IL-KUNSILLIERA ELETTI TAL–GRTU JAQBLU FUQ STRUTTURA TAT-TMEXXIJA TAL-GRTU MATUL 2006
Il-Kunsilliera tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji iltaqghu biex jiddeciedu dwar l-istruttura ta’ tmexxija l-aktar effikaci fic-cirkustanzi tal-lum.
IL-KUNSILLIERA ELETTI TAL–GRTU JAQBLU FUQ STRUTTURA TAT-TMEXXIJA TAL-GRTU MATUL 2006
Il-Kunsilliera tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji iltaqghu biex jiddeciedu dwar l-istruttura ta’ tmexxija l-aktar effikaci fic-cirkustanzi tal-lum.
Illum il-GRTU ghandha firxa ta’ 7 000 membru, gejjin minn aktar min 70 qasam differenti. Barra minn dan il-GRTU illum firxet ix-xoghol taghhha f’livell Ewropew biex tkun tista taqdi ahjar il-potenzjal tal-intraprizi zghar Maltin fis-suq wiehed Ewropew.
Il-Kunsilliera ghalhekk qablu, li din is-sena jhaddmu struttura ta’ tmexxija li tkun l-aktar qrib l-oqsma rapprezentati mill-GRTU u l-imsiehba individwali taghha. Ghal dan il-ghan, din is-sena ser tithaddem b’mod regolari l-Assembleja Generali tal-Kumitati tas-Sezzjonijiet u tal-Lokalitajiet, li ser tibda tiltaqa’ kull tlett xhur.
Il-membri eletti tal-Kunsill ser jinghataw karigi skond is-settur li minnhom gejjin u skond il-kwalifiki u l-abilitajiet taghhom. Ghalhekk mhux ser tkun imhaddma is-sistema ta’ Vici Presidenti, li kienet ser tibda tithaddem minn din is-sena.
Matul din is-sena, il-Kunsill ser jikkonsulta mal-membri biex iressaq quddiem il-Laqgha Generali, proposta ta’ kif l-ahjar tigi mibnija l-istruttura tat-tmexxij tal-GRTU ghall-gejjieni.
Il-Kunsilliera qablu unanimament li matul din is-sena il-Kunsill Ezekkuttiv jiltaqa b’mod aktar frekwenti mis-snin ta’qabel. It-tmexxija ser tkun f’idejn il-President Paul Abela u d-Deputat President Philip Fenech bix-xoghol tat-tmexxija generali u amministrazzjoni tad-Direttur Generali, Vince Farrugia.