
L-Ewwel u qabel kollox nixtieq nilqaghkhom ghal-hamsa
u sittin Laqgha Generali
Annwali tal-GRTU u nenfasizza li l-GRTU tapprezza l-isforz li kull wiehed minnkom
ghamel biex ikun hawnhekk maghna illum.
L-2013 ghal darba ohra kienet sena mimlija sfidi u sena ta` xoghol bla waqfien ghall-GRTU. Kien hemm
l-isfidi tas-soltu li zammewna okkupati sew fix-xoghol taghna. Dak li
nirrapprezentaw l-interess tal-intraprizi z-zghar.
Kien hemm ukoll
tibdil fl-amministrazzjoni ta' Malta li nvolviet preparamenti u addattament min
naha taghna biex nibdew nahdmu ma' individwi li bosta minnhom qabel konna nahdmu maghhom fil-pozizzjoni li kienu jokkupaw
fl-oppozizzjoni. It-Tibdil fl-amministrazzjoni gabet nies godda, metodi ta`
hidma godda u wkoll modi godda kif jigu indirizzati l-prijoritajiet.
Il-GRTU preparat ruhha b'ricerka, laqghat ta` introduzzjoni u briefings mal-Ministri u s-Segretarji
Parlamentari godda. Jien u shabi fil-kunsill kellna laqgha tajba hafna mal-Prim
Ministru Joseph Muscat fil-bidu ta` din il-Legislatura, li fiha kien hemm ukoll l-maggoranza tal-Ministri u
s-Segretarji
Parlamentari.
It-Tibdil fl-amministrazzjoni involviet ukoll ammont
konsiderevoli ta` ittardjar sakemm ix-xoghol rega' qabad ir-ritmu
tas-soltu izda issa l-affarijiet inizzjali tlestew
u x-xoghol jinstab f'livell tajjeb.
Sfida ohra aktar tard din is-sena kienet l-irtirar tad-Direttur Generali
tal-GRTU, Vince Farrugia. Kif bosta minnkom jafu s-Sur
Farrugia okkupa l-pozizzjoni ta` Direttur Generali tal-GRTU ghal ghoxrin
sena li matulhom ghamel hafna xoghol
siewi ghall-GRTU. Semmejt il-kelma ‘sfida' ghaliex bidla ta` pozizzjoni tant
importanti go organizzazzjoni bhal taghna hi bidla kbira u tinvolvi hafna
xoghol biex il-GRTU u l-membri taghha jibqghu jigu affetwati bl-ahjar mod
possibli.
Din hi r-raguni ewlenija ghaliex bhalissa
l-pozizzjoni ta` Direttur Generali tal-GRTU ghadha ma gietx mimlija. Kif
diga ghidt din hi
pozizzjoni importanti hafna u ghaldaqstant tinvolvi hafna hsieb u
ricerka biex l-ghazla
tkun l-ahjar wahda ghall-Assoccjazzjoni u ghal membri taghha.
Filwaqt li f'isem l-Kunsill tal-GRTU u l-membri taghha nirringrazzja lil Vince Farrugia
tax-xoghol siewi li ghamel matul dawn is-snin kollha, ghandha wkoll naraw din is-sitwazzjoni
bhala opportunita' u inharsu l-quddiem b'herqa lejn dhul ta` persuna ta` kwalita gholja u li bl-ghajnuna
taghha l-GRTU u l-membri taghha jkomplu javvanzaw bl-ahjar mod possibli.
Tistaqsuni, allura x'inhu jigri bhalissa? Bhalissa jiena bhala President u
shabi l-membri tal-Kunsill dhalna aktar fix-xoghol ta` kulljum tal-GRTU li
kienet minnha innifisha esperjenza siewja hafna u li bi hsiebna nzommu dan
is-sehem anke wara li Direttur Generali gdid ikun f'postu. L-Istaff abbli u
professjonali tal-GRTU komplew jahdmu bhal ma dejjem kienu. Flimkien konna kapaci
nkomplu x-xoghol b'mod fluwidu minghajr, ma l-membri taghna ihossuhom li nqassnihom minhabba din il-kwistjoni.
Direttur Generali hu importanti u n-nuqqas tieghu jinhass. Ghaldaqstant
jien u shabi fil-kunsill qeghdin u ser inkomplu nahdmu biex din il-pozizzjoni
tintelgha bl-aktar mod adekwat.
Sfida li fl-istess hin kienet ukoll opportunita' matul is-sena 2013 hija
l-implimentazzjoni tal-ewwel sena tal-Europe Direct. Dan hu kuntratt li rbahna
mall-Kummissjoni Ewropea ghal-hames snin u li beda japplika mill-bidu tal-2013.
Dan jinvolvi xoghol fejn l-GRTU tinghata finanzi mill-Ewropa sabiex thaddem
ufficcju li jkun jopera bhala estensjoni tal-Kummisjoni Ewropea biex tilhaq
c-cittadini Ewropej b'mod dirett fuq livell reggjonali milli minn Brussell.
Sar hafna xoghol f'dan ir-rigward, u ghad li kienet l-ewwel sena ta`
implimentazzjoni, u ghaldaqstant tghallimna hafna minnha, din is-sena bi hsiebna ntejbu fuq dak li hdimna s-sena
l-ohra. Nhossni komdu nghid li l-implimentazzjoni kienet ta` success.
Dettalji tax-xoghol li ghamlet il-GRTU matul l-2013
tistghu ssibuhom
fir-rapport dettaljat li ser niprezentawlkom dalwaqt. Ahna stess qabel
ma
x-xoghol jinghaqad f'rapport wiehed ma nirrejalizzawx l-ammont ta`
xoghol li
jkun sar. Li hu zgur li bhala ufficcjali tal-GRTU kull sena f'din
l-okkazjoni nipprezentaw r-rapport annwali b'certu kburija u sens ta'
sodisfazzjon.
Din is-sena diga' qeghdin naraw numru ta` kwistjonijiet li ser ikunu
importanti hafna u li ser jirrikjedu ammont sostanzjali ta` xoghol
mill-ufficjali tal-GRTU, fosthom:
1. Il-Kwistjoni tal-hinijiet tal-ftuh tal-hwienet
2. It-Thaddim tal-iskemi tal-impjieg
kompettitvi specjalment fix-xenarju taz-zieda ta` kompetizzjoni kemm bejn il-hwienet kif ukoll xiri online
4. Nghinu l-membri jaghmlu aktar uzu u jiehdu vantagg minn
skemi u fondi tal-EU
6. Nahdmu u ninsitu mal-Gvern biex insibu soluzzjonijiet
relatati mat-traffiku u n-nuqqas ta` parkegg
7. Nahdmu u ninsistu mal-Gvern biex jiehu passi konkreti u iebsa fuq kompetizzjoni ngusta
8. Nahdmu u ninstsu mal-Gvern biex aktar proposti li ghamlet
l-GRTU ghall-ahhar Budget jigu implimentati
9. Sforz dejjem akbar biex lehen l-intrapriza jinstema'
dejjem aktar u b'mod aktar b'sahhtu kull fejn hu possibbli
10. Nahdmu
u ninsistu mall-Gvern biex l-Small
Business Act jigi implimentat b'mod totali u konkret u mhux biss bil-kliem
Il-Lista ma tispicca qatt u din ma tinkludix
is-sorprizi
li jinqalghu matul is-sena, pero ser naghmlu l-almu taghna bhal ma
dejjem ghamilna. Filwaqt li
nirringrazzja lilkom bhala membri taghna tal-involiment u l-interess
muri matul
l-2013, inheggigkom sabiex tinvolvu ruhkom aktar fil-kwistjonijiet li
jinteressawkhom u tinteressaw ruhkhom aktar fix-xoghol li taghmel
il-GRTU.
Kemm tiehdu mill-GRTU jiddependi minnkom u minn kemm
tridu tinteressaw u tinvolvu ruhkom. Ahna qeghdin hawn ghas-servizz taghkom
pero intom l-esperti fin-negozju taghkom u tghixu sitwazzjonijiet u problemi first hand, ghalhekk nheggukom izzommuna qrib taghkom u tigwidawna.
Inhares il-quddiem lejn sena ohra produttiva u pozittiva.
Nghaddu issa ghal prezentazzjoni tar-Rapport Aministrattiv.