Il-GRTU illum kellha laqgha
mall-iSpeaker, l-Onorevoli Anglu Farrugia fejn it-tmexxija tal-GRTU pprezentat
lill-President tal-Parlament Malti, Dossier intitolat Making Business Grow. Dan hu dokument li l-GRTU qed titlob
lill-Parlament Malti jiehu konjizzjoni tieghu fit-tfassil tal-Ligijiet b'emfazi
ekonomika u socjali.
kwistjonijiet ta' importanza ghas-sidien ta' negozzji Maltin u l-rwol ikbar li
l-GRTU trid li l-Parlament jaghti lill-imsiehba socjali fis-smiegh quddiem
Kumitati Specjali tal-Parlament u fl-istadju ta' Kumitat tal-Ligijiet meta jkun
hemm diskussjoni fil-Parlament fuq kwistjonijiet li jolqtu l-kummerc u
t-tkattir ekonomiku.
Il-President tal-Parlament l-iSpeaker
Dr Anglu Farrugia spjega li huwa jixtieq jkun President attiv u li jressaq
dejjem aktar lil Parlament lejn l-poplu in generali u b'mod partiklari lejn
l-imsiehba socjali u s-socjeta civili organizzata. Id-Direttur Generali
tal-GRTU spjega li l-GRTU tixtieq tara t-twaqqif ta' Petitions Committee fil-Parlament Malti li jahdem fuq l-istess
linji tal-Parlament Ewropew. Id-Direttur Generali semma li bhala kwistjoni
mmedjata li l-GRTU tixtieq tressaq hi dik dwar l-Ligi tal-Kera fejn iz-zewg
nahat ta' l-ahhar Parlament kienu ghagglu ghaddew Ligi bi ftehim bejniethom li
wegghet b'mod qawwi lil eluf ta' sidien ta' negozji Maltin. Din hi Ligi li
ghaddiet minghajr ma tkejjel l-impatt ekonomiku attiv fuq dawn is-sidien li
l-bicca l-kbira minnhom huma zghar.
Il-Parlament ma ta' l-ebda
konsiderazzjoni ta' protezzjoni permanenti lil sidien ta' negozzji zghar biex
dawn ifendu ghar rashom minghajr tgheddida ta' zgumbrament fi zmien li jkunu
ghadhom ma koprewx l-investiment li jkunu ghamlu fi proprjeta mikrija minghand
haddiehor.
Il-President tal-Parlament Dr Anglu
Farrugia spjega li huwa ser jirsisti biex l-Kumitat Socjali tal-Kamra jidhol
f'aktar kwistjonijiet li jolqtu aktar lis-sidien iz-zghar. Il-President tal-Parlament
qal ukoll li huwa ser jaghti s-sehem shih tieghu biex jitwaqqaf il-Kumitat
Parlamentari ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzjarji.
Il-GRTU qablet ma dan is-suggeriment u
semmiet b'mod partikolari l-kwistjoni serja tax-Shadow Economy li llum
f'pajjizna qeghda tikber u mhux tickien miz-zewg lati partikolari;
l-ewwelnett, haddiema li minhabba numru
ta' rigiditajjiet fis-sistema tal-assistenza socjali qeghdin isibu ruhhom li
jkollhom jahdmu minghajr ma jiddikjaraw d-dhul taghhom
it-tieni, li hi l-akbar nkwiet
ghall-imsiehba tal-GRTU, in-numru li dejjem jikber ta' operaturi, Maltin u
barranin li qed jimpurtaw iqassmu u jbieghu, jghamlu xoghlijiet diversi
ta' tiswijiet, kostruzzjoni, u sub
contracting ohra bla ma jiddikjaraw id-dhul u jhallsu kontribuzzjonijiet
socjali u taxxi ohra.
l-istatistika qed turi li l-expenditure side tal-GDP juri volumm
ta' infieq akbar min dak li hu dikjarat fir-revenue side tal-kejl tal-GDP. Il-verita hi, ssostni l-GRTU li
hemm volumm ta' infieq, li fih innifsu hu tajjeb ghall-ekonomija izda, hu hazin
ghax huwa l-frott ta' kompetizzjoni ngusta ta' individwi li qed jaqilghu b'mod
ingust ghas-skapitu ta' imprendituri onesti Maltin. Il-GRTU ghalhekk temmen
illi l-Parlament ghandu jkollu rapport aktar dirett ma organizazzjonijiet bhal
ma hi l-GRTU biex ic-channel of
communications ma jkunx biss mall-Gvern imma ukoll direttament
mall-Parlament.
Finalment il-GRTU appellat
lill-President tal-Parlament li hu, bhala Speaker jiehu role ikbar f'dak kollhu li jigi propost dwar tibdil fil-kostituzzjoni.
I-bicca l-kbira tan-nies inkluzi l-membri tal-GRTU m'ghandhomx ideja ta' x'inhu
jinghad dwar l-kostituzzjoni u jkun tajjeb li l-President tal-Parlament jidher
li ghandu rwol fundamentali fuq dan is-suggett.
Dr Anglu Farrugia irringrazzja lill-GRTU
ghal laqgha kordjali u ghas-suggerimenti li sarulu u assigura lill-mexxejja
tal-GRTU li hu ser jizgura lill Kumitati tal-Kamra jzommu kontinwament
il-htiega ta' komunikazzjoni diretta mall-imsiehba socjali u s-socjeta civili
organizzata.
Prezenti ghall-Laqgha Paul Abela, President, Vincent Farrugia, Direttur Generali, Philip Fenech,
Vici President, Policy & Strategy,
Joan Haber, Vici President, Trade
Sections & Crafts, Carmen Borg – Senior Executive.