Nhar l-Erbgha 20 ta’ Ottubru (9.00a.m) fil-Corinthia Palace
Hotel Attard, l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ser jindirizza lil Konferenza
Nazzjoanli tal-GRTU li din s-sena qed tgharbel is-suggett “Access to Finance for
SME’s”.
Din l-Konferenza qed tkun organizazzata mill-GRTU – Malta Chamber
for Small and Medium Enterprises bis-support shih tal-UEAPME – l-Organizazzjoni
Ewropeja tal-SME’s li taghha l-GRTU hi membru, l-European Savings Bank Group u
l-Kummissjoni Ewropea. Min Malta l-GRTU ghandha ukoll s-support tal-Bank of
Valletta u tal-Malta Financial Services Authority.
Barra l-Prim Ministru
jindirizzaw l-Konferenza wkoll kelliema Ewropej specjalizzati fis-suggett kif
ukoll l-Prof. Joe Bannister, Chairman tal-MFSA u s-Sur Joe FX Zahra, Chairman,
Bank of Valletta. S-Sur Vincent Farrugia d-Direttur Generali tal-GRTU
jipprezentha studju tal-GRTU dwar l-problemi li qed jiffaccjaw l-intraprizi
zghar Maltin biex isibu l-finanzi mehtiega biex jikbru u jilqghu ghall-isfidi
godda ta’ Maltin bhala membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Dr
Lawrence Gonzi ser jispjega l-politika tal-Gvern Malti dwar l-SME’s u l-mizuri
li qed jittiehdu u ser jittiehdu biex jithaddmu sewwa d-Direttivi tal-Unjoni
Ewropea dwar access ahjar ta’ finanzjament ghall-intraprizi zghar
Maltin.
Il-Konferenza li l-GRTU qed torganizza f’Malta hi l-ewwel wahda
minn sensiela ta’ 60 Konferenza ta’ tahrig ghas-sidien tal-SME’s li
l-Kummissjoni Ewropea qed tghin biex ikunu organizzati mall-Unjoni Ewropea
kollha.