L-Onorevoli Silvio Schembri,President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomici u Finanzjarji
jiltataqa' mall-GRTU – l-Kamra Maltija ghan-Negozzji Zghar u Medji. L-iskop ta' din l-laqgħa
kien sabiex l-Onor Schembri jkompli jisma' kif jaħsbuha d-diversi setturi dwar
ir-rati tal-imgħax mitluba mill-banek li finalment huma kruċjali
għall-industrija lokali, speċjalment għan-negozji żgħar u medji fejn ir-rizorsi
huma limitati hafna.
L-Onorevoli Schembri informa li l-Kumitat dwar l-Affarijiet
Ekonomiċi u Finanzjarji beda jistħarreġ is-suġġett tar-rati tal-imgħax mitluba
mill-banek f'Malta fil-bidu ta' din is-sena, waqt laqgħa li kellu mal-Gvernatur
tal-Bank Ċentrali. L-Onor. Schembri
spjega illi wara li jkunu kkonsultati r-rappreżentanti tad-diversi setturi
milquta, il-ħsieb hu li l-Kumitat jorganizza seminar ta' nofs ta' nhar fejn
ikunu mistednin kemm l-istakeholders ewlenin, kif ukoll rappreżentanti
tal-banek Maltin, fejn jkunu jistgħu
jagħtu l-pożizzjoni rispettivi tagħhom. dwar ir-rati ta' imgħax applikabbli
lokalment.
Fost issues oħra li gew
diskussi ġie elenkat illi n-negozji żgħar lokali huma iktar sensittivi għal
interessi għolja mal-banek lokali u li ċ-charges tal-banek lokali huma pjuttost
għoljin meta mqabbla ma' pajjiżi oħra.
Fi tmiem il-laqgħa,
ntlaħaq qbil li l-GRTU taghmel preżentazzjoni dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u
Finanzjarji lill-Kumitat.
Preżenti għal-laqgħa kien
hemm is-Sur Paul Abela, President tal-GRTU, is-Sur Philip Fenech President
tat-Tourism, Hospitality and Leisure Carmen Borg Eżekuttiv Ufficcju, GRTU.

This

Computer and Internet Usage – Results showed high levels of
