Il-Kwistjoni Dwar il-Final Withholding Tax ta’ 12% ta' Trasferimenti ta' Prorjeta
Il-GRTU din il-gimgha laqghet lill-Izviluppaturi tal-Proprjeta (Property Developers) u lil Agenti tal-Bejgh tal-Proprjeta (Estate Agents) biex f’laqghat separati jiddiskutu fid-dettal l-impatt tad-decizjoni tal-Budget li t-taxxa fuq it-trasferiment ta’ proprjeta tinbidel minn wahda ta’ capital gains tax ghall-final withholding tax .
Kemm l-Agenti tal-Bejgh ta’ Proprjeta kif ukoll l-Izviluppaturi tal-Proprjeta qablu li l-Ligi kif inhi ser tohloq problemi kbar ghall-izviluppaturi li illum jixtru proprjeta u jtellghu bini li jimbiegh l-aktar lil Maltin. Dan hu xoghol li illum johloq hafna impjiegi u hafna attivita ekonomika lil hafna imprendituri zghar u self-employed barra li jwassal fuq s-suq proprjeta “affordable” ghall-hafna li jfittxu biex jixtru darhom.
Il-GRTU ghalhekk iltaqghet mas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Tonio Fenech fejn resqet il-kummenti tal-izviluppaturi. Il-GRTU ipprezentat kontro proposti lil gvern kif il-ligi tista tigi amendata biex filwaqt li jinzamm l-beneficcju tas-sistema l-gdida ma jkunux mghobbija b’taxxa mhux accettabbli dawk li joholqu ix-xoghol.
Il-GRTU f’isem l-Agenti tal-Bejgh tal-Proprjeta u f’isem l-Izviluppaturi tal-Proprjeta ser tipprezenta fil-granet li gejjien dokumenti bl-amendi ghall-Abbozz tal-Ligi li jimplimenta l-Estimi u Mizuri Amministrattivi ohra, Taqsima II li jamenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Il-proposti tal-GRTU huma mmirati biex tinghata option lil dawk li jixtru, jizviluppaw u jbieghu l-proprjeta f’terminu ta’ zmien preskritt li jkollhom l-ghazla li jkomplu jhaddnu s-sistema ta’ 7% provisional tax u 35% tax fuq il-qliegh stabbilit skond ir-rendikont ta’ spejjez ipprezentati mill-izviluppatur.
Il-GRTU wkoll talbet li jkun estiz immedjatament it-terminu ta’ zmien li fih irid isir it-trasferiment jew bejgh ta’ proprjeta fejn l-avviz tal-konvenju ta’ bejgh jew trasferiment jkun diga sar ghaliex il-perjodu sal-31 ta’ Dicembru 2005 hu qasir wisq.
L-amendi tal-GRTU huma wkoll intizi li min jiret proprjeta jgawdi mill-vantaggi tat-taxxa ta’ 12% final witholding fuq l-profitt flok il-35% li kienet tghodd qabel. Wkoll jibqghu igawdu mit-12% withholding dawk li jbieghu proprjeta li titpogga fuq is-suq wara numru ta’ snin li tkun nxtrat. Il-GRTU kienet resqet proposti f’dan is-sens qabel il-Budget ghax issotni li kif kienet it-taxxa fuq din it-tip ta’ proprjeta kienet ingusta u kienet kawza ta’ pressjoni zejda fuq l-prezzijiet tal-proprjeta.
Mid-diskussjonijiet li l-GRTU kellha mall-Onorevoli Tonio Fenech il-GRTU hi sodisfatta li hemm possibilta qawwija ta’ soluzzjoni prattika dwar din it-taxxa fl-ahjar interess ta’ kulhadd.