Il-GRTU kitbet lill-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Rizorsi ghan nom tal-Operaturi tal-Water Bowsers b'referenza ghac-cirkolari mibghuta lis-sidien kollha mill-MRA fis-16 ta' Jannar 2012.
Il-GRTU talbet posponiment tad-data ndikata l-15 ta' Frar 2012 ghal hlas tad-dritt annwali tal-etracking ta' €425, sa data wara li dik li fiha l-Gvern ikun habbar il-prezz tal-ilma.
Il-GRTU spjegat li tesigi illi dan il-prezz ikun maghruf qabel ma l-operaturi ma jaghmlu l-investiment necessarju marbut mal-etracking peress li kull operatur ghandu jaghrbel jekk ikunx ser ikompli jahdem fis-settur jew le.
Din id-decizjoni personali tista' tittiehed biss meta l-operaturi jkunu maghrfa dwar il-prezz tal-ilma. Sadanittant l-GRTU qeghda tinsisti li din it-talba tigi milqugha mill-Awtorita' ghall-ahjar andament ta' dan is-settur.