L-Onorevoli Dalli rreferiet ghal dan l-premju bhala pozittiv fejn is-sidien tal-hwienet jgharfu aktar il-bzonnijiet tal-konsumatur. Il-bejgħ onlineillum huwa wiehed mill-problemi li qeghdin jiffaccjaw is-sidien tan-negozzju. L-Onorevoli Dalli hegget lis-sidien sabiex jegħlbu din l-isfida permezz ta’ esperjenza aktar attraenti fejn l-konsumatur jkollu aktar xelta, jinvestu u jadattaw għall-bejgħ onlajn ukoll.
Dan l-premju ser ikun qed joħloq kompetizzjoni bejn il-ħwienet aktar minn qatt qabel għaliex permezz ta’ dan is-servizz ser tkun qed tiġi mtejba l-esperjenza tax-xiri mill-ħwienet u l-esperjenza ta’ wara l-bejgħ. Is-Marcel Pizzuto, Chairman, MCCAA filwaqt li qabel mall-Onorevoli Dalli qal li dan l-premju ser ikun qed jippremja lill-ħwienet li jħabirku biex jagħtu servizz dejjem aħjar lill-konsumatur.
Is-Sinjura Joyce Borg, Direttur Generali, MCCAA qalet li l-Awtorità tal-Konsumatur hija kommessa biex tinforma u tgħin kemm lill-kummerċjant kif ukoll lill-konsumatur. Hija qalet li flimkien mall-GRTU l-assoccjazzjoni li tirraprezentha lis-sidien tal-hwienet ilha ghal dawn l-ahhar snin tahdem sabiex tilhaq l-ahjar kompromess bejn is-sidien u l-konsumatur. Is-Sinjura Borg stqarret li din il-kampanja ser tkun qed tisħaq biex jitjieb aktar l-customer carepermezz ta’ djalogu u japplika kemm għal min ibigħ prodott kif ukoll ghal dak li jaghti servizz.
Il-Premju għal Servizz bi Tbissimajirrikonoxxi lil dawk il-ħwienet li qed joffru servizz tajjeb ħafna lill-klijenti tagħhom u qed iħabirku biex titjieb ir-relazzjoni bejn il-konsumatur u l-kummerċjant. Fl-istess waqt dan il-Premju jinkoraġġixxi u jippromwovi prattiċi ta’ negozju li huma ta’ benefiċċju għall-konsumaturi
In-negozju li japplika ma jridx ikun qed jiġi investigat, jew ġie investigat minn xi Awtorità regolatorja u nstab ħati ta’ ksur ta’ liġi għal perjodu ta’ erba’ snin qabel ma japplika. L-ebda awtorità regolatorja, jew għaqda tal-konsumaturi, ma tkun ħarġet xi public warning statementfil-konfronti tan-negozju li qed japplika għal perjodu ta’ sentejn qabel ma tkun saret l-applikazzjoni
Regolamenti biex wieħed japplika għal dan il-Premju
Dawk li japplikaw għal dan il-Premju jridu jkunu qegħdin josservaw il-kodiċi ta’ kondotta marbut ma’ dan il-Premju. Dan il-kodiċi jirrappreżenta ċ-ċiklu tal-proċess tax-xiri kollu.
Kodiċi ta’ kondotta:
a. L-applikanti għandhom relazzjoni tajba mal-klijenti
b. Josservaw ir-regolamenti kollha applikabbli.
c. Jaċċertaw li l-istabbiliment huwa aċċessibbli u sigur.
d. Jirreklamaw/jipprovdu informazzjoni ċara u korretta inkluż il-prezz li ma tqarraqx bil-konsumaturi.
e. Jifhmu tajjeb lill-klijenti u jagħtuhom pariri skont il-ħtiġijiet tagħhom.
f. Jindikaw u jikkwotaw il-prezz finali li se jħallsu l-konsumaturi, kemm fl-istabbiliment kif ukoll waqt li qed jinnegozjaw kuntratt mal-konsumaturi. Il-prezz għandu jinkludi wkoll kull taxxa u spejjeż oħra u għandhom jagħtu irċevuta.
g. Fil-każ ta’ lmenti mill-konsumaturi, l-kummerċjanti jirrispondu b’mod pożittiv u jsolvu l-problema fi żmien reġjonevoli.
h. Jevitaw fejn ikun possibbli li l-ilmenti ma jaslux għand it-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumaturi billi jagħżlu li jsibu soluzzjoni xierqa permezz talmedjazzjoni.
i. Jipprovdu servizz ta’ wara x-xiri adegwat.
j. Meta tingħata garanzija kummerċjali, ma taffettwax iddrittijiet legali tal-konsumatur.
Kif għandha ssir l-applikazzjoni
Biex wieħed jidħol għal dan il-premju jrid jimla l-applikazzjoni li trid tinġabar bejn il-21 ta’ Mejju u 5 ta’ Ġunju 2015 mill-Uffiċċju tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur jew titniżżel minn fuq il-websajt tal-Awtorità: www.mccaa.org.mt.
Rebbieħa
Ir-rebbieħa jitħabbru nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2015 f’ċerimonja li ssir biex jitqassmu l-premjijiet.
Se jkun hemm tliet rebbieħa: L-ewwel premju: trofew biex jinżamm fil-ħanut għal sena u l-użu tal-logo tal-Premju u jingħata għarfien fuq il-media għall-ħanut rebbieħ kif ukoll trofew forma ta’ plakka biex jinżamm fil-ħanut. It-tieni premju u t-tielet premju: trofew u ċertifikat tal-premju mogħti.
Il-parteċipanti kollha se jingħataw taħriġ bla ħlas mill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur. Jingħata ċertifikat għal min jattendi dan it-tahrig b’seccess.
Aktar informazzjoni
Lil dawk in-negozji li japplikaw se ngħaddulhom numru ta’ kwestjonarji biex jitqassmu u jimtlew mill klijenti tagħhom. Dawk il-konsumaturi li jipparteċipaw u jagħtu d-dettalji tagħhom jidħlu biċ-ċans li jirbħu wieħed minn tliet premijijiet ta’ €250-il wieħed. Il-kwestjonarji mimlija għandhom jintbagħtu bil-posta jew jitwasslu personalment fl-indirizz t’hawn taħt jew fl-Uffiċċju tal-Konsumatur ta’ 47A Triq Nofsinhar il-Belt Valletta, jew l-Uffiċċju tal-Konsumatur, Pjazza San Franġisk ir-Rabat Għawdex sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-5 ta’ Lulju 2015.
Għal aktar informazzjoni dwar il–premju għal Servizz bi Tbissima, wieħed jista’ jikkuntattja lill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur billi jibgħat imejl fuq jew iċempel fuq 2395 2000.

