Waqt li rringrazzjat lill-Kunsill tal-laqgha kordjali organizzata dwar xoghlijiet ta' tisbih/servizzi gewwa Triq San Pawl il-Belt, il-GRTU gibdet l-attenzjoni tal-Kunsill li l-GRTU ghandha tigi involuta aktar dwar xoghol simili sabiex l-komunita' kummercjali tkun infurmata fil-hin bil-proceduri mehtiega u mhux kif appena ser jibda x-xoghol.
Il-GRTU immedjament bdiet tinforma lis-sidien li x-xoghlijiet ser jibdew bejn l-ewwel/tieni gimgha t-Awwissu 2011 bl-ewwel fazi (mill-OPM sa Triq it-Tejatru). Bi ftehim mal-Kunsill u mall-Ministeru tal-MRRA il-GRTU kellha tiehu hsieb tara jekk kienx hemm applikazzjonijiet pendenti min naha tas-sidien minhabba utility services etc sabiex dawn jigu mhaffa u jsiru waqt l-andament tax-xoghlijiet. Ftehmna ukoll li dawk kollha li ghandhom kantina jikkomunikaw mall-Kunsill sabiex jigi ikkordinat ix-xoghol skond l-htiega.
Carmen Borg rapprezentanta fi hdan il-GRTU il-bierah fil-ghodu zaret sidien ta' negozji li qeghdin fil-parti ta' fuq fejn ser tibda l-ewwel fazi tax-xoghlijiet. Sfortunatemnet ma setawx jinghataw dettalji cari il-ghaliex l- programm/perjodu ta' xoghol ghadu ma huwiex ikkonfermat, Traffic Management lanqas, u lanqas ma huwa kkonfermat l-hin li l-kuntrattur ser jopera bih.
Is-Sidien ma ghandhom xejn kontra dan ix-xoghol anzi laqghu b'ferh din l-ahbar, pero il-GRTU talbet li kif appena l-Kunsill ikollu ftit informazzjoni jghaddiha mal-ewwel lill-GRTU l-ghaliex hemm sidien li huma ikkoncernati hafna ghal fatt li Triq San Pawl hija wahda mit-toroq ewlenin li bhalissa qed tilqa' hafna mit-traffiku li jwassal ghac-centru tal-Belt.
Il-GRTU gibdet ukoll l-attenzjoni li hafna mis-sidien huma wholesalers, distributuri, restoranti, kaffeteriji, hwienet tal-merca etc. Dawn ghandhom bzonn li f'certu hinijiet jhottu u jghabbu x-xoghol ghalhekk l-access ghandu jkun addattat mhux ghal klijent u l-impjegati biss.
Il-GRTU talbet ghall-informazzjoni li gejja, kif appena tkun disponibli;
-
l-programm/skeda ta' xoghol
-
Traffic Management
-
Access alternattiv jekk Triq San Pawl tkun maghluqa
-
l-hinijiet ta' kif ser jahdem l-kuntrattur ghaddilna kopja sabiex inkun nista ninforma l-kumplament tas-sidien min triq it-Tejatru sa triq l-Arcisqof