
Id-dawra tal-Katidral ta' San Gwann u x-Shopping Centre fi Pjazza Helsien – Din il-gimgha d-Direttur Generali Vince Farrugia tkellem f'zewg laqghat separati mas-Sur Edgar Galea Curmi, Kap tas-Segretarjat OPM, mall-Onorevoli Jason Azzopardi, Ministru ghall-Artijiet u mall-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi dwar l-Valletta Shopping Centre u l-hwienet mad-dawra tal-Katidral.
Il-Valletta Shopping Centre – Outside City Gate
Il-punt l-aktar importanti li semmew r-rapprezentanti tal-Gvern hu li dan l-kumpless irid nefqa kbira biex ikun rinovat u mgholli fuq l-istess livell ta' disinn mall-progett ta' Renzo Piano. S'issa l-fondi ghadhom ma nstabux.
Il-Gvern qed isostni li mhux possibli li jaghti l-istess forma ta' kuntratt u kundizzjonijiet li ta lill-inkwilini l-ohra li ghandhom hanut fit-toroq tal-Belt. Il-Gvern qed isostni ukoll li ser ikun hemm htiega ta' caqliq ta' inkwilini u ghalhekk il-gvern ma jridx jintrabat meta l-Gvern ghadu ma jafx x'inhuma dawn il-pjanijiet. Il-Gvern ukoll qed jargumenta li kien hemm posizzjonijiet differenti min naha tal-inkwilini u l-Gvern hass li dawn l-posizzjonijiet huma aktar favur l-istatus quo milli jkun hemm progett li jgholli bil-kbir il-livell ta' dan x-Shopping Centre ewlieni fid-dahla tal-Belt Valleta u f'zona ta' fejn qed isir investiment kbir biex jgholli l-livell tal-Belt.
Il-GRTU ghandha l-approvazzjoni tal-inkwilini biex tidher f'isimhom u maghhom biex tinstab soluzzjoni ta' din il-problema. Id-Direttur Generali argumenta li l-GRTU hi favur li jkun hemm investiment qawwi f'dan l-kumpless u s-sidien u l-inkwilini li jaccettaw, fuq kundizzjoni ta' kera fuq terminu twil jkunu lesti jikkunsidraw rati ta' kera li jghamlu aktar sens pero, l-investiment li qed jgawdu l-inkwilini l-ohra li ghandhom hwienet proprjeta tal-gvern u li jaghtu fuq t-toroq ewlenin tal-Gvern bhal ma huma refurbishments, pavimentar, street furniture u embellishment iehor fejn is-sidien ma jhallsux ghal dan ix-xoghol ta' infrastruttura, hekk ukoll l-inkwilini m'ghandhomx jigu mgeghla jhallsu ghal xoghol ta' infrasstruttura u embellishment jekk mhux embellishment li ghandu x'jaqsam mall-faccata u mall-footprint ta' kull hanut.
Il-GRTU issostni li s-sidien tal-hwienet ser jkunu obbligati li jwaqqfu Tenants Association biex jkunu konformi mall-ligi tal-condominium u jidhlu ghar-responsabilta li jiehdu hsieb tindif, maintenance u s-sigurta tal-kumpless kollu.
Il-GRTU ssostni li l-Gvern diga ghamel zewg atti ta' diskriminazzjoni; l-ewwelnett ghax il-kundizzjonijiet li diga ta' lis-sidien tal-Belt ma tahomx lis-sidien tal-kumpless. It-tieni ghax ma inkwilini partikolari l-Gvern ghamel kundizzjonijiet ta' cens ta' 65 sena.
Il-GRTU ssostni li bhala principju fundamentali l-gvern ghandu l-ewwel jorbot mall-inkwilini kummercjali mbghad kull progett li se jinhadem fid-dawl tal-ftehim gust li jkun ntlahaq ma' dawn is-sidien ta' intraprizi bazi ta' ftehim. Il-kundizzjonijiet tal-kera jintuzaw ukoll f'kull kaz li jinqala' caqliq jew eghluq f'negozju. Il-GRTU toggezzjona li l-ewwel jitfassal il-progett imbghad l-interess tal-inkwilin.
Is-Sur Edgar Galea Curmi u l-Ministru Jason Azzopardi ser jiltaqghu biex jiddiskutu l-posizzjoni tal-GRTU biex jaqblu fuq posizzjoni li tista` tigi pprezentata lill-GRTU u li tkun bazi ta' diskussjonijiet godda.
Hwienet madwar l-Katidral ta' San Gwann
Id-Direttur Generali uza l-istess argument li uza ghall-inkwilini tax-Shopping Complex u addatthom ukoll ghall-hienet tad-dawra tal-Katidral.
Il-posizzjoni tal-Gvern hija li ghall-hwienet li qeghdin fi triq Santa Lucija ser jmexxi bhal ma mexa ma' l-ohrajn ghax l-Gvern irid izomm karatru li ghandha dik l-parti tat-triq. Bhax-Shopping Complex il-Gvern ma jridx jintrabat mall-inkwilini qabel ma jiddeciedi dwar il-progett li jrid iwettaq mad-dawra kollha ta' San Gwann u l-progett ghall spazju adekwat ghall-esebizzjoini tat-tezori.
Il-GRTU qed targumenta li precizament ghax hemm ippjanat investiment kbir li ma tridx li dawk l-inkwilini li ilhom iservu din iz-zona snin twal jinqalaw il-barra jew li jinghataw kundizzjonijiet li ghalihom ikunu impossiibbli, wara li jsir l-investiment.
Il-GRTU trid li l-ftehim mall-inkwilini isir min qabel biex jkunu xi jkunu ic-cirkustanzi jkunu mharrsa. L-ebda kelliema min naha tal-Gvern ma jrid b'xi mod jintrabat mall-posizzjoni tal-GRTU ghal dawn l-inkwilini.