Il-Ministru responsabbli
għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-tibdil fil-Klima, Leo Brincat ħareġ
espressjoni ta' interess għall-iżvilupp tal-potenzjal tal-Park tal-Familja. Din
l-espressjoni ta' interess saret bl-iskop ewlieni li jinħolqu opportunitajiet
akbar ta' divertiment u sfog għall-familji Maltin li jżuruh, kif wkoll sabiex
jingħata spazju u nifs akbar għal inizjattivi ġodda fil-qasam tal-kummerċ
f'pajjiżna.
L-ghan hu li din l-espressjoni
ta' interess tinkoragixxi intraprendituri u nies fin-negozju b'ideat friski,
ġodda u innovattivi biex jersqu 'l quddiem sabiex permezz ta' process
trasparenti jkunu jistgħu saħansitra jipproponu ideat ġodda u innovattivi,
b'żieda ma' dawk l-attivitajiet eżistenti li sejrin jiġu identifikati
fl-espressjoni ta' interess stess. Jekk dawn l-ideat ġodda jkunu milqugħa minn
tim ta' aġġudikazzjoni fil-Ministeru, dawn jkunu inklużi wkoll fil-proċess
tas-sejħa tal-offerti li tinħareġ aktar tard din is-sena. Il-flus iġġenerati
sejrin imorru għall-iżvilupp tal-park innifsu. Sadanittant l-aċċess għall-park
sejjer jibqa' wieħed bla ħlas. Inklużi dawk iż-żoni li sejrin jiġu
kkummerċjalizzati. Ovvjament ħlief għall-aċċess għas-servizzi ġodda li sejrin
jiġu introdotti u pprovduti mis-sieħba l-ġodda kummerċjali. Wieħed anke
jikkonsidra faċilitajiet sportivi. Tabilħaqq jidher li fil-madwar jeħtieġu
faċilitajiet sportivi akbar. Fost iż-żoni li ser jiġu proposti
għall-kummerċjalizazzjoni tal-park hemm:
L-Istallel
Ir-Rock Climbing AreaIr-
Restaurant Area u Tea Rooms
Iż-żona madwar il-Kappella
il-Farm Area magħrufa bħala l-Animal Area
l-Amfiteatru u l-Pillbox
Iż-żona miftuħa għall-attivitajiet fil-beraħ u
l-Agricentre.
L-espressjoni ta' interess se
toħroġ nhar it-30 ta' Marzu u t-tagħrif u l-formoli meħtieġa jistgħu jinkisbu
mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, fi Triq Ħal-Qormi, Santa
Venera.