SME Chamber

Stqarrija konġunta bejn il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, l-GRTU u l-Kamra tal-Ispiżjara

Jiġi ffirmat ‘Service Level Agreement’ bejn il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, il-GRTU u l-Kamra tal-Ispiżjara li qed jistipula l-livell ta’ servizz li jrid jingħata permezz tal-POYC. Dan il-ftehim se jkompli jevolvi u jagħti empowermentlill-ispiżjara u b’hekk inaqqas il-ħtieġa tal-amminstrazzjoni ċentrali min-naħa tal-Gvern. L-ispiżjara, wara diskussjonijiet, jibdew jamministraw huma l-istock tal-mediċini tagħhom u għalhekk ikun hemm aktar kontroll tal-mediċini biex tonqos il-ħela, tiżdied l-effiċjenza u l-mediċini –out-of-stock ikomplu jkunu kkontrollati

Il-ftehim li kien iffirmat illum se jwassal ukoll biex il-Memorandum of Understanding li kien iffirmat fl-2007, u li fuqu kienet ibbażata l-POYC, jiġi estiż sal-2019. Il-ftehim issa jaħseb ukoll biex l-ispiżjar iwassal il-mediċini għall-anzjani fi djarhom.

Għalhekk dan is-‘service level agreement’ huwa pass ieħor fis-sistema tal-POYC biex il-pazjent ikun fiċ-ċentru tas-servizz tas-saħħa, u li se jwassal biex tiżdied l-effiċjenza ta’ dan is-servizz. Il-POYC minnha nnifisha kienet pass tajjeb li ressqet lill-anzjani u lil dawk li huma intitolati għall-POYC, eqreb lejn l-ispiżjar tagħhom. Iżda kien jeħtieġ li nħarsu lejn is-servizz li seta’ jiġi mogħti lill-anzjani tagħna. Il-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn ħadem fuq diversi prijoritajiet biex il-POYC tkun effiċjenti, jonqsu l-mediċini out-of-stock li llum humaanqas minn ħamsa u li servizz tal-POYC jqarreb aktar l-ispiżjar lejn l-anzjani fi djarhom.

Dan is-servizz se jibda fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla u se jkun offrut lill-anzjani ta’ 70 sena ‘l fuq u se jibda f’Raħal Ġdid u r-Rabat. Dan se jsir biex il-POYC flimkien mal-ispiżjara janalizzaw is-servizz offrut u jtejbu fejn ikun meħtieġ. Wara erba’ xhur dan is-servizz se jkun qed jiġi offrut f’aktar lokalitajiet.

Il-ftehim se jwassal biex l-ispiżjara jkabbru l-operat tagħhom u għalhekk il-Gvern se jkun qed joffri tax credits lill-ispiżeriji li huma parti mill-POYC biex jinvestu fl-infrastruttura u fir-riżors uman tagħhom.

Il-Gvern jemmen li l-ispiżjara tagħna, bil-pariri tagħhom jistgħu jgħinu biex il-pazjenti jsegwu aħjar l-istruzzjonijiet li jingħatawlhom bir-reqqa u biex jiġu individwati dawk il-pazjenti li għandhom bżonn tibdil fit-trattamenti tagħhom. Barra min hekk, permezz ta’ dan il-ftehim, se jkun hemm aktar użu razzjonali tal-medicini, biex titnaqqas il-ħela; fatt li jgħin biex il-Gvern ikollu aktar riżorsi biex ikompli jinvesti u jsaħħaħ il-qasam tas-saħħa. 

Dan il-ftehim qiegħed jissiġilla l-evoluzzjoni tas-sħubija li l-Kamra Tal-Ispiżjara u l-GRTU għandhom mal-Gvern fil-proviżjoni tas-servizzi farmaċewtiċi fil–komunità. Dan il-ftehim se jwassal biex verament il-pazjent ikun fiċ-ċentru tal-politika tas-saħħa ta’ pajjiżna. 

Il-Gvern jirringrazzja lill-GRTU, lill-Kamra Tal-Ispiżjara, lill-POYC u lil kull min kien involut biex dan il-ftehim jintlaħaq għall-ġid tal-pazjenti tagħna.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).