SME Chamber

Tnedija ta’ Standards tax-Xoghol fil-Qasam tal-Motor Damage

 Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki (MQC) flimkien mall-GRTU, l-Kamra Maltija ghan Negozji Zghar u Medji u l-Malta Chamber of Motor Assessors  (MCMA), ser iniedu Standards tax-Xogħol fil-Qasam tal-Motor Damage. L-Istandards tax-Xogħol jiddeskrivu x'inhu mistenni mill-individwu li jkun jaħdem f'xogħol speċifiku. L-Istandards tax-Xogħol jesprimu l-prestazzjoni f'termini ta' riżultati u jindikaw wieħed x'għandu jkun jaf sabiex ikun jista' jaħdem bil-mod mistenni.

Dawn l-istandards jigbru flimkien il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenzi u huma għodda prezzjuża li tista' tiġi użata bħala punt ta' referenza għall-valutazzjoni, l-akkreditazzjoni u r-reklutaġġ.

Filfatt, l-istandards tax-xogħol jipprovdu sfidi għall-individwi sabiex jirriflettu fuq il-prestazzjoni tagħhom. Dawn iservu wkoll bħala għodda għad-deskrizzjoni tax-xogħol, għall-evalwazzjoni, s-superviżjoni u t-taħriġ.

Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki huwa nvolut f'diversi proġetti sabiex jistabilixxi standards tax-xogħol f'setturi differenti, li jinkludu involviment u ftehim suffiċjenti mill-partijiet rilevanti interessati kollha – dan isir biex dawn l-istandards ikunu rikonoxxuti fil-pajjiż kollu.

It-tnedija tal-istandards tax-xogħol fil-qasam tal-Motor Damage se jkollha rwol importanti fil-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawn l-istandards tax-xogħol huma l-qofol ta' siegħat ta' xogħol iebes minn voluntiera fis-settur tal-Motor Damage membri fil-GRTU.

L-għan ta' tnedija ta' dawn l-iStandards hu sabiex tinħoloq kuxjenza u impenn mas-setturi kollha f'Malta lejn ħidma f'kuntest ta' sħubija u l-iżvilupp ta' kunsilli ta' ħiliet settorjali u standards tax-xoghol. 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).