
Messagg min President Marie Louise
Coleiro Preca – Irrid nagħtikom ħajr min qalbi tas-sens ta' impenn, bħala tmexxija tal-GRTU Malta Chamber of Small
& Medium Enterprises Association of General Retailers & Traders, li għandkom biex tgħinu lil Malta
Community Chest Fund.
Dan huwa
l-uniku fond nazzjonali li qiegħed jassisti lil dawk fostna li sfortunatament jinħakmu mill-marda
qerrieda tal-kanċer jew mard kroniku serju. Nistqarr magħkom li l-fond
qisu bir bla qiegħ. Dan
il-fatt jinkwetani, għaliex
nemmen li nisgħtu nassistu
aktar, izda minħabba l-ammonti
li qed jigu quddiemna, u wkoll minħabba ristrizzjonijiet li l-fond għandu, jinħtieg li naħdmu aktar biex
insaħħu
l-kontribuzzjonijiet għal dan
il-għan.
Għaldaqstant, qed
nitlob lil kulħadd biex
fil-kuntest ta' xogħlu u ċ-
ċirkostanzi tiegħu jew tagħha, tgħinu lil dawn
il-mijiet ta' familji Maltin u individwi inkluzi tfal, li ta' kull sena
tmisshom din ix-xorti ħazina.
Konvinta
mill-qalb generuza tagħkom u
konvinta aktar u aktar mill-valur qawwi tal-imħabba li ghandkom lejn għajrhom. Ghalhekk
nappella għall-għajnuna tagħkom.
Messagg min Paul Abela, President
Nispera li inti u l-familja tieghek tinsabu tajbin. Inti u
taqra dan il-messagg flimkien ma' dak li ppreparat il-President ta' Malta,
l-Eccellenza taghha s-Sunjura Marie Louise Coleiro Preca nixtieqek tahseb ftit
f'dawk li bhalissa ghaddejjin min zmien hazin.
Mhux soltu tieghi li nitlob ghall-ghajnuna taghkom f'dan
il-kuntest il-ghaliex ma ghandiex dubju li l-generozita' taghkom hija kbira
hafna. Bhal ma tafu d-domanda ghal ghajnuna qieghda dejjem tikber specjalment meta tfegg kiesah
u biered l-marda tal-kancer u mard iehor kroniku. Tafu ukoll bil-konsegwenzi li
dan l-mard igib mieghu fuq l-familji milquta. Ma ghandi l-ebda dubju li b'xi
mod jew iehor sejrin tghinu sabiex dawn il-familji jigu mghejjuna bl-ahjar mod
possibbli
Il-GRTU ser tghin lill-Community Chest Fund billi titolbok
tikkontribbwixxi dak li tista sabiex flimkien ma' haddiehor ittaffi hafna mill-ispejjez li dawn
l-familji ghandhom bzonn. Dak li taghtu intom illum, isibuh dawk li
ghandhom bzonnu ghada.