Nhar il-Gimgha li ghadda ufficjali tal-GRTU ipprezentaw il-veduti tal-GRTU u tal-membri taghha
direttament waqt konferenza stampa lill-Hon Jose Herrera, Segretarju
Parlamentari ghal Kultura u l-Gvern Lokali. Dawn wara li l-GRTU ghamlet
konsultazzjoni nterna fuq is-suggett permezz ta` email li ntbaghtet lill-membri
taghha. In-numru ta` risposti li rcevejna lura kienu bosta. Dawn iffurmaw
il-bazi li fuqhom il-GRTU bniet il-proposta taghha.
Il-GRTU
u l-membri taghha jilqghu din ir-riforma ghaliex ihossu li m'hawnx apprezzament
bizzejjed u rispett lejn in-nies li jkunu qeghdin isuqu fuq xoghol.
L-importanza li nissalvagwardjaw l-interess ta` min ikun ghaddej bid-deliveries
jew biex jaghti servizz hu kardinali, ghaliex il-livell ta` produttivita
tal-kumpaniji u l-professjonisti taghna bis-sitwazzjoni tat-traffiku kif qeghda
illum qieghed jinzel u qed tbaghti l-kompettitivita taghhom. Wara kollox
in-negozji z-zaghar huma l-mutur tal-ekonomija Maltija u ghandna nharsuhom.
Il-GRTU tara din ir-riforma bhala opportunita' li nindirizzaw dan in-nuqqas u
anke hawn naghtu lin-negozji r-red carpet treatmet li tant nishqu fuqu.
Inhossu
li l-Gvern bhala parti min din ir-riforma irid jaghmel sforz biex jeduka lil kull min hu nvolut f'dan
ir-rigward anke lic-cittadin b'mod generali. Fit-toroq hemm nies li jiggieldu
mall-hin biex ilahhqu mall-guranta tax-xoghol taghhom u l-hin mitluf
fit-traffiku ghalihom hu prezzjuz hafna. Dawn in-negozji u ndividwi jistghu
jigu mghejjuna anke b'harsien ahjar tal-kodici tat-traffiku bhal per ezempju,
li s-sewqan isir fuq il-lemin u x-xellug tintuza biss biex wiehed jaqla
b'osservazzjoni ta` speed limit minimu biex ma jigux ikkrejati ostakli f'toroq
li jkun hemm lane wahda.
Il-GRTU
dejjem sahqet li xoghol l-Gwardjani Lokali ma jibdiex u jispicca b'ghoti ta`
multi izda huwa mportant li dawn ukoll ikollom rwol edukattiv. L-ezistenza
tal-Gwardjani Lokali ghandha twassal ghal titjib fil-livell ta` gharfien u
aktar harsien tar-regoli mis-sewwieqa taghna. Meta qeghdin insemmu nedukaw
l-ghan ewlieni hu li dak s-sewwieq li jitwaqqaf minhabba kwistjoni ta` bozoz
tal-vettura mhux jahdmu, dan ghandu jinghata cans, xorta wahda jigi registrat
ghan nuggas tieghu u jitharrek jekk jerga jinqabad. Il-Gwardjani Lokali
ghandhom ukoll juru atitudni mhux severa mall-first time offenders u bl-istess
mod ikunu aktar severi mall-frequent offenders.
Il-Gwardjani
Lokali ghandhom ikunu aktar prattici u jifhmu lis-sewwieqa fil-kuntest ta`
sewqan fit-traffiku u fit-toroq ta` Malta. Dan ma jfissirx li kullhadd jaghmel
li jrid pero b'livell ghola ta` prattika u flessibilta` s-sistema ta' infurzar
fil-lokalita` tibda tgawdi min aktar rispett.
Ezempju
wiehed li hafna mill-membri taghna igergru fuqu hu, li l-Gwardjan Lokali ghandu
jifhem aktar d-delivery persons fejn f'hafna drabi ma jkunux jistghu jieqfu
f'parking bay propja sabiex iwassal oggetti li gieli ikunu tqal jew bulky
minghajr ma jkollu jipparkja metri
l-boghod mid-destinazzjoni. Il-Gwardjan Lokali ghandu wkoll jara li
l-unloading/loading bays qeghdin jigu wzati kif suppost u mhux l-gurnata kollha
okkupati min vetturi li m'ghandhomx x'jaqsmu assolutament xejn ma hadt ta'
xoghol. Il-GRTU issostni li fejn wiehed ma jkunx qed johloq inkonvinjenza jew
ikun ta' ostakolu fejn it-traffiku jigi
affetwat ghandu jithalla jipparkja ghal dawk il-ftit minuti mehtiega.
Il-GRTU
pero ssostni wkoll li jridu jsiru diskussjonijiet kostruttivi biex tinstab
soluzzoni ghal provizzjoni ta` unloading/loading bays jew alternattivi ohra.
Wiehed irid ukoll izomm f'mohhu li illum il-gurnata d-deliveries ma jsirux biss
permezz ta` trakkijiet/vannijiet ghaldaqstant jista jinhareg permess specjali
ghal dawk l-impjegati jew vetturi li xogholhom hu fit-triq iqassmu x-xoghol.
Din is-sistema tista` tigi applikata ghal individwi u bzonnijiet ohra fejn dawn
ikunu jistghu jieqfu biss ftit minuti sakemm jaghmlu dak li hemm bzonn.
Punt
iehor importanti sabiex din ir-riforma tkun ta` success hu li l-atitudni ta`
min qed jinforza l-Ligi ghandha tkun wahda edukattiva u amikevoli.
Sfortunatament illum il-gurnata n-nies ghandhom percezzjoni hazina
tal-Gwardjani Lokali u din ir-riforma trid tindirizza wkoll din il-percezzjoni.
Min qed jinforza ghandu jinghata tahrig sabiex jghinu jikkomunika b'mod
effettiv bla ma jurtha lil-dak li jkun.
Il-GRTU
hi ukoll favur l-introduzzjoni ta` incentivi li jwasslu ghal car pooling bejn
l-impjegati u skemi ohra li kumpaniji jisghu jaddottaw kemm ghall impjegati kif
ukoll ghal klijenti taghhom. Ghandu jsir manteniment kontinwu ta` certu ghodda
ghall-kontroll tat-traffiku bhal sleeping policeman ghaliex hemm minnhom li
huma gholjin wisq u mhux immarkati tajjeb u jistghu jikkawzaw hsara lil
vetturi. Ghandha tigi imnedija hotline u pjattaforma online fejn wiehed ikun
jista` jirraporta trasgressjonijiet u problemi ohra li sewwieqa jiltaqghu maghhom.
Ir-respons ghal dawn ir-rapporti ghandhom ikunu immedjati.
Il-GRTU
thoss li l-pubbliku ukoll ghandu jigi edukat permezz ta` uzu tal-media
differenti u ghandu ikun infurmat tajjeb x'inhu l-irwol tal-Gwardjan Lokali u
dak tal-Puluzija tat-Traffiku.
Il-GRTU
tispera li jekk is-sehem tal-privat fit-tmexxija ta' din is-sistema ser
jitnaqqas ma jmurx lura minflok il-quddiem. It-tmexxija tal-Gwardjani Lokali
ghandha tibqa wahda serja. L-Ahhar izda u mhux l-inqas, il-Gwardjani Lokali
m'ghandhomx ikollhom il-paga marbuta man-numru ta` citazzjonijiet li jinghataw.