SME Chamber

Bagit 2009

Proposti tal-GRTU

Illum il-GRTU wara 60 sena ta` esperjenza, bhala r-rapprezentant nazzjonali tas-self employed u n-negozji zghar ta` pajjizna, kif ukoll bhala l-promutur ta` numru infit ta` proposti u suggerimenti ghal tishih ta` l-intraprizi f-pajjizna, tghallimna li l-aktar moghod effettiv li jittwassal messagg b`sahhtu hu li nohorgu l-proposti taghna min zmien ghal zmien b'format ta` Manifest f'isem l-intraprizi z-zghar.

Dan il-Manifest jigi mahdum b'konsultazzjoni shiha u kontinwa mal-membri u jibqa` jigi aggornat skond il-kwistjonijiet li jinqalghu, dak li jkun qed jigi propost mill-Gvern, kif ukoll ic-cirkustanzi ekonomici u socjali li jitilghu min zmien ghal zmien. Illum dan isir ukoll fi sfond ta` Malta bhala membru shih ta` l-Unjoni Ewropeja.

Il-proposti taghna ma jinhadmux ghal sena wahda izda jkollhom l-ghan li jintlahqu sa 3 jew 4 snin. Barra dan il-GRTU tenfasizza wkoll punti differenti skond il-bzonn u s-sitwazzjoni tal-mument.

Realta` Ewropea

It-Tema ewlenija bhalissa hi li nwasslu r-realta` Ewropea lic-cittadin, specifikament lis-sidien tan-negozji u lis-self employed. Il-GRTU taghmel dan billi tohrog gazzetta b'informazzjoni u tikkonsulta mall-membri fuq tibdil ta` ligijiet jew dhul ta` ligijiet godda u b'laqghat kontinwi kemm fl-ufficju centrali fil-Belt u kemm fil-lokalitajiet. Niddependu wkoll fuq l-ispazju li ttina l-media.

Il GRTU hi attiva hafna wkoll fuq livell Ewropew mill-ishubija taghna diretta fl-European Economic and Social Committee (EESC), fl-EuroCommerce li jirraprezentaw organizzajonijiet nazzjonali tal-hwienet u kummercjanti, u fl-UEAPME li jirraprezentaw organizzazjonijiet nazzjonali ta` entraprizi zghar u medji. Hawn ahna nipprezentaw is-suggerimenti taghna, inhaddmu l-proposti ta` l-imsiehba taghna u maghhom nidjalogaw mall-Kummissjoni Ewropea f'ishem in-negozji Maltin.

F'Malta il-GRTU hi attivissima fil-fora kollha fejn ikunu discussi l-interessi tan-negozji zghar. Ghandna livell ta` konsultazzjoni mill-eqreb mal-Gvern u l-Entitajiet Pubblici.

  

Lokalitajiet

Tema importanti ghall-GRTU hi l-lokalita`. Ahna l-organizzazjoni nazzjonali li ghandna prezenza qawwija fil-lokalitajiet kollha ta` Malta u Ghawdex u ghalhekk naghtu importanza kbira lill-attivita` ekonomika fil-lokalita`. Ahna grati tar-relazzjoni tajba mall-bicca l-kbira tal-Kunsilli Lokali u nahdmu sabiex ikun iffacilitat ix-xoghol fill-lokalitajiet. Sfortunatament ghadu jsir wisq emfasi fuq ic-centri magguri tax-xoghol, ta' l-industrija u l-kummerc u ninsew li l-bicca l-kbira ta` l-impjiegi jinholqu fil-lokalita. Kliem favur il-lokalita` u n-negozji zghar hemm hafna imma fatti ftit li xejn u xoghlna hu li naraw aktar fatti.

Il-GRTU temmen li l-htigijiet ekonomici, ambjentali u socjali tal-lum jesigu strategija ta` incentivi tajba li jkattru l-holqien ta` intraprizi fil-lokalitajiet u li joholqu aktar opportunitajiet ta` xoghol permezz tat-teleworking, ix-xoghol li ‘llum isir fl-istabbilimenti kbar fic-centri ewlenin jibda dejjem isir fil-lokalita`. Ma taghmilx sens li llum ingibu l-back office work f'Malta minn New Zealand, l-Awstralja u l-Amerika meta m'ghandniex hila inwasslu x-xoghol minn tas-Sliema, il-Belt, il-Marsa u Bulebel ghall-irhula taghna. In-nisa, iz-zghazagh u wkoll l-anzjani ghandna ingibulhom ix-xoghol fir-rahal u mhux nifilguhom jaqsmu Malta ghall-ftit sijghat li jkollhom ghax-xoghol. 

Irridu l-Gvern johloq incentivi biex ix-xoghol fil lokalita` jissahhah, l-infieq tan-nies isir aktar fil-lokalita` taghhom u l-lokalita` tigbed lejha attivita` turistika u ohra li jaghmlu l-lokalita` dejjem aktar sostenibbli. Hekk intaffu l-problema ta` l-ambjent u niffacilitaw l-impjiegi tan-nisa, dan ghaliex dawn ghandhom hin limitat li jistghu jiddedikaw ghax-xoghol, nofs dan jigi mohli fl-ivjaggar. Dwar dan il-GRTU ghanha position paper dettaljata.

Incentivi:

  • Tax allowance ghall-izviluppaturi li lesti li jinvestu go facilitajiet ta` ufficini go lokalitajiet
  • Estensjoni ta` l-iskema specjali tad-djar tal-host families li huma lesti li jikru il-kmamar taghhom lit-turisti
  • Jinghataw premji lill-Kunsilli Lokali li jaghtu appogg lill-entraprizi u tkabbir ekonomiku. Local Authority Business Growth Incentive (LABGI)
  • Negozji u l-ambjent li jahdmu fih
    • Partecipazzjoni tal-komunita` kummercjali fil-votazzjoni ghall-Kunsilli Lokali
    • Sistemi ta` trasport imtehjjeb sabiex jintlahqu l-lokalitajiet kollha. Skemi prattici biex b`serjeta` jintlahqu ahjar l-irhula u z-zoni rurali
    • Attenzjoni partikolari lejn il-farms iz-zghar li qed jinqerdu minhabba nuqqas ta` pjanar tajjeb
    • Pjan miftihem biex titmewwet il-marda tal-late payments
    • Program li jiggieled bis-serjeta` l-kriminalita` fil-lokal u l-biza` zejda li saru jsofru minnha n-nies tal-hwienet u l-impjegati
    • Espansjoni tal-progett ghall-inkoraggiment tal-e-commerce. Emfasi biex ikomplu jonqsu t-tariffi tat-telekomunikazzjoni.
    • L-Ambjent ta` hafna fic-centri kummercjali u minn fejn jahdmu l-entraprizi z-zghar ghadu batut allavolja sar hafna progress fl-ahhar snin

 

Pizijiet amministrattivi

L-investiment u t-tkabbir ta` l-ekonomija hija tema importanti hafna ghall-GRTU. Il-GRTU tinsisti li s-sid tan-negozju ghandu jinzamm sodisfatt sabiex ikabbar, jinvesti u jzid l-impjiegi. Sfortunatament wara hafna snin nghidu dan ghadna meta nkejlu il-pizijiet ta` mili ta` formularji u hela ta` hin f'burokrazzija ghadna nsibu li s-sid tan-negozju aktar jqatta` hin jaghmel dan milli jiffoka fuq in-negozju tieghu u jwettaq strategiji biex itejjbu.

Il-GRTU trid tara li b'effett mill-bagit li gej lil-Gvern jiehu l-ezempju ta' l-Olanda u jfassal targets precizi b'figuri  li jridu jintlahqu biex l-impatt tal-burokrazija fuq il-kummerc jitnaqqas b'mod kalkolat. Matul dawn l-ahhar snin bdejna nhaddmu b'success numru ta' incentivi bbazati fuq tax allowances agevolati u tax credits. Il-Gvern irid ikompli f'din it-triq.

L-islogan tal-GRTU hi "Halluna Nahdmu". In-negozji llum ma jridux sussidji u ghajnuna specjali, iridu biss li jithallew jaghmlu xogholhom minghajr hafna ndhil zejjed u kumplikazzjonijiet. Il-Gvern ghandu dejjem jistaqsi kif jista' jiffacilita l-hajja tan-negozji zghar u medji u mhux jibqa' jahseb biss kif ser iroxx il-mijuni biex jaqla` u jehles minn dak li qdiem. Hemm hafna oqsma ohra fejn il-GRTU thoss li l-Gvern naqas jekk veramnet ried ikabbar il-produttivita` tan-negozji zghar.

Punti

  • Ilna nghidu zmien li kull decizjoni tal-Gvern ghanda issirilha Impact Assessment u jitfassal mitigation plan sabiex il-hsara tkun pacuta. Fejnhom dawk l-istudji? Liema proposta saret wara Impact Assessment indipendenti?
  • Qeghdin nitkellmu hafna fuq simplifikazzoni, specjalment fejn jidhlu proposti socjali, ambjentali, jew ta' protezzjoni tal-konsumatur. Il-GRTU ghad trid tara din is-simplifikazzjoni ghax il-formolarji qeghdin dejjem jigu aktar ikkumplikati.
  • Kemm semmejna l-kwistjoni ta' Red Tape. Jekk thares lejn ir-regolamenti tax-xoghol tiggennen. Illum negozju zghir jaqbillu ma jhaddimx.
  • Tax simplification: ghamilna passi ‘l quddiem u certu formularji gew irrangati izda waqafna. Hemm ghalfejn nibqghu b'din il-kumplikazzjoni ta` audits?
  • M'hix vera li l-standards huma mahduma with the small business in mind. Saru biex l-accountants jibqghu ipappuwa. Illum bir-returns ikkumplikati li hemm ma tistghax tmexxi anqas l-izghar negozju jekk ma jkollokx l-accountant u l-avukat mieghek. Pajjizi ohra sabu tarf. Cipru titlef ftit kaxxi biss fir-return tal-VAT u ghal aktar minn kumpanija wahda il-consolidated accounts tohroghom malajr.

 

Kostruzzjoni u investiment fil-propjeta`

Il-waqgha ta` l-attivita` fis-suq tal-kostruzzjoni hi ta` inkwiet kbir ghall-GRTU mhux biss ghaliex tirrapprezenta l-izviluppaturi izda wkoll ghal-membri taghha kollha l-ohra. Bhalissa l-investitur qed jibza` jinvesti ghax is-suq mhux stabbli u l-banek qed jaqtghu qalb in-nies. In-nies bhal membri taghna iridu affordabilita`. Il-GRTU bhala principju tinkoraggixxi x-xiri ta` propjeta` mhux il-kiri.

Ta` min isemmi l-izball kbir li sar f'dan ir-rigrard fil-proposti li saru fil-White Paper tar-riforma fil-ligijiet tal-kirjiet kummercjali. Il-GRTU diga` pprezentat il-proposta` taghha li hi bbazata fuq fatti, studju ta` kazi u konsultazzjoni mal-membri. Dan sfortunatament ma jistghax jinghad ghal kif inhadmet il-White Paper. Din il-White paper hi dizappunt kbir ghall-GRTU specjalment fi zmien fejn L-Unjoni Ewropeja qeghda tohrog Att sabiex tinghata importanza magguri lill-Entrapriza u l-emfasi ta` kull Direttiva hi fuq il-principju tat "think small first".

Il-GRTU studjat il-ligijiet ta` kiri ghal stabbiliment kummercjali ta` pajjizi ohra, fosthom tal-pajjiz li bhalissa ghandu l-presidenza, Franza. Il-ligi tal-kera fi Franza hi wahda tajba hafna u ta` vantagg ghal partijiet koncernati kollha. Waqt li l-Att ta` Franza jipprovdi l-protezzjoni gusta kollha ghal kull min jikri tipprovdi wkoll protezzjoni specifika ghal sid il-kerha. Ghaldaqstant nappellaw li l-ligi ta` Franza tigi studjata sew ghaliex hafna mizuri essenzjali minnha m'humiex qeghdin fil-White Paper.

Idea ohra hi skema ta` tax relief mil-gwadanji kapitali biex sid il-post ikun jista` jbigh, din tajba anke fil-kas tar-residenzjali. Bi grant ta` 10,000 fuq propjeta` ta 50,000 u jinvesti 5 miljuni f'dan il-grant ikun nehha ammont kbir ta` propjeta` mis-suq. Il-Gvern b'kumbinazzjoni ta` bolla, income tax u VAT imur xorta min fuq. Kull pass li jsir b'din l-iskema tkun wahda dejjem ‘l quddiem mhux lura.

Dwar il-kostruzzjoni u zvilupp irridu wkoll inhaddnu l-kuncett li dahhalna dan l-ahhar, fejn l-incentiva kienet tfisser ukoll li l-hlas isir mit-taxxa dovuta min-negozjant jew inkella b'zieda mat-tax allowances li wiehed inaqqas mit-total ta dhul taxxabli. Ghamilna dan b'success, b'hekk inkoraggejna l-investiment fl-e-commercer, l-apparat gdid ta` l-IT u xiri tal-kompjuters. Issa rridu li mit-taxxi dovuti jinghataw incentivi lill-izviluppaturi biex dawn joholqu bini li jkun energy saving u li joffru l-facilitajiet ohra mixtieqa. Dan ifisser li kull fejn hu possibli l-incentiva trid tithaddem. Din mhux ittellef il-gvern mid-dhul tat-taxxi izda tohloq attivita gdida li twassal ghal gid kommuni mixtieq u miftiehem.

 

Riforma fit-taxxa

  • Is-sistema ta` simple withholding tax fuq id-dhul li giet addottata ghall-bdiewa tinfetah ghal setturi ohra
  • Self employed u negozji zghar mhux inkorporati li ghandhom dhul ta` anqas minn €600,000 jinghataw l-opzjoni li jiehdu 3% withholding tax u turnover. Fejn id-dhul mhux immedjatament kalkolabli tinghata` hlas fuq bazi quartjarja.

 

Ghal ambjent ahjar

  • Tnehhija tat-taxxa ta` l-eco contribution li tigi mibdula f'registrazzjoni ma` skema ta` gbir ta` skart approvata.

 

Taxxa tar-registrazzjoni fuq passenger coaches

Introduzzjoni tar-riformi necessarji li jinvolvu it-tnehhija totali tat-taxxa tar-registrazzjoni bil-kundizzjoni li l-operatur tal-coach illicenzjata ikun parti mill- End of Life Vehicle registration scheme.

 

Small Business Act (SBA)

Kif gie spjegat fid-dokument ta` qabel il-budget fuq l-SBA, li se jigi mibdul fi strument li verament ser jissimplifika il-hajja ghall-SMEs mhux bizzejjed. Meta nisimghu xi haga bhal din nindunaw mall-ewwel li wara din is-sentenza m'hemmx strategija u pjan ta` kif verament ser issir. Il-Gvern Malti irid jifhem li din hija bicca ligi importanti hafna. Aktar xoghol hu ta` bzonn f'dan ir-rigward.

 

Politika ghall-Entraprizi

In-negozju jezisti biex jaghmel qliegh. Il-qliegh jista' jaghmlu fejn ma tantx hu mehtieg biex jizdied il-valur mizjud ekonomiku ta' pajjizna u jitkabbar l-GDP, fejn mhux tant mehtieg ghat-twettieq tal-pjan strategiku ekonomiku u socjali jew jista' isir fejn hu meqjus ta' prijorita`. Ezempju ta' dan hu l-investiment fl-IT u fil-HiTech milli f'oqsma aktar tradizzjonali ghax dak li ser isir fi Smart City hu mportanti li jsir mill-Maltin u mhux mill-barranin ghax il-Maltin ikunu ghadhom jinvestu banda ohra. Irridu l-izvilupparturi Maltin jiehdu bis-serjeta` l-opportunitajiet godda ta' investiment fil-portijiet; irridu lill-Maltin joholqu opportunitajiet godda ta' innovazzjoni u ta' xoghol gdid ghaz-zghazagh u ghan-nisa taghna. Il-Gvern irid johloq sistema ta' tassazzjoni u tax credits li tinkuraggixxi u tiskuraggixxi. L-Investitur jaf jaghmel il-kalkoli tieghu. Fejn jara` li t-taxxa se tagevola jmexxi, fejn jara li se tghabbilu jwarrab. Jekk kollox jibqa' xorta jibqa' jaghmel dak li dejjem ghamel, jinvesti fil-blokok ta' appartamenti mhux fil-portijiet; u fir-retailing u servizzi tradizzjoni mhux fl-IT.

Hemm bzonn ta` pakkett ta` proposti li bihom il-Gvern ikun aktar flessibli, mibnija fuq tax credits u allowances sabiex jghin lin-negozji jimxu f'certu direzzjoni. Dwar dan il-GRTU ghanda proposti dettaljati.

Proposti:

  • Servizz ta` appogg ahjar ghall-investiment u uzu tajjeb tal-potenzjal innovattiv
  • o F'Malta qeghdin nitkellmu hafna fuq l-innivazzjoni izda hi teoretika u m'ahniex napprezzaw l-ideat u l-innovazzjoni li hierga mill-SMEs li ghax ma tikkwalifikax mal-istandards ta` hi-tech imfassal mill-esperti ma tikkwalifikax
  • o Aktar attenzjoni ghall-istandards: sirna tajbin biex noholquhom u zopop fl-enforcement
  • SMEs need public support to get sufficient access to finance
  • o Sufficient financial means for risk sharing instruments
  • o Risk sharing models; eligibility for State Aid
  • Flexicurity
  • o Working time directive
  • o Define ways to increase the dynamic on the labour market
  • o Make lifelong learning a reality
  • o Recognition of vocational education and training
  • Environmental Policy – "think small first" approach
  • o Compliance Assistance Programme for SMEs in the environment
  • o Revision of the Waste Framework Directive making it more compatible with the Internal Market
  • Better governance
  • o Protezzjoni: Meta se tinbidel il-ligi biex business li jigi mqarraq min bejgh li sarlu minn business iehor ikun protett. X'jigfieri bhal fil-kas li accennajna ricentement tad-direttorji kummercjali li nbnew fuq l-ifrodar jithallew ghax m'hawnx min jipprotegi il-vittma.
  • o Minimum consultation time of 8-12 weeks
  • o Promote strong and representative Craft and SME associations
  • o Involve representative Craft and SME
  • o Facilitate the bipartite social dialogue; deepen tripartite concentration
  • Ensuring a Level Playing Field
  • o Competition policy: X`jiswa li jsiru r-regolamenti bla enforcement. Sid il-hanut ma jiflahx aktar ghall-kompetizzjoni ta` nies li jevadu t-taxxa, jimpurtaw kull ma jistghu bla VAT, eco tax u bla inkwiet fuq ambjent. Dawn ghalhekk jifilhu jqacctu l-prezzijiet qisu xejn m'hu xejn. Enforcement kwazi bah. Ghandna issa l-emigranti li jaghmlu li jridu u jfaqqsu negozji u jiccaqalqu min post ghall-iehor, u jekk tikkritika jghajruk razzist.
  • o Care sector
  • o Charities
  • o Informal economy
  • o Commercial confidentiality

 

Edukazzjoni

  • Eluf kbar ta` self employed u haddiema huma kwalifikati pero` jidrhu li m'huniex. Dan bic-certifikazzjoni li ghandna li ma tirrikonoxxix lill min ikkwalifika fis-sena tal-bank tax-xoghol
  • Non-codified specific qualifications systems
  • Developing SME clusters and demand oriented offers to vocational training

 

Aid schemes

  • Alleviate effects of rising fuel costs on businesses, growth and employment
  • Small Businesses Rate Relief Scheme (SBRRS)- Alleviates the rate bill for many small businesses
  • Reform of Capital Gains Tax (CGT)
    • Entrepreneurs get a 10% rate on the first £1 million of gain

 

Sahha u sigurta`

  • Irridu nahdmu wkoll permezz ta` incentivi godda biex id-djar ta` l-assigurazzjonijiet jirikonoxxuta aktar il-bzonnijiet tan-negozji u ma jesagerawx fil-prezzijiet
  • Irid isir aktar xoghol biex is-sidien ta` negozji ikunu kopert ahjar b'assigurazzjoni tas-sahha u mharrga ahjar f'health and safety

 

Pensjonijiet

Meta se nibdew inwettqu l-proposti ghal skemi ahjar ta` pensjonijiet ghal selfemployed u l-haddiema maghhom? Fejnhom it-tax credits biex jinholqu dawn l-iskemi ta` penzjonijiet u jinataw il-vantaggi lil min jinvesti fijhom?

 

Hemm hafna kwistjonijiet ohra li in-negozji zghar m'humix agevolati li dwarhom qas ghandna dibattitu bhal ma hi n-national wage, l-impjieg ta` l-emigranti li jirkbu d-dghajjes, il-parental leave, il-moghod kif jahdem l-employment u l-konsumer affairs tribunal. Dawn u hafna kwistjonijiet ohra li qajjimna juru li l-mentalita` li ghadha tahkem is-settur pubbliku hi wahda li mhux vera tikkunsidra is-sid bhala punt prioritarju. Mhux vera jemmnu li l-entraprizi huma forza qawwija tal-GDP ta` Malta u li huma s-sinsla ta` l-ekonomija.

Nixtieq nghid hafna aktar u nispera li jien u shabi ikollna cans nispjegaw lilna nfusna fil-workshops. Il-propoti taghna se jkunu fuq il-website tal-GRTU aktar tard din il-gimgha fuq http://www.grtu.eu/. Infakkar llil min irid jibqa up to date jista` jibghat email fuq u ninklludukom fil mailing list taghna.a

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).