Diskors tal-President tal-GRTU – Malta Chamber of SMEs -Fl-okkażjoni tat-Tnedija tal- Istandards tax-Xogħol fis-Settur tal-Motor Damage li giet organizzata flimkien mall-Kunsill Malti ghall-Kwalifiki u l-Malta Chamber of Motor Assessors illum 4 ta' Mejju 2012. Ghall-okkazzjoni attendiet l-Onorevoli Dolores Cristina – Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol
Paul Abela qal li ghanijiet primarji tal-imprenditur huma li jkabbar u jikseb aktar valur ghall-intrapriza tieghu. F'dinja li titmexxa mit-teknologija fejn l-ambjent ta` madwarna u r-regoli li nghixu fihom jinbidlu kontinwament, hu diffiċilissimu, b'mod speċjali għall- intraprża żgħira, żżomm aġġornata mal-avvenimenti mportanti kollha li jkunu qed jiġru. Għal imprenditur li ma jiflaħx iħallas paga oħra u li ma jistax jeħodha fuq dahru wkoll bl-impenji aktar importanti tal-intrapriza tieghuli jżomm aġġornat hi ġlieda li kważi jitlef kuljum.
Il-GRTU hi leħen l-intrapriża privata u tradizzjonalment tirrapreżenta , u tipproteġi l-interessi tal-imprenditur. Ahna nifhmu dak li ftit jifhmu, li xogħol l-imprenditur hu xogħol diffiċilissimu, ta` tensjoni għall-persuna u xogħol li wieħed għandu jammira. L-intrapriża żżomm l-ekonomija għaddejja u tħaddem bosta membri mill-familji tagħna.
Bdejna minn numru żgħir ta` negozjanti li ngħaqdu biex iwaqqfu l-inġustizzji li kienu qegħdin isiru għaliex fehmu li kien ħaqqhom trattament aħjar. Illum aħna organizzazjoni nazzjonali, membru tal-għola istituzzjoni konsultattiva u prezenti kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew.
Il-GRTU hi organizzata fuq skala Nazzjonali, Settorjali, kif ukoll ta` Kunsilli Lokali. Fuq livell Nazzjonali l-GRTU tiġbor l-opinjonijiet tas-sidien tan-negozji żgħar u medji u s-self employed minn kull qasam ta` negozju u tressaqhom lill-awtoritajiet fil-proċess ta` konsultazzjoni li ma jispiċċa qatt. Fuq livell Settorjali l-GRTU tiġbor ukoll lis-sidien tan-negozji, qasam b'qasam, u dawn fl-mkien janaliżżaw il-proposti u l-miżuri, proposti mill-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet jew l-imsieħba speċjaliżżati, u b'hekk jgħaddu l-kummenti tagħhom u jitgħalmu jaddottaw dak li jkun qed jinbidel. Fuq livell ta` kunsilli lokali l-GRTU żżomm kuntatt kontinwu mas-sindki u l-kunsilliera kollha għaliex hi l-unika organiżżazjoni li tirrapreżenta lis-sidien kollha ta` Malta u Għawdex fil-lokalita` individwali tagħhom. Huma ħafna d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-lokalita li jaffetwaw lis-sidien.
Bħala forza pubblika l-GRTU taħdem favur it-tkabbir tal-ekonomija lokali u s-sostenibbilita tal-lokalitajiet. Taħdem ukoll fuq livell Ewropew bis-saħħa tar-rappreżentanza attiva f'organiżazzjonijiet Ewropej li jirraprezentaw l-oganiżazzjonijiet nazzjonali bhal EuroCommerce li titkellem f'isem sidien tal-ħwienet, wholesalers u kummerċ internazzjonali u UEAPME li titkellem f'isem entrapriżi żgħar u medji. Il-GRTU hi wkoll irreġistrata bhala Employers Association u għandha rappreżentanza diretta f'isem is-sidien tan-negozji zgħar u medji Maltin fl-European Economic and Social Committee.
Il-GRTU mhux biss hi grupp ta` pressjoni iżda hi l-one stop shop u l-aħjar business partner ta` l-imprenditur. Izzomm l-intrapriżi aġġornati b'kull avveniment importanti li għandhom ikunu jafu bih, nikkonsultawhom fuq tibdil ta`liġijiet ġejjin mil-lokal u mill-Unjoni Ewropeja, nieħdu hsib in-negozju tagħhom fil-lokalita bir-relazzjonijiet tajba li għandna mal-kunsilli lokali, noffru servizz ta` parir legali u nżommu l-membri tagħna aġġornati fejn jidħlu fondi.
Il-GRTU tirrapreżenta l-akbar ammont ta` intrapriżi u għal daqs tant hi l-akbar organiżżazjoni rappresentattiva ta` dan is-settur. Kien għal raġunijiet li semmejt li l-GRTU ddeċidiet li taħdem flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-Malta Chamber of Motor Assessors sabiex jiġu żviluppati standards tax-xogħol f'dan is-settur. U dan għaliex, il-GRTU temmen illi l-istandards tax-Xogħol għandhom valur kbir u utili fl-industrija. Jistgħu, nghidu ahna, jintużaw bħala kriterji għar-reklutaġġ ta' individwi, għad-disinn u l-evalwazzjoni t'impjiegi, għall-analiżi tal-ħtiġijiet ta ' taħriġ, ghat-tfassil ta' programmi ta' tagħlim u għall-evalwazzjonijiet tar-rendiment kontinwu. L-istandards jipprovdu punt ta' referenza essenzjali għall-individwi li jaspiraw fil-progressjoni tal-karriera tagħhom.
L-istandards tax-xogħol jassistu lil min iħaddem f'firxa ta' attivitajiet fuq il-post tax-xogħol, fosthom ippjanar aħjar. Fil-fatt l-istandards tax-xogħol jistgħu jintużaw għall-iżviluppar ta' taħriġ u pjannijiet għar-reklutaġ ta' ħaddiema prospettivi, għall-identifikar ta' lakuni fil-kompetenzi tal-ħaddiema u anke għall-bażi tad-deskrizzjoni tal-impjiegi.
Sabiex jiġu implimentati dawn l-istandards tax-xogħol, hemm bżonn li kull industrija jkollha rappreżentanza f'għaqdiet ta' ħiliet settorjali li għandhom jiġu stabbiliti mill-Gvern biex jindirizzaw xi nuqqasijiet fil-ħiliet tal-ħaddiema fi ħdan l-Industrija. Ix-xogħol ta' dawn l-għaqdiet ta' ħiliet settorjali huwa li jirrappreżentaw l-interessi kemm ta' min iħaddem u dan sabiex min iħaddem ikollu vuċi fit-tfassil ta' korsijiet fis-sistema edukattiva, kif ukoll tal-gvern u dan għas-sosteniment ta' dawn l-għaqdiet ta' ħiliet settorjali.
L-użu tal-istandards tax-xogħol, bħala munita komuni bejn is-sistemi differenti ta' edukazzjoni, jgħinu sabiex jitneħħew l-ostakli bla bżonn għall-individwi li juru
ix-xewqa li jidħlu fis-sistema edukattiva formali u wkoll jagħti lok għall-aktar trasparenza lill-individwi li jkunu jridu jipprogressaw fil- karriera tagħhom fi ħdan l-industrija. Fi kliem ieħor, l-istandards tax-xogħol jipprovdu munita komuni għal sistema li tippermetti:
mogħdijiet aktar ċara bejn is-sistemi ta progressjoni akkademiċi, vokazzjonali u professjonali;u
individwi li jiksbu l-kwalifiki meħtieġa sabiex jaħdmu fl-industrija.
L-individwi jitgħallmu f'kuntesti u forom differenti u għalhekk l-istandards tax-xogħol għandhom potenzjal li jkunu għodda li tgħin fir-rikonoxximent, fil-valutazzjoni u fiċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi tal-individwi li jiġu assessjati skont il-kriterji stabbilitif'dawn l-istandards tax-xogħol. Barra minn hekk, ħaddiema jistgħu jużaw dawn l-istandards tax-xogħol bħala għodda biex jagħmlu awto-evalwazzjoni tal-kompetenzi tagħhom. Bħala GRTU, aħna nemmnu illi kemm min iħaddem kif ukoll l-impjegat għandu jiġi nkoraġġut sabiex itejjeb il-karriera tiegħu billi kontinwament jikseb għerf u ħiliet li jistgħu jgħinuh fuq il-post tax-xogħol tiegħu. U għalhekk kif ġa semmejt nemmen li dawn l-istandards ser ikunu mezz fejn min iħaddem u l-impjegat kemm dak li ġa qiegħed fuq il-post tax-xogħol kif ukoll dak li jixtieq jaħdem fis-settur speċifiku, ser ikollhom ippreżentati lilhom kriterji li jridu jilħqu sabiex jissejħu kompetenti f'dak ix-xogħol speċifiku.
Il-GRTU fehmet dan kollu u għalhekk b'impenn iddeċidiet illi taħdem flimkien ma' setturi differenti sabiex tgħinhom jiżviluppaw standards tax-xogħol illi jkunu ta' benefiċċju kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati.
Fl-aħħarnett, nemmen li din mhix ser tkun l-unika darba li ser naħdmu mal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u nawgura li kif ħdimna mas-settur tal-Motor Damage Assessment, naħdmu ma' setturi oħra sabiex ikollna industrji b'nies kompetenti u kompettittivi fil-qasam tax-xogħol tagħhom.