SME Chamber

Sospenzjoni u Investigazzjoni mill Puluzija lil beneficcarji taht l-iskema tal-fotovaoltaici

 Il-GRTU izzomm ill-Malta Enterprise responsabbli tal-hsara lil min hu bla htija – Il-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji llum laqqghet lill-beneficcjarji u lill-fornituri li applikaw biex jibbenefikaw taht xi wahda mill-iskemi mhaddma mill-Malta Enterprise taht il-fondi Ewropej li jaghmlu parti mill-European Regional Development Fund (ERDF).

Dawn il-fondi qed jithaddmu biex jghinu lill-intraprizi Maltin jinstallaw sistemi ta' panelli fotovoltaici.

Wara verifikazzjoni interna permezz tal-Awdituri interni imqabbda mill-Malta Enterprise, il-Malta Enterprise iddecidiet li tissospendi l-iskema ta' assistenza u li hemm bizzejjed evidenza biex tqabbad lill-Pulizija tinvestiga aktar kazi ta' suspett ta' dikjarazzjonijiet foloz bil-ghan li applikanti li jgawdu minn assistenza li taghha ma jkunux gustifikati.

Il-GRTU sa mill-bidu nett ta' dan oggezzjonat li l-applikanti kollha taht l-erba' skemi s'issa mhaddma mill-Malta Enterprise, gew identifikati qishom suspetti ta' attivita' illicita' u gew kollha suggettati li jkunu msejjha ghall-interogazzjoni mill-Pulizija meta setgha l-ewwel gie stabbilit internament mill-Malta Enterprise, min prima facia setgha kien hati u mhux gara li, gie imcappas kulhadd. Ir-Rizultat hu li s-sidien ta' intraprizi Maltin qed jigu msejha id-Depot tal-Pulizija sahansitra il-Hadd biex ikunu investigati qishom kriminali. Il-GRTU oggezzjonat ukoll bil-kbir li twaqqfu l-iskemi kollha u t-tielet li l-hlasijiet lil intraprizi twaqqfu meta l-Malta Enterprise bhala l-promottur taht il-Ligi tal-intrapriza Maltija taf li l-waqfien tal-hlasijiet fuq xoghol diga' ordnat u fuq materjali diga' stokkjati u mhallsa, se jpoggu hafna ditti f'diffikultajiet finanzjarji meta m'hemmx hjiel li dawn huma hatja ta' xi att illecitu.

Il-GRTU tistenna li aktar carezza u gustizzja tithaddem f'dan il-kaz ghax jidher li l-affarijiet qed isiru bl-ghaggla irrispettivament mill-hsara li qed issir lill-intraprizi li mxew b'mod korrett.

Mil-Laqgha tal-lum fil-GRTU harget car li l-bicca l-kbira tal-intraprizi applikanti taht l-erba' skemi diga' baghtew bizejjed fid-dewmien inspjegabbli biex isiru l-hlasijiet dovuti u mhux spjegabbli li min m'hemm xejn kontrih ghandu issa jbati aktar bl-iskuza ta' din l-investigazzjoni.

Il-GRTU f'isem il-membri applikanti tal-erba' skemi l-ewwel nett qed titlob li id-dewmien minhabba investigazzjonijiet ghandu jigi rifless f'estenzzjoni tad-data sa meta ghandhom jitlestew l-installazzjonijiet. Il-GRTU qed taghmilha cara u pubblika li f'isem l-applikanti zzomm lill-Malta Enterprise responsabbli tal-hsara kummercjali, ta' kull dewmien u ta' kull implikazzjoni ingusta ta' xi htija li taghha ma jkunux responsabbli.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).