SME Chamber

Titnieda l-marka ta’ kwalita ghall-prodotti agrikoli lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes illum nieda l-iskema tal-Marka ta’ Kwalità għall-prodotti agrikoli lokali. Din il-Marka ta’ Kwalità – li se tkun qed titpoġġa fuq prodotti li jilħqu ċertu livell –
se tkun garanzija li l-prodott li qed jinxtara mhux biss jilħaq l-istandards minimi Ewropej, iżda fih ukoll ċertu kwalitajiet li jmorru lil hinn fil-mod kif ġie kkultivat/mrobbi, mwassal u ppakjat, bil-garanziji ta’ proċess awditjat u ċertifikat f’mod indipendenti.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif din mhux se tkun sempliċiment tikketta li titwaħħal ma’ kwalunkwe prodott, iżda sservi wkoll ta’ protezzjoni għall-prodotti u produtturi ġenwini.

Roderick Galdes irrimarka kif b’din l-iskema, mill-għalqa sal-mejda il-prodott se jkun traċċabli u l-proċess trasparenti. Hu qal li kien ilu jinħass il-bżonn biex bħal pajjiżi oħra, Malta jkollha sistema u prodotti lokali li jaqgħu taħt il-qafas magħruf u sostnut mill-Unjoni Ewropea.

Hu spjega li diġa tnieda proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-istandards ta’ kwalità ma’ diversi raħħala u bdiewa f’diversi setturi, b’mod partikolari l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, tadam tal-ipproċessar, laħam tal-fenek, għasel, laħam tal-majjal, ħalib u prodotti tal-ħalib tal-baqar, ħalib u prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ u mogħoż, frott u ħaxix frisk, u bajd u laħam tat-tiġieġ. Madankollu din il-lista mhux esklussiva u għaldaqstant aktar setturi u prodotti jistgħu jiġu nklużi fil-futur.

Il-logo intgħażel wara kompetizzjoni b’madwar 100 sottomissjoni minn tim ta’ tlett esperti fil-qasam tal-marketing u komunikazzjoni li b’mod indipendenti għażlu r-rebbieħ. Eventwalment il-logo magħżul ġie emendat skont ir-rakkomandazjonijiet tal-esperti.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).