SME Chamber

Tnedija tal- Istandards tax-Xog’ol fis-Settur tal-Motor Damage

 Diskors tal-President tal-GRTU – Malta Chamber of SMEs  -Fl-okkażjoni tat-Tnedija tal- Istandards tax-Xogħol fis-Settur tal-Motor Damage li giet organizzata flimkien mall-Kunsill Malti ghall-Kwalifiki u l-Malta Chamber of Motor Assessors illum 4 ta' Mejju 2012. Ghall-okkazzjoni attendiet l-Onorevoli Dolores Cristina – Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol

 

Paul Abela qal li ghanijiet primarji tal-imprenditur huma li jkabbar u jikseb aktar valur ghall-intrapriza tieghu. F'dinja li titmexxa mit-teknologija fejn l-ambjent ta` madwarna u r-regoli li nghixu fihom jinbidlu kontinwament, hu diffiċilissimu, b'mod speċjali għall- intraprża żgħira, żżomm aġġornata mal-avvenimenti mportanti kollha li jkunu qed jiġru. Għal imprenditur li ma jiflaħx iħallas paga oħra u li ma jistax jeħodha fuq dahru wkoll bl-impenji aktar importanti tal-intrapriza tieghuli jżomm aġġornat hi ġlieda li kważi jitlef kuljum.

Il-GRTU hi leħen l-intrapriża privata u tradizzjonalment tirrapreżenta , u tipproteġi l-interessi tal-imprenditur. Ahna nifhmu dak li ftit jifhmu, li xogħol l-imprenditur hu xogħol diffiċilissimu, ta` tensjoni għall-persuna u xogħol li wieħed għandu jammira. L-intrapriża żżomm l-ekonomija għaddejja u tħaddem bosta membri mill-familji tagħna.

Bdejna minn numru żgħir ta` negozjanti li ngħaqdu biex iwaqqfu l-inġustizzji li kienu qegħdin isiru għaliex fehmu li kien ħaqqhom trattament aħjar. Illum aħna organizzazjoni nazzjonali, membru tal-għola istituzzjoni konsultattiva u prezenti kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew.

Il-GRTU hi organizzata fuq skala Nazzjonali, Settorjali, kif ukoll ta` Kunsilli Lokali. Fuq livell Nazzjonali l-GRTU tiġbor l-opinjonijiet tas-sidien tan-negozji żgħar u medji u s-self employed minn kull qasam ta` negozju u tressaqhom lill-awtoritajiet fil-proċess ta` konsultazzjoni li ma jispiċċa qatt. Fuq livell Settorjali l-GRTU tiġbor ukoll lis-sidien tan-negozji, qasam b'qasam, u dawn fl-mkien janaliżżaw il-proposti u l-miżuri, proposti mill-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet jew l-imsieħba speċjaliżżati, u b'hekk jgħaddu l-kummenti tagħhom u jitgħalmu jaddottaw dak li jkun qed jinbidel. Fuq livell ta` kunsilli lokali l-GRTU żżomm kuntatt kontinwu mas-sindki u l-kunsilliera kollha għaliex hi l-unika organiżżazjoni li tirrapreżenta lis-sidien kollha ta` Malta u Għawdex fil-lokalita` individwali tagħhom. Huma ħafna d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-lokalita li jaffetwaw lis-sidien.

Bħala forza pubblika l-GRTU taħdem favur it-tkabbir tal-ekonomija lokali u s-sostenibbilita tal-lokalitajiet. Taħdem ukoll fuq livell Ewropew bis-saħħa tar-rappreżentanza attiva f'organiżazzjonijiet Ewropej li jirraprezentaw l-oganiżazzjonijiet nazzjonali bhal EuroCommerce li titkellem f'isem sidien tal-ħwienet, wholesalers u kummerċ internazzjonali u UEAPME li titkellem f'isem entrapriżi żgħar u medji. Il-GRTU hi wkoll irreġistrata bhala Employers Association u għandha rappreżentanza diretta f'isem is-sidien tan-negozji zgħar u medji Maltin fl-European Economic and Social Committee. 

Il-GRTU mhux biss hi grupp ta` pressjoni iżda hi l-one stop shop u l-aħjar business partner ta` l-imprenditur. Izzomm l-intrapriżi aġġornati b'kull avveniment importanti li għandhom ikunu jafu bih, nikkonsultawhom fuq tibdil ta`liġijiet ġejjin mil-lokal u mill-Unjoni Ewropeja, nieħdu hsib in-negozju tagħhom fil-lokalita bir-relazzjonijiet tajba li għandna mal-kunsilli lokali, noffru servizz ta` parir legali u nżommu l-membri tagħna aġġornati fejn jidħlu fondi.

Il-GRTU tirrapreżenta l-akbar ammont ta` intrapriżi u għal daqs tant hi l-akbar organiżżazjoni rappresentattiva ta` dan is-settur. Kien għal raġunijiet li semmejt li l-GRTU ddeċidiet li taħdem flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-Malta Chamber of Motor Assessors sabiex jiġu żviluppati standards tax-xogħol f'dan is-settur.  U dan għaliex, il-GRTU temmen illi l-istandards tax-Xogħol għandhom valur kbir u utili fl-industrija. Jistgħu, nghidu ahna, jintużaw bħala kriterji għar-reklutaġġ ta' individwi, għad-disinn u l-evalwazzjoni t'impjiegi, għall-analiżi tal-ħtiġijiet ta ' taħriġ, ghat-tfassil ta' programmi ta' tagħlim u għall-evalwazzjonijiet tar-rendiment kontinwu. L-istandards jipprovdu punt ta' referenza essenzjali għall-individwi li jaspiraw fil-progressjoni tal-karriera tagħhom.

L-istandards tax-xogħol jassistu lil min iħaddem f'firxa ta' attivitajiet fuq il-post tax-xogħol, fosthom ippjanar aħjar.  Fil-fatt l-istandards tax-xogħol jistgħu jintużaw għall-iżviluppar ta' taħriġ u pjannijiet għar-reklutaġ ta' ħaddiema prospettivi, għall-identifikar ta' lakuni fil-kompetenzi tal-ħaddiema u anke għall-bażi tad-deskrizzjoni tal-impjiegi.

Sabiex jiġu implimentati dawn l-istandards tax-xogħol, hemm bżonn li kull industrija jkollha rappreżentanza f'għaqdiet ta' ħiliet settorjali li għandhom jiġu stabbiliti mill-Gvern biex jindirizzaw xi nuqqasijiet fil-ħiliet tal-ħaddiema fi ħdan l-Industrija. Ix-xogħol ta' dawn l-għaqdiet ta' ħiliet settorjali huwa li jirrappreżentaw l-interessi kemm ta' min iħaddem u dan sabiex min iħaddem ikollu vuċi fit-tfassil ta' korsijiet fis-sistema edukattiva, kif ukoll tal-gvern u dan għas-sosteniment ta' dawn l-għaqdiet ta' ħiliet settorjali.

L-użu tal-istandards tax-xogħol, bħala munita komuni bejn is-sistemi differenti ta' edukazzjoni, jgħinu sabiex jitneħħew l-ostakli bla bżonn għall-individwi li juru

ix-xewqa li jidħlu fis-sistema edukattiva formali u wkoll jagħti lok għall-aktar trasparenza lill-individwi li jkunu jridu jipprogressaw fil- karriera tagħhom fi ħdan l-industrija. Fi kliem ieħor, l-istandards tax-xogħol jipprovdu munita komuni għal sistema li tippermetti:

mogħdijiet aktar ċara bejn is-sistemi ta progressjoni akkademiċi, vokazzjonali u professjonali;u

individwi li jiksbu l-kwalifiki meħtieġa sabiex jaħdmu fl-industrija.

L-individwi jitgħallmu f'kuntesti u forom differenti u għalhekk l-istandards tax-xogħol għandhom potenzjal li jkunu għodda li tgħin fir-rikonoxximent, fil-valutazzjoni u fiċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi tal-individwi li jiġu assessjati skont il-kriterji stabbilitif'dawn l-istandards tax-xogħol.   Barra minn hekk, ħaddiema jistgħu jużaw dawn l-istandards tax-xogħol bħala għodda biex jagħmlu awto-evalwazzjoni tal-kompetenzi tagħhom. Bħala GRTU, aħna nemmnu illi kemm min iħaddem kif ukoll l-impjegat għandu jiġi nkoraġġut sabiex itejjeb il-karriera tiegħu billi kontinwament jikseb għerf u ħiliet li jistgħu jgħinuh fuq il-post tax-xogħol tiegħu.  U għalhekk kif ġa semmejt nemmen li dawn l-istandards ser ikunu mezz fejn min iħaddem u l-impjegat kemm dak li ġa qiegħed fuq il-post tax-xogħol kif ukoll dak li jixtieq jaħdem fis-settur speċifiku, ser ikollhom ippreżentati lilhom kriterji li jridu jilħqu sabiex jissejħu kompetenti f'dak ix-xogħol speċifiku.

Il-GRTU fehmet dan kollu u għalhekk b'impenn iddeċidiet illi taħdem flimkien ma' setturi differenti sabiex tgħinhom jiżviluppaw standards tax-xogħol illi jkunu ta' benefiċċju kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati. 

Fl-aħħarnett, nemmen li din mhix ser tkun l-unika darba li ser naħdmu mal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u nawgura li kif ħdimna mas-settur tal-Motor Damage Assessment, naħdmu ma' setturi oħra sabiex ikollna industrji b'nies kompetenti u kompettittivi fil-qasam tax-xogħol tagħhom.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).