Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – illum ferhet lill-Malta Enterprise tas-success li kellha fit-twettieq tal-iskemi ghall-intraprizi zghar u medji. Ghalkemm in-numru ta’ dawk mghejjunien hu zghir hdejn n-numru totali ta’ intraprizi zghar u medji li ghandna f’pajjizna, l-iskemi mhaddmin hu pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-GRTU tistenna li l-gvern igib aktar fondi mill-Unjoni Ewropa biex ikunu jistghu jithaddmu aktar skemi ta’ assistenza lil SME’s.
Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – illum ferhet lill-Malta Enterprise tas-success li kellha fit-twettieq tal-iskemi ghall-intraprizi zghar u medji. Ghalkemm in-numru ta’ dawk mghejjunien hu zghir hdejn n-numru totali ta’ intraprizi zghar u medji li ghandna f’pajjizna, l-iskemi mhaddmin hu pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-GRTU tistenna li l-gvern igib aktar fondi mill-Unjoni Ewropa biex ikunu jistghu jithaddmu aktar skemi ta’ assistenza lil SME’s.
L-intraprizi zghar Maltin qed isibu li filwaqt li hu relattivament facli biex sidien ta’ intraprizi minn pajjizi ohra fl-Unjoni Ewropea jbieghu f’Malta u jsibu xoghol f’Malta, ghadu iebes wisq ghal Maltin biex jiehdu xoghol fil-kumplament tal-Unjoni.. Kien ghalhekk li l-GRTU oggezzjonat ghat-twettiq immedjat tad-Direttiva dwar is-Servizzi, li ghalkemm fil-pricipju hi tajba izda zgur mhux il-waqt li din tiddahhal f’pajjiz bhal Malta ghaliex il-GRTU temmen li l-intraprizi Maltin jbaghtu ferm biex jikkompetu f’suq ewropew jekk ma jkunux mghejjuna biex jizviluppaw s-sistemi, l-prodotti jew s-servizzi taghhom biex jikkompetu bla xkiel. Hemm hafna intraprizi li bdew u lesti biex iharsu lejn swieq ewropej izda c-cokon tal-intraprizi jesigi li jkun hemm ghajnuna finanzjarja u teknoka lil SME’s Maltin fis-servizzi ghaliex il-cost tal-marketing u ta’ zvilupp hu gholi wisq u wahedhom bla ghajnuna teknika ma jlahqux ghall-hafna snin biex ikunu b’sahhithom li jikkompetu f’suq Ewropew.
Il-GRTU temmen li l-ghajnuna tista tigi diretta jew indiretta f’forma ta’ facilitazzjoni fiskali li taghmilha possibli li s-sdien tan-negozzji Maltin jzommu aktar mill-flus li jaqilghu b’hilithom milli jhallsuhom bilfors f’taxxi. Illum f’hafna negozji l-gvern qed jaqla aktar milli jaqla s-sid wara li dan ikun investa flusu, xogholu u haddem in-nies. Fl-laqgha li l-GRTU kellha mall-Prim Ministru l-GRTU tghat ezempju kif meta jitghaddu l-hlasijiet kollha ta’ licenzji, registrazzjonijiet u kontribuzzjonijiet socjali qed jibqa anqas f’idejn s-sid milli jmur ghand il-gvern. Milli jibqa’ imbaghad tkun trid tithallas it-taxxa. Sfortunatament hafna kelliema tal-gvern u tal-unions, isemmu lil min jabbuza mis-sistema fiskali u konvenjatament jinsew il-maggoranza assoluta li illum thallas regolarment b’mod esagerat it-taxxi kollha imposti fuqha. Il-GRTU temmen li bi skema attraenti li jhajjru lis-sidien izommu aktar fondi ghandhom milli bilfors jghadduhom lill-gvern, jkunu instrumentali biex jizviluppaw aktar l-entraprizi taghhom biex jilqghu b’isfida Ewropea.
L-ixkiel li dejjem jizdied izda, mhux talli mhux qed jaghmilha possibli li jizviluppaw u jinvestu aktar, izda qed joholqu sens ta’ pessimizmu li qed ikisser lil hafna. Aktar milli l-ghajnuna tal-gvern is-sidien tal-intraprizi z-zghar jridu jhaddmu flushom: Il-messagg hu car: tahtfilniex dak li hdimna ghalih u hallina nahdmu.