SME Chamber

Il-GRTU tiddiskuti ghan-Negozzji fil-Belt Valletta


Id-dawra tal-Katidral ta' San Gwann u x-Shopping Centre fi Pjazza Helsien – Din il-gimgha d-Direttur Generali Vince Farrugia tkellem f'zewg laqghat separati mas-Sur Edgar Galea Curmi, Kap tas-Segretarjat OPM, mall-Onorevoli  Jason Azzopardi, Ministru ghall-Artijiet u mall-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi dwar l-Valletta Shopping Centre u l-hwienet mad-dawra tal-Katidral.

 

Il-Valletta Shopping Centre – Outside City Gate

Il-punt l-aktar importanti li semmew r-rapprezentanti tal-Gvern hu li dan l-kumpless irid nefqa kbira biex ikun rinovat u mgholli fuq l-istess livell ta' disinn mall-progett ta' Renzo Piano.  S'issa l-fondi ghadhom ma nstabux.

Il-Gvern qed isostni li mhux possibli li jaghti l-istess forma ta' kuntratt u kundizzjonijiet li ta lill-inkwilini l-ohra li ghandhom hanut fit-toroq tal-Belt. Il-Gvern qed isostni ukoll li ser ikun hemm htiega ta' caqliq ta' inkwilini u ghalhekk il-gvern ma jridx jintrabat meta l-Gvern ghadu ma jafx x'inhuma dawn il-pjanijiet. Il-Gvern ukoll qed jargumenta li kien hemm posizzjonijiet differenti min naha tal-inkwilini u l-Gvern hass li dawn l-posizzjonijiet huma aktar favur l-istatus quo milli jkun hemm progett li jgholli bil-kbir il-livell ta' dan x-Shopping Centre ewlieni fid-dahla tal-Belt Valleta u f'zona ta' fejn qed isir investiment kbir biex jgholli l-livell tal-Belt.

Il-GRTU ghandha l-approvazzjoni tal-inkwilini biex tidher f'isimhom u maghhom biex tinstab soluzzjoni ta' din il-problema. Id-Direttur Generali argumenta li l-GRTU hi favur li jkun hemm investiment qawwi f'dan l-kumpless u s-sidien u l-inkwilini li jaccettaw, fuq kundizzjoni  ta' kera fuq terminu twil jkunu lesti jikkunsidraw rati ta' kera li jghamlu aktar sens pero, l-investiment li qed jgawdu l-inkwilini l-ohra li ghandhom hwienet proprjeta tal-gvern u li jaghtu fuq t-toroq ewlenin tal-Gvern bhal ma huma refurbishments, pavimentar, street furniture u embellishment iehor fejn is-sidien ma jhallsux ghal dan ix-xoghol ta' infrastruttura, hekk ukoll l-inkwilini m'ghandhomx jigu mgeghla jhallsu ghal xoghol ta' infrasstruttura u embellishment  jekk mhux embellishment li ghandu x'jaqsam mall-faccata u mall-footprint ta' kull hanut.

Il-GRTU issostni li s-sidien tal-hwienet ser jkunu obbligati li jwaqqfu Tenants Association biex jkunu konformi mall-ligi tal-condominium u jidhlu ghar-responsabilta li jiehdu hsieb tindif, maintenance u s-sigurta tal-kumpless kollu.

Il-GRTU ssostni li l-Gvern diga ghamel zewg atti ta' diskriminazzjoni;  l-ewwelnett ghax il-kundizzjonijiet li diga ta' lis-sidien tal-Belt ma tahomx lis-sidien tal-kumpless. It-tieni ghax ma inkwilini partikolari l-Gvern ghamel kundizzjonijiet ta' cens ta' 65 sena.

Il-GRTU ssostni li bhala principju fundamentali l-gvern ghandu l-ewwel jorbot mall-inkwilini kummercjali mbghad kull progett li se jinhadem fid-dawl tal-ftehim gust li jkun ntlahaq ma' dawn is-sidien ta' intraprizi bazi ta' ftehim. Il-kundizzjonijiet tal-kera jintuzaw ukoll  f'kull kaz li jinqala' caqliq jew eghluq f'negozju. Il-GRTU toggezzjona li l-ewwel jitfassal il-progett imbghad l-interess tal-inkwilin.

Is-Sur Edgar Galea Curmi u l-Ministru Jason Azzopardi ser jiltaqghu biex jiddiskutu l-posizzjoni tal-GRTU biex jaqblu fuq posizzjoni li tista` tigi pprezentata lill-GRTU u li tkun bazi ta' diskussjonijiet godda.

Hwienet madwar l-Katidral ta' San Gwann

Id-Direttur Generali uza l-istess argument li uza ghall-inkwilini tax-Shopping Complex u addatthom ukoll ghall-hienet tad-dawra tal-Katidral.

Il-posizzjoni tal-Gvern hija li ghall-hwienet li qeghdin fi triq Santa Lucija ser jmexxi bhal ma mexa ma' l-ohrajn  ghax l-Gvern irid izomm karatru li ghandha dik l-parti tat-triq. Bhax-Shopping Complex il-Gvern ma jridx jintrabat mall-inkwilini qabel ma jiddeciedi dwar il-progett li jrid iwettaq mad-dawra kollha ta' San Gwann u l-progett ghall spazju adekwat ghall-esebizzjoini tat-tezori.

Il-GRTU qed targumenta li precizament ghax hemm ippjanat investiment kbir li ma tridx li dawk l-inkwilini li ilhom iservu din iz-zona snin twal jinqalaw il-barra jew li jinghataw kundizzjonijiet li ghalihom ikunu impossiibbli, wara li jsir l-investiment.

Il-GRTU trid li l-ftehim mall-inkwilini isir min qabel biex jkunu xi jkunu ic-cirkustanzi jkunu mharrsa. L-ebda kelliema min naha tal-Gvern ma jrid b'xi mod jintrabat mall-posizzjoni tal-GRTU ghal dawn l-inkwilini.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).