Zball storiku tal-Kamra tal-Kummerc – Ma terfghax ir-Responabbilta u tmaqdar lil min jaghti ezempju tajjeb – Il-GRTU
Inkredibbli f'liem livell baxx waqghet il-Kamra tal-Kummerc li ma tiflahx ma tizzeffinx fin-nofs biex taghmel hsara lil GRTU anke akkost li taghwweg il-fatti u bli tghid tkun ta' hsara lin-negozji Maltin u lill-membri ta' Green MT li kwazi kollha huma wkoll membri tal-GRTU. Qatt f'sittin sena ta' relazzjonijiet bejn il-Kamra tal-Kummerc ma kien hemm tmexxija fil-Kamra tal-Kummerc li halliet lil min fil-Kamra ghandu l-lanzit ghal GRTU jiehu l-mazz f'idejh u jinqeda bil-Kamra biex jobzoq kontra l-GRTU akkost li jirredikola lil l-istess Kamra u dan fi zmien mill-aktar minn piki u firda n-negozjant Malti jrid l-ghaqda.
Mhux vera li xi hadd ghamel pjacir lil Green Mt u hareg licenzja retroattiva kif ivvintat biex tikkalunja il-Karma tal-Kummerc. Il-fatti juru li kien hemm permess li hareg fis-sena 2009 li kien validu. It-tigdid tal-permess ghas-sena ta'wara haiz-zmien tieghu minhabba fatti maghrufa minn kulhadd. Il-fatti wkoll juru li sett ta' regolamenti facli, li tahthom mar tajjeb haddiehor, meta l-korpi li jirrapprezentaw il-kummerc inkluzi l-Kamra tal-Kummerc kienu iddecidew li jhaddmu skema huma f'isem il-kommunita tal-kummercjanti Maltin, inbiddlu u l-kondizzjonijiet saru hafna aktar onoruzi. Il-Kamra tal-Kummerc bezghat mir-risponsabbilta enormi li timponi t-thaddiem ta' skema nazzjonali ghar-riciklagg kif jitolbu l-ligijiet Ewropew imma l-GRTU ma bezghatx ghax fir-rapprezentanza taghha tal-kummercjanti l-GRTU kuntrarjament ghal Kamra tal-Kummerc mhux qehda hemm biss biex tparla u tipproponi imma wkoll biex flimkien, mal-kummercjanti Maltin tmidd ghonqa u terfgha r-responsabbilta tat-treggija fejn ikun fl-ahjar interess tal kummecjanti.
Fil-kas ta' l-immanigjar ta' skema nazzjonali biex jingabar skart tal-ippakeggjar, kienet ir-responsabbilta ta'ghaqda responsabbli bhal GRTU li hadet ir-responsabbilta. Jekk il-Karma tal-Kummerc bewxet ghax bezghat kellha issa talaq halqa u mhux timbex bhat tfal iz-zghar.
Id-dewmien fil-hrug tal-permess lil Green mt m'ghandhu x'jaqsam xejn ma dak li nsinwat b'mod malinn il-Kamra tal-Kummerc, imma sempliciment kawza ta' diskussjonijiet teknici li kienu ghaddejjin bejn il-MEPA, l-istess Green MT u l-facilita ta' l-Irkupru Wasteserv Malta Limited. L-istess Kamra tal-Kummerc taf li l-mekkanizmu li issa dahal fis-sehh, biex kummercjant jigi ezenti mill-Eko Kontribuzzjoni, mitlub hekk rigoruz mill-GRTU, biex jinhargu l-Avvizi Legali mehtiega, ha tul tieghu.
Haga ta' l-iskantament li l-Kamra prattikament ma ghamlet xejn hlief xi zewg stqarrijiet l'hemm u l'hawn, u mhux is-sighat twal u l-isforzi ma jiefqu xejn li ghamlet il-GRTU biex jinhargu l-Exemption orders inkluzi ukoll investiment ta' eluf ta' Ewro fuq Skema u hlas ta' kuntratturi u pagi li setghet sfumat kieku il-Gvern baqa ma zammx kellmtu u ma harigx l-Exemption orders li illum qedghin igawdu minnhom l-istess membri tal-Kamra tal-Kummerc. Il-GRTU kburija li meta pajjizna ried li n-negozjant Malti jerfa l-piz biex pajjizna ukoll bhal kumplament tad-dinja civilizzata jerfa l-piz halli l-ambjent jidnaddaf u li politika ambjentali gdida tithaddem il-GRTU ma bezghatx u li n-negozjant Malti mexxietu bil-fatti u allavolja bit-tbatija lejn is-sewwa, u dan il-GRTU ghamlitu bl-imbiex kollu u bil-ksuhat ma jieqfu qatt tal-Kamra tal- Kummerc li ghal pika u ghal ebda raguni ohra baqghat barra milli tiehu sehem fl-iskema li pproponiet u qed tithaddem b'success il-GRTU.
Il-fatti juru li z-zejt dejjem jitla f'wicc l-ilma u xejn ma jhassar dak li hu fatt: il-GRTU hadmet u ghanda ir-rikonoxximent tal-kummercjanti Maltin. F'dan il-qasam il-Kamra tal-Kummerc harbet u issa qed tara ikrah lil min irnexxa.