Ghall-GRTU
il-holqien tax-xoghol u s-support tal-intraprizi Maltin, li 98% minnhom huma micro
u small, biex dawn jibqghu jhaddmu u jahdmu, ghandu jibqa' l-ewwel prijorita'
fuq l-Agenda tal-Gvern.
ppubblikat l-Kummissjoni Ewropeja dan ix-xahar dwar l-izbilanci macro-ekonomici
ta' numru ta' pajjizi membri tal-Unjoni Ewropeja, hu tajjeb ghall-Malta ghax
pajjizna mhux ikklassifikat ma' dawk il-pajjizi Ewropej li ghandhom problemi
serji u hu konfortanti in vista ghal kummenti negattivi li kienu intqalu dwar
Malta. Imma xorta wahda dan ir-Review jenfasizza l-importanza
tas-sostenibilita' tal-finanzi ta' pajjizna minhabba ir-riskji serji li
pajjizna ghandu kawza ta' popolazzjoni li qed tikber fl-eta' u il-piz qawwi ta'
pizijiet finanzjarji li jiffaccja pajjizna. Il-Gvern ghalhekk ghandu jimxi bi
prijorita' fuq dak li hu l-aktar importanti. U ghall-GRTU top of the list jibqa'
x-xoghol.
F'dan il-kuntest
ghalhekk il-GRTU tibqa' ssostni li l-Gvern ghandu jzomm bhala prijorita' gholja
li l-izbilanci macro-ekonomici jkunu mharrsa u jitfassal pjan serju bil-ko-operazzjoni mal-imsiehba socjali halli
dawn l-izbilanci ma jkomplux jitwessghu u jduru minflok f'bilanci pozittivi.
Il-qofol ghandu jibqa' s-sostenn tal-prodotturi diretti ta' prodotti u servizzi
u is-sostenn lill-intraprizi iz-zghar. Il-GRTU temmen li m'hawnx soluzzjonijiet
facli u xejn ma jsir wahdu. Ix-Xoghol jinholoq mill-intrapriza u l-holqien
tax-xoghol bhala prijorita' assoluta jfisser sostenn serju lill-intrapriza
zghira privata. Sostenn bil-fatti u mhux biss weghdi.
Id-decizjonijiet minn
naha tal-Awtoritajiet iridu jittiehdu bla telf ta' zmien jekk il-qghad irid
jitrazzan u mhux jizdied.
Iz-zmien tal-kliem u
suggerimenti ghadda. Issa, qabel ikun tard wisq, irridu azzjoni.




