser iroxx il-mijuni biex jaqla` u jehles minn dak li qdiem. Hemm hafna oqsma ohra fejn il-GRTU thoss li l-Gvern naqas jekk veramnet ried ikabbar il-produttivita` tan-negozji zghar.
Punti
-
Ilna nghidu zmien li kull decizjoni tal-Gvern ghanda issirilha Impact Assessment u jitfassal mitigation plan sabiex il-hsara tkun pacuta. Fejnhom dawk l-istudji? Liema proposta saret wara Impact Assessment indipendenti?
-
Qeghdin nitkellmu hafna fuq simplifikazzoni, specjalment fejn jidhlu proposti socjali, ambjentali, jew ta' protezzjoni tal-konsumatur. Il-GRTU ghad trid tara din is-simplifikazzjoni ghax il-formolarji qeghdin dejjem jigu aktar ikkumplikati.
-
Kemm semmejna l-kwistjoni ta' Red Tape. Jekk thares lejn ir-regolamenti tax-xoghol tiggennen. Illum negozju zghir jaqbillu ma jhaddimx.
-
Tax simplification: ghamilna passi ‘l quddiem u certu formularji gew irrangati izda waqafna. Hemm ghalfejn nibqghu b'din il-kumplikazzjoni ta` audits?
-
M'hix vera li l-standards huma mahduma with the small business in mind. Saru biex l-accountants jibqghu ipappuwa. Illum bir-returns ikkumplikati li hemm ma tistghax tmexxi anqas l-izghar negozju jekk ma jkollokx l-accountant u l-avukat mieghek. Pajjizi ohra sabu tarf. Cipru titlef ftit kaxxi biss fir-return tal-VAT u ghal aktar minn kumpanija wahda il-consolidated accounts tohroghom malajr.
Kostruzzjoni u investiment fil-propjeta`
Il-waqgha ta` l-attivita` fis-suq tal-kostruzzjoni hi ta` inkwiet kbir ghall-GRTU mhux biss ghaliex tirrapprezenta l-izviluppaturi izda wkoll ghal-membri taghha kollha l-ohra. Bhalissa l-investitur qed jibza` jinvesti ghax is-suq mhux stabbli u l-banek qed jaqtghu qalb in-nies. In-nies bhal membri taghna iridu affordabilita`. Il-GRTU bhala principju tinkoraggixxi x-xiri ta` propjeta` mhux il-kiri.
Ta` min isemmi l-izball kbir li sar f'dan ir-rigrard fil-proposti li saru fil-White Paper tar-riforma fil-ligijiet tal-kirjiet kummercjali. Il-GRTU diga` pprezentat il-proposta` taghha li hi bbazata fuq fatti, studju ta` kazi u konsultazzjoni mal-membri. Dan sfortunatament ma jistghax jinghad ghal kif inhadmet il-White Paper. Din il-White paper hi dizappunt kbir ghall-GRTU specjalment fi zmien fejn L-Unjoni Ewropeja qeghda tohrog Att sabiex tinghata importanza magguri lill-Entrapriza u l-emfasi ta` kull Direttiva hi fuq il-principju tat "think small first".
Il-GRTU studjat il-ligijiet ta` kiri ghal stabbiliment kummercjali ta` pajjizi ohra, fosthom tal-pajjiz li bhalissa ghandu l-presidenza, Franza. Il-ligi tal-kera fi Franza hi wahda tajba hafna u ta` vantagg ghal partijiet koncernati kollha. Waqt li l-Att ta` Franza jipprovdi l-protezzjoni gusta kollha ghal kull min jikri tipprovdi wkoll protezzjoni specifika ghal sid il-kerha. Ghaldaqstant nappellaw li l-ligi ta` Franza tigi studjata sew ghaliex hafna mizuri essenzjali minnha m'humiex qeghdin fil-White Paper.
Idea ohra hi skema ta` tax relief mil-gwadanji kapitali biex sid il-post ikun jista` jbigh, din tajba anke fil-kas tar-residenzjali. Bi grant ta` 10,000 fuq propjeta` ta 50,000 u jinvesti 5 miljuni f'dan il-grant ikun nehha ammont kbir ta` propjeta` mis-suq. Il-Gvern b'kumbinazzjoni ta` bolla, income tax u VAT imur xorta min fuq. Kull pass li jsir b'din l-iskema tkun wahda dejjem ‘l quddiem mhux lura.
Dwar il-kostruzzjoni u zvilupp irridu wkoll inhaddnu l-kuncett li dahhalna dan l-ahhar, fejn l-incentiva kienet tfisser ukoll li l-hlas isir mit-taxxa dovuta min-negozjant jew inkella b'zieda mat-tax allowances li wiehed inaqqas mit-total ta dhul taxxabli. Ghamilna dan b'success, b'hekk inkoraggejna l-investiment fl-e-commercer, l-apparat gdid ta` l-IT u xiri tal-kompjuters. Issa rridu li mit-taxxi dovuti jinghataw incentivi lill-izviluppaturi biex dawn joholqu bini li jkun energy saving u li joffru l-facilitajiet ohra mixtieqa. Dan ifisser li kull fejn hu possibli l-incentiva trid tithaddem. Din mhux ittellef il-gvern mid-dhul tat-taxxi izda tohloq attivita gdida li twassal ghal gid kommuni mixtieq u miftiehem.
Riforma fit-taxxa
-
Is-sistema ta` simple withholding tax fuq id-dhul li giet addottata ghall-bdiewa tinfetah ghal setturi ohra
-
Self employed u negozji zghar mhux inkorporati li ghandhom dhul ta` anqas minn €600,000 jinghataw l-opzjoni li jiehdu 3% withholding tax u turnover. Fejn id-dhul mhux immedjatament kalkolabli tinghata` hlas fuq bazi quartjarja.
Ghal ambjent ahjar
-
Tnehhija tat-taxxa ta` l-eco contribution li tigi mibdula f'registrazzjoni ma` skema ta` gbir ta` skart approvata.
Taxxa tar-registrazzjoni fuq passenger coaches
Introduzzjoni tar-riformi necessarji li jinvolvu it-tnehhija totali tat-taxxa tar-registrazzjoni bil-kundizzjoni li l-operatur tal-coach illicenzjata ikun parti mill- End of Life Vehicle registration scheme.
Small Business Act (SBA)
Kif gie spjegat fid-dokument ta` qabel il-budget fuq l-SBA, li se jigi mibdul fi strument li verament ser jissimplifika il-hajja ghall-SMEs mhux bizzejjed. Meta nisimghu xi haga bhal din nindunaw mall-ewwel li wara din is-sentenza m'hemmx strategija u pjan ta` kif verament ser issir. Il-Gvern Malti irid jifhem li din hija bicca ligi importanti hafna. Aktar xoghol hu ta` bzonn f'dan ir-rigward.
Politika ghall-Entraprizi
In-negozju jezisti biex jaghmel qliegh. Il-qliegh jista' jaghmlu fejn ma tantx hu mehtieg biex jizdied il-valur mizjud ekonomiku ta' pajjizna u jitkabbar l-GDP, fejn mhux tant mehtieg ghat-twettieq tal-pjan strategiku ekonomiku u socjali jew jista' isir fejn hu meqjus ta' prijorita`. Ezempju ta' dan hu l-investiment fl-IT u fil-HiTech milli f'oqsma aktar tradizzjonali ghax dak li ser isir fi Smart City hu mportanti li jsir mill-Maltin u mhux mill-barranin ghax il-Maltin ikunu ghadhom jinvestu banda ohra. Irridu l-izvilupparturi Maltin jiehdu bis-serjeta` l-opportunitajiet godda ta' investiment fil-portijiet; irridu lill-Maltin joholqu opportunitajiet godda ta' innovazzjoni u ta' xoghol gdid ghaz-zghazagh u ghan-nisa taghna. Il-Gvern irid johloq sistema ta' tassazzjoni u tax credits li tinkuraggixxi u tiskuraggixxi. L-Investitur jaf jaghmel il-kalkoli tieghu. Fejn jara` li t-taxxa se tagevola jmexxi, fejn jara li se tghabbilu jwarrab. Jekk kollox jibqa' xorta jibqa' jaghmel dak li dejjem ghamel, jinvesti fil-blokok ta' appartamenti mhux fil-portijiet; u fir-retailing u servizzi tradizzjoni mhux fl-IT.
Hemm bzonn ta` pakkett ta` proposti li bihom il-Gvern ikun aktar flessibli, mibnija fuq tax credits u allowances sabiex jghin lin-negozji jimxu f'certu direzzjoni. Dwar dan il-GRTU ghanda proposti dettaljati.
Proposti:
-
Servizz ta` appogg ahjar ghall-investiment u uzu tajjeb tal-potenzjal innovattiv
-
o F'Malta qeghdin nitkellmu hafna fuq l-innivazzjoni izda hi teoretika u m'ahniex napprezzaw l-ideat u l-innovazzjoni li hierga mill-SMEs li ghax ma tikkwalifikax mal-istandards ta` hi-tech imfassal mill-esperti ma tikkwalifikax
-
o Aktar attenzjoni ghall-istandards: sirna tajbin biex noholquhom u zopop fl-enforcement
-
SMEs need public support to get sufficient access to finance
-
o Sufficient financial means for risk sharing instruments
-
o Risk sharing models; eligibility for State Aid
-
Flexicurity
-
o Working time directive
-
o Define ways to increase the dynamic on the labour market
-
o Make lifelong learning a reality
-
o Recognition of vocational education and training
-
Environmental Policy – "think small first" approach
-
o Compliance Assistance Programme for SMEs in the environment
-
o Revision of the Waste Framework Directive making it more compatible with the Internal Market
-
Better governance
-
o Protezzjoni: Meta se tinbidel il-ligi biex business li jigi mqarraq min bejgh li sarlu minn business iehor ikun protett. X'jigfieri bhal fil-kas li accennajna ricentement tad-direttorji kummercjali li nbnew fuq l-ifrodar jithallew ghax m'hawnx min jipprotegi il-vittma.
-
o Minimum consultation time of 8-12 weeks
-
o Promote strong and representative Craft and SME associations
-
o Involve representative Craft and SME
-
o Facilitate the bipartite social dialogue; deepen tripartite concentration
-
Ensuring a Level Playing Field
-
o Competition policy: X`jiswa li jsiru r-regolamenti bla enforcement. Sid il-hanut ma jiflahx aktar ghall-kompetizzjoni ta` nies li jevadu t-taxxa, jimpurtaw kull ma jistghu bla VAT, eco tax u bla inkwiet fuq ambjent. Dawn ghalhekk jifilhu jqacctu l-prezzijiet qisu xejn m'hu xejn. Enforcement kwazi bah. Ghandna issa l-emigranti li jaghmlu li jridu u jfaqqsu negozji u jiccaqalqu min post ghall-iehor, u jekk tikkritika jghajruk razzist.
-
o Care sector
-
o Charities
-
o Informal economy
-
o Commercial confidentiality
Edukazzjoni
-
Eluf kbar ta` self employed u haddiema huma kwalifikati pero` jidrhu li m'huniex. Dan bic-certifikazzjoni li ghandna li ma tirrikonoxxix lill min ikkwalifika fis-sena tal-bank tax-xoghol
-
Non-codified specific qualifications systems
-
Developing SME clusters and demand oriented offers to vocational training
Aid schemes
-
Alleviate effects of rising fuel costs on businesses, growth and employment
-
Small Businesses Rate Relief Scheme (SBRRS)- Alleviates the rate bill for many small businesses
-
Reform of Capital Gains Tax (CGT)
-
Entrepreneurs get a 10% rate on the first £1 million of gain
Sahha u sigurta`
-
Irridu nahdmu wkoll permezz ta` incentivi godda biex id-djar ta` l-assigurazzjonijiet jirikonoxxuta aktar il-bzonnijiet tan-negozji u ma jesagerawx fil-prezzijiet
-
Irid isir aktar xoghol biex is-sidien ta` negozji ikunu kopert ahjar b'assigurazzjoni tas-sahha u mharrga ahjar f'health and safety
Pensjonijiet
Meta se nibdew inwettqu l-proposti ghal skemi ahjar ta` pensjonijiet ghal selfemployed u l-haddiema maghhom? Fejnhom it-tax credits biex jinholqu dawn l-iskemi ta` penzjonijiet u jinataw il-vantaggi lil min jinvesti fijhom?
Hemm hafna kwistjonijiet ohra li in-negozji zghar m'humix agevolati li dwarhom qas ghandna dibattitu bhal ma hi n-national wage, l-impjieg ta` l-emigranti li jirkbu d-dghajjes, il-parental leave, il-moghod kif jahdem l-employment u l-konsumer affairs tribunal. Dawn u hafna kwistjonijiet ohra li qajjimna juru li l-mentalita` li ghadha tahkem is-settur pubbliku hi wahda li mhux vera tikkunsidra is-sid bhala punt prioritarju. Mhux vera jemmnu li l-entraprizi huma forza qawwija tal-GDP ta` Malta u li huma s-sinsla ta` l-ekonomija.
Nixtieq nghid hafna aktar u nispera li jien u shabi ikollna cans nispjegaw lilna nfusna fil-workshops. Il-propoti taghna se jkunu fuq il-website tal-GRTU aktar tard din il-gimgha fuq http://www.grtu.eu/. Infakkar llil min irid jibqa up to date jista` jibghat email fuq u ninklludukom fil mailing list taghna.a