
Il-GRTU laqghet in-negozzjanti
Ghawdxin nhar it-Tnejn 24 ta' Gunju 2013 gewwa Ghawdex stess. Din kienet
laqgha parti mill-ezercizzju li l-GRTU ta` spiss taghmel biex iggib
il-politikanti iktar konxji mis-suggerimenti u d-diffikultajiet tan-nies
fin-negozju billi jisimghu min ghandhom dirett u l-GRTU tkompli ssegwi biex dak
li gie diskuss u miftiehem jigi implimentat. Il-Laqgha saret fil prezenzq tal-Ministru ghal Ghawdex l-Onorevoli
Anton Refalo.
Fid-diskors tieghu l-Onorevoli Dr
Anton Refalo qal li d-diffikultajiet li Ghawdex ghandu llum huma marbuta
mal-konnettivita fil-qasam tal-ICT u t-transport bl-ajru u bil-bahar li holqu
sitwazzjoni difficli biex Ghawdex jirreplika mudell ekonomiku li f'Malta halla rizultati
tajbin fejn jattira investiment barrani. Dr
Refalo qal li dawn il-limitazzjonijiet f'Ghawdex qed jissarfu f'telf
tar-rizorsa umana ta' hafna gradwati li qed jaghzlu li joqoghdu f'Malta biex
itejbu l-opportunitajiet taghhom. Dan il-Gvern, sostna Dr Refalo irid fost
affarijiet ohra jisma u jtejjeb l-interessi
tal-SMEs.
Dr Refalo emfasizza fuq l-fast
service bejn iz-zewg gzejjer fejn l-gvern ghandu road map bil-possibilta ta'
link permanenti bejn iz-zewg gzejjer. Ser isir
feasibility study dwar il-mina u iehor dwar il-pont. Possibilta ohra li
jitnaqqas b'mod konsiderevoli t-tragitt bejn Malta u Ghawdex. Qed jigi diskuss
ukoll servizz iehor li jghaqqad ukoll Ghawdex u Sqallija bil-ghan li jizdiedu
l-opportunitajiet ghan-negozji u l-industriji f'Ghawdex. Qed tigi miflija
l-possibilta li jigi ntrodott s-servizz tal-ajru bejn iz-zewg gzejjer.
Dr Refalo informa ukoll li sabiex
jigi incentivat iktar is-suq tat-turizmu domestiku fix-xhur tax-xitwa ser jigu
ntrodotti skemi ta' vjaggar bl-irhis bejn iz-zewg gzejjer. Ser tohrog
expression of interest fil-granet li gejjien sabiex issir yacht marina ohra
f'Ghawdex bil-kooperazzjoni ta' Ministri ohra u bl-appogg shih tal-Prim
Ministru. Dr Refalo qal li ser jsir titjib infrastrutturali fil-villagg
tas-snajja f'Ta' Dbiegi sabiex jigu ppriservati s-snajja tradizzjonali.
Dwar l-SMEs Dr Refalo qal li
l-Gvern huwa kommess li jinholoq SME
park min fejn dawn l-entitajiet ikunu jistghu jahdmu. Dr Refalo informa li hu
ga hatar l-Gozo Regeneration Group sabiex jiehu hsieb jfassal framework
finanzjarju sabiex jigi attirat l-investiment lejn Ghawdex. Dan l-group qieghed jahdem ma' kumpanija
internazzjonali ta' konsulenza. Dr Refalo qal li fir-rigward ta' Ghawdex
l-isfidi huma ferm akbar mill-bqija tal-pajjiz izda konvint li b-impenn ser
jilhaq l-miri fl-ahjar interess kemm ghan-negozju kif ukoll tas-tishih
tal-ekonomija f'Ghawdex.
Joe Attard min naha
tal-GRTU rringrazzja lill-Onorevoli Dr Anton
Refalo, li gie ewlieni li jisma l-problemi u
jelenka t-triq il-quddiem ghall-Ghawdxin. Fost l-issues li qajmu l-partecipanti kienu:
Proprjetarju ta'
tlett stabbilimenti gewwa r-Rabat Ghawdex wera it-thassib tieghu dwar il-futur
tal-business tieghu. Irrefera ghall-ligi tal-Kera bhala xi haga maghmula bla
hsieb. Fil-kas tieghu jrid jghaddi c-cwievet lura lis-sid fi zmien erbatax (14)
il-sena.
L-GRTU diga ghamlet diversi
sezzjonijiet ta' laqghat mall-Gvern precedenti u din l-kwistjoni ser tigi
pprezentata mall-Gvern prezenti. L-GRTU ser tkun ekwa sabiex tinstab soluzzjoni
kemm ghas-sid kif ukoll ghall-proprjetarju.
Persuna ohra
nformat li kien ilu hamsa u ghoxrin sena (25) jitlob post min fejn jista
jahdem. Applika l-Malta Enterprise (ME) u sal-lum ghadu ma gie offrut l-ebda
post. Staqsa fejn qed imorru l-miljuni msemmija f'investiment il-ghaliex
Ghawdex mhu qed jigri xejn.
Operatur iehor
ilmenta li fl-2007 ha art minghand l-Malta Industrial Parks (MIP). Ilu hames
snin (5) biex igib il-permess. Meta beda jippjanta sab problema fil-faccata
ghaliex skopra li kienet ghaddejja bankina.
Operatur iehor
bi tlett stabbilimenti gewwa r-Rabat u
b'ammont sostanzjali ta' impjegati infurmat li r-Rabat qieghed jinqered
bil-problema ta' parking. Gie issugeriet li jinholoq parking taht l-playing
field eziztenti.
Proprjetarju ta'
restaurant wera it-thassib dwar impjegati meta jonqos ix-xoghol fil-perjodu
tax-xitwa.
Operatur iehor
talab lill-Ministru sabiex l-ETC terga toffri skemi ta' ghajnuna fil-konfront
ta' impjieg.
Operatur li
xogholu huwa fil-kostruzzjoni, tkellem dwar il-problema tal-heavy plant u
l-parking ta' trakkijiet. Huwa sostna li f'Ghawdex ma hemmx estates bhal Malta
fejn jista jsir dan. Ippropona l-heliport fejn hemm spazju bizzejjed. Talab
ukoll sabiex jinsab post adekwat fi Pjazza Savina fejn it-turist ikun jista
jitnizzel safe mill-coach
Operatur iehor
semma il-parkegg ta' taht ic-Cittadella u ghalfejn ma hux qed jintuza.
Persuna ohra
staqsiet x'jista jsir dwar businesses li jghamlu xoghol ta' distribuzzjoni min
u lejn Malta fejn l-haddiema taghhom jghamlu sieghat jistennew sabiex jaslu
lura l-ufficcju specjalment fix-xhur tas-sajf. Dan qieghed jirrizulta f'hela
ta' hin bi spejjes f'overtime. Gie
ssugeriet li jinholoq logistic centre sabiex jkun jista jindirizza din
l-problema. Suggeriment iehor kien li jsir pre booking fejn jidhol servizz gej
jew sejjer lejn Malta/ Ghawdex.
Dwar il-problema ta' parking
il-Ministru wiegeb li sabiex tittaffa l-problema gewwa ir-Rabat qed jsiru
pjanijiet sabiex jintuza l-ground tal-football. Parir iehor kien li jinholoq
mechanical parking.
Dwar l-ME u l-MIP il-Ministru qal li trid tinqata
l-borokrazija li tezizti fejn hemm industriji li ilhom snin bla dawl. Isir
clearance certificate mill-MEPA biex
wiehed jkun jista jahdem. L-ME tohloq politika ghal Ghawdex.
Dwar d-distribuzzjoni bejn Malta u
Ghawdex, l-Ministru irrefera ghal din l-issue bhala sikkina li taqta min zewg
nahat. Irid jigi studjat kif tahdem is-sistema dwar boarding pass ghal
haddiema. Irriduha tahdem b'soluzzjoni li jkun kuntent kulhadd.
Diffikultajiet f'Ghawdex ghandna
hafna u kbar qal l-Ministru. Irridu nahdmu fuq framework ekonomiku li jkun
b'sahhtu u aktar protett fejn nghinu lin-negozjant zghir billi noholqulu post
fejn jahdem u nghinuh jibbenifika mill-EU funds.
Joe Attard irringrazzja lill-Ministru u wieghed li
l-GRTU ser taghti s-support shih sabiex tigi emeljorata l-posizzjoni tal-SMEs
gewwa Ghawdex. Irrefera ghall-istudji bhala xi haga posittiva izda fil-fehma
tieghu ahjar xi haga tangibbli.
Joe Attard informa li l-GRTU ser tibda taghti s-servizzi taghha
gewwa Ghawdex mill-Ufficcju tal-NGO's fix-Xewkija kull nhar ta' Hamis bejn
s-saghtejn (2) u s-sitta (6) ta' filghaxija. L-ewwel gimgha ser jkun prezenti
hu stess sabiex jiltaqa' man-nies. Huwa talab sabiex dawk li jriedu jiltaqghu
mall-GRTU fuq suggetti diversi ghandhom icemplu l-GRTU fuq 21 230459 jew 21 232881 ghall-appuntament
sabiex jiltaqghu mall-Ufficcjal inkarigat mis-suggett.
Joe Attard talab ghas-support ta'
dawk prezenti u heggighom sabiex ma jgergrux izda jahdmu sabiex isibu
soluzzjonijiet tangibbli.