Is-CVA hi sistema' teknika kif ikun ikkontrollat il-flow
tat-traffiku gol-Belt u kif ikunu razzjonati in-numru ta' parking places disponibbli
fiz-zona ta' gewwa tal-Belt. Is-CVA hi
imhaddma min nies teknici. Jekk hux qed jithallas hafna jew ftit jara
l-Gvern.
Pero is-sistema flok b'parking meters li jimblukkaw u jkerrhu
il-bankini gol-Belt, tickets li n-nies iridu joghqodu jixtru kull darba,
is-sistema tahdem bil-cameras li jirrekordjaw min jidhol u fi x'hin jidhol u
min johrog u fi x'hin johrog u s-sistema, lil dawk li m'humiex privileggjati,
tohrogilhom il-kont.
Din is-sistema idahhlet ghax qabel it-toroq tal-Belt,
qabel it-tmienja ta' fil-ghodu kienu jkunu ppakjati mill-haddiema li jidhlu
kmieni l-Belt u jibqghu hemm sal-hamsa. Ir-Rizultat kien li tal-hwienet u kull
min irid jixtri jew jinqeda mis-servizzi tal-Belt, Dipartimentali, Qorti, etc
ma kienu jsibu post jipparkjaw imkien. Dan barra l-hsara kbira ambjentali. Il-Policy
dwar kif tithaddem is-CVA hu l-argument u mhux is-sistema. Id-decizjoni ta'
kemm parking slots huma disponibbli ghall-pubbliku, klijenti u negozji,
jiddependi minn kemm il-Gvern jew is-Sindku tal-Belt jaghtu permessi biex
jinghalqu toroq u fuq kemm ikun hemm postijiet ta' parking riservati. Illum
in-numru ta' parking spaces b'kaxxa bajda disponibbli ghal min irid jinqeda
bis-servizzi tal-Belt naqas sew u fil-Belt hemm tgergir kbir ghax ghax dan qed
jaghmel dannu lin-negozji u jdejjaq lin-nies.
L-Istess il-kwistjoni tal-hlas. Mhux is-CVA operators
jiddeciedu kemm trid thallas (u kemm jiffranka min b'daqqa ta' pinna jezentawh)
imma l-Gvern (Malta Transport Authority). L-Istess f'liema granet u f'liema
hinijiet tithaddem is-sistema.
Il-GRTU qed tikkonsulta man-negozji kollha biex
tistabbilixi l-ahjar pariri li tista taghti lil Gvern ghax kif inhi il-policy
li thaddem is-sistema tas-CVA illum mhux taghti rizultati tajbin. Zgur li
thaddmet hazin u r-rizultat hu li hemm tgergir kullimkien. Biex tinstab
soluzzjoni gusta ghas-sidien tan-negozji, ambjent, residenti, u l-eluf ta'
cittadini Maltin u turisti li jridu jinqdew u jgawdu l-Belt, irid ikun hemm
ko-operazzjoni minn kulhadd.
Hadd ma jrid jippretendi li hu akbar minn haddiehor.
Kulhadd ghandu drittijiet imma privileggi m'ghandu jkollu hadd.