Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – illum zammet diskussjonijiet mall-Ufficcju tal-Prim Ministru, mall-Kummissarju tal-Pulizija u mall-Malta Industrial Parks biex tinstab soluzzjoni ghall-problema li nholqot wara li l-Pulizija bdiet tnehhu trailers li huma pparkjati f’Hal Far.

Il-GRTU li tirraprezenta lill-Burdnara issostni li l-garr ta’ containers fuq trailer hu parti essenzjali mix-xoghol ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ghalhekk l-awtoritajiet ghandhom l-obligu li jaraw li jkun hemm spazju adekwat qrib l-portijiet fejn it-trailers jkunu jistghu jigu ipparkjati bla zgombru ta’ hadd. Mhux bizzejjed li l-pulizija tinghata ordni biex tnehhi t-trailers jekk ma jkunx indikat post adekwat ghax il-problema inkella tinqala’ minn naha u tintefa band’ohra.
Il-GRTU issostni wkoll li l-problema inholqot ghaliex hafna mill-ispazju disponibbli f’Hal Far qed jinghata ghal skopijiet li m’ghandhomx x’jaqsmu xejn mall-industrija u l-portijiet.
Wara diskussjonijiet mall-Kummissarji tal-Pulizija kien deciz li jitwaqqfu l-azzjonijiet tal-pulizija biex jinghata zmien li fih it-trailers jingarru f’post indikat. Fid-diskussjonijiet mall-Malta Industrial Park gie deciz li bicca art hdejn l-Container Depot ta’ Hal Far tkun riservata ghat-trailers tal-Burdnara. Il-Burdnara issa bdew inehhu t-trailers minn fejn huma ipparkjati illum ghall-post indikat.