Id-Decizjoni
tal-Kummisjoni Ewropea li tpoggi lill-Malta taht Excessive Deficit Procedures hi ahbar hazina. – Il-GRTU Kamra Maltija ghall-Intraprizi Zghar u Medji bl-akbar
rapprezentanza f'Malta ta' intraprizi micro,
small u
medji, ssostni li id-decizjoni li hadet illum il-Kummissjoni Ewropea li terga'
tpoggi lil Malta f'sitwazzjoni ta' excessive
deficit procedures hi decizjoni hazina hafna ghal Malta u se taghti messagg ikrah
lill-investituri fi zmien li diga' hu difficli.
giet evitata kieku il-mexxejja politici Maltin u rapprezentanti tal-imsiehba
socjali urew aktar maturita' fil-mod kif jindirzzaw kwistjonijiet importanti
ta' natura ekonomika u socjali. Hu in-nuqqas ta' ftehim fuq livell Nazzjonali
dwar programm serju ta' riformi li qieghed kull darba iwaqqa' lill-pajjizna
f'din is-sitwazzjoni kerha.
Il-GRTU issostni li Malta setghet ghamlet pass hafna ahjar
biex f'pajjizna ikunu evitati il-konsegwenzi negattivi ta' din id-decizjoni
tal-Kumissjoni. Malta diga' ghaddiet minn din l-esperjenza qarsa fl-2004
sal-2007 u ghal darb'ohra bejn l-2009 u l-2012. Matul dawn iz-zewg perjodi,
allavolja tat-tieni kien gie fiz-zmien li Malta intlaqtet mir-ricessjoni,
pajjizna ghamel is-sagrificcji mehtiega u kuntrarjament ghal hafna pajjizi
ewropej ohra, irnexxilu malajr johrog mir-ricessjoni u jkompli jkattar il-gid
ekonomiku u jsostni it-tkattir tal-impjiegi, allavolja kellhom jiddahhlu
decizjonijiet iebsin. In-Nuqqas izda ta' ftehim fuq livell Nazzjonali fuq numru
twil ta' snin bejn Gvern u imsiehba socjali ma tax il-garanziji mehtiega li pajjizna
jimxi b'mod sod u konsistenti.
Pajjizna ghandu l-aktar ekonomija miftuha fl-Ewropa u
niddependu kwazi ghal kollox fuq l-andament ekonomiku fil-kumplament
tal-imsiehba fl-Unjoni Ewropeja, b'mod partikolari fiz-Zona Ewro, u ghalkemm
l-isforzi taghna f'Malta, pozittivi u negattivi, kif ukoll il-hegga li bihom
inwettqu ir-riformi indikati mill-Kummisjoni Ewropea, huma importanti, jibqa'
li Malta dejjem hi suggetta ghal dak li jsir fil-kumplament tal-Ewropa, b'mod
partikolari fiz-Zona Ewro, aktar minn kull pajjiz iehor fl-Unjoni Ewropea.
Il-GRTU issostni li l-Kumissjoni ma tatx piz bizejjed lil dan l-impatt u
l-Awtoritajiet Maltin kellhom jinsistu aktar biex il-Kummissjoni tkejjel sew
dan l-impatt qabel ma regghet poggiet lil Malta ghat-tielet darba taht excessive budget
procedures.
Dan ma jfissirx, issostni il-GRTU, li f'pajjizna
kulhadd qed
jifhem kemm hu importanti li naghtu kaz u b'serjeta' l-obbligi taghna
bhala
pajjiz membru shih tal-Unjoni Ewropeja u membru tal-Unjoni Ekonomika u
Monetarja. Il-politici taghna, fl-ahhar Parlament, ghamlu zball kbir
meta ma
approvawx il-Budget 2013 f'Novembru li
ghadda u il-fatt illi in-Nefqa Pubblika u it-thaddim tal-iskemi imfassla
fil-Budget 2013 wara konsultazzjoni mal-imsiehba socjali, ma setghux
jithaddmu
fl-assenza ta' Budget approvat, xekkel
mhux ftit it-tkattir ekonomiku tal-ekonomija Maltija fl-ewwel erba' xhur
ta'
din is-sena. It-tahwid politiku tal-ahhar parti tas-sena 2012 ukoll
gharraq
l-andament ekonomiku pozittiv tal-ekonomija Maltija. Il-kampanja
elettorali
twila ukoll m'ghinitx biex l-intraprizi Maltin ikomplu jaghtu s-sehem
shih
taghhom biex l-ekonomija tkompli tikber. It-tahwid poilitiku ghin ukoll
b'mod
negattiv biex ma sarux ir-riformi li kellhom isiru. Dawn issa ghad iridu
jitfasslu u jitwettqu specjalment f'settur importanti ghan-nefqa
pubblika bhal
ma hi il-kwistjoni tal-Pensjonijiet u l-kwistjoni tal-Finanzjament
tas-settur
tas-Sahha u tas-Servizzi Socjali. Dawn sfortunatament baqghu fuq
l-ixkaffa meta
kull min hu
serju kien jaf li fil-fatt kellhom ikunu indirizzati b'urgenza.
Illum pajjizna ghandu Gvern b'maggoranza qawwija.
Gvern li
jista' jdahhal ir-riformi mehtiega bi qbil mal-imsiehba socjali u
s-socjeta'
civili organizzata. Dan hu fatt li l-Kummissjoni kellha tiehdu in
konsiderazzjoni. Hu ghalhekk li l-GRTU ssostni li hu possibbli li
b'immanigjar
tal-ekonomija iktar deciziv u bl-impenn shih ta' Gvern u Oppozizzjoni,
imsiehba
socjali u socjeta' civili organizzata, li pajjizna hu kapaci jirrisolvi
il-problema ta' excessive deficit sal-ahhar tal-2014. Il-GRTU issostni
li jekk
il-Gvern jaghraf juza' sew il-hilijiet ta' kulhadd, b'mod partikolari
ta' min
hu l-aktar kapaci, irrispettivament mill-kulur politiku tal-individwi,
Malta
tista' twettaq ir-riformi mehtiega u timplimenta is-soluzzjonijiet
miftehma
biex l-2013 taghlaq b'headline
deficit target ta' 3.4% tal-GDP u il-Gvern jaghlaq is-sena 2014
b'headline deficit target ta' 2.7% tal-GDP. Il-GRTU temmen ukoll li hu
possibli li b'rieda qawwija mill-imsiehba socjali u bit-tmexxija miftuha
u
deciziva, li d-debt ratio ta' pajjizna
jersaq aktar lejn is-60% tal-GDP li hu mehtieg biex Malta tkun konformi
mal-obbligazzjonijiet taghha bhala membru fiz-zona ewro. Il-GRTU temmen
li dan
jista' jsir b'pass sodisfacenti u bla htiega ta' awsterita' zejda.
Sfortunatament, izda, il-GRTU
issostni li jekk din il-kwistjoni ma tinghatax l-attenzzjoni massima u
l-urgenza u l-prijorita' kollha li titlob, lil'hinn minn kull weghda ohra
elettorali li setghet saret, is-sitwazzjoni ta' tkattir ekonomiku fjakk u
nuqqas ta' holqien ta' xoghol tkompli tehzien fix-xhur li gejjien b'effett
negattiv akbar fuq id-deficit finanzjarju.
Id-decizjoni tal-Kummissjoni Ewropea hi decizjoni hazina u dannuza ghal Malta u
titfa lil pajjizna lura ghax twassal messagg negattiv fi zmien difficli. Hu
ghalhekk importanti li ilkoll flimkien, Gvern, Opozizzjoni, Msiehba Socjali u
Socjeta Civili, li nqumu ghall-isfida u neghlbuha.
Il-GRTU illum resqet talba b'urgenza lic-Chairman tal-MCESD
biex isejjah laqgha tal-MCESD biex ikun diskuss il-Country Specific Report dwar Malta u l-impatt ta' tqeghid ta' Malta taht
excessive deficit procedures u biex
l-imsiehba socjali jaqblu fuq pjan ta' azzjoni li jwassal biex Malta tehles
darba ghal dejjem minn sitwazzjoni fejn pajjizna diehel u hiereg taht excessive deficit procedures.





