Il-GRTU
Kamra Maltija tal-Intraprizi Zghar u Medji tesprimi is-sodissfazjon shih
tan-negozji Maltin msiehba fil-GRTU ghall-ftehim bejn Malta u il-Libja dwar il-fornitura ta' zejt u gass
lil Malta, it-thaffir ghaz- zejt fl-ibhra Maltin u ghall-izvilupp tal-potenzjal
ta' Malta bhala centru u holqa
importanti ghat-twassil tal-gass Libjan ghall-pajjizi tal-Unjoni Ewropea. Dan
hu pass iehor il-quddiem importanti biex ikomplu jissahhu ir-relazzjonijiet
sodi ta' bejn girien hbieb, ftehiem ta'
fejda u importanti ghaz-zewg nahat.
Il-GRTU
tenfasizza li issa hu importanti hafna li
kull min hu f'pozizzjoni li jghin
biex dan il-ftehim jirnexxi, li jaghti is-sehem shih tieghu biex dan
il-ftehim jkun jista' jigi zviluppat biex jithaddem sewwa u fl-iqsar zmien biex
jkun ta' l-akbar beneficcju ghall-Malta u wkoll ghall-Libja.
Filwaqt
li ferah lil Ministru Konrad Mizzi u
lill-Gvern ghal dan il-ftehim ta' fejda, id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince
Farrugia, wieghed is-support shih tal-GRTU biex ikun assigurat li l-membri
mis-setturi tal-hazna u id-distribuzzjoni u bejgh ta' gass u fuels jaghtu
is-sehem shih u wkoll jkunu lesti biex jinvestu biex Malta u l-imprendituri
Maltin jiehdu il-vantagg shih
mil-opportunitajiet li dan il ftehiem jiftah ghall-investituri privati Maltin u Libjani. Id-Direttur Generali wkoll
wieghed is-support shih tieghu bhala rapprezentant tal-intraprizi Maltin
fil-Kumitat Socjali u Ekonomiku Ewropew
fi Brussels u rapprezentant tal-GRTU fil-EuroCommerce u fil-UEAPME, biex
il-potenzjal kbir li Malta jista' jkollha jekk il-progett kbir ta' uzu ta' Malta
bhala holqa u hub importanti
ghat-twassil tal-prodotti energetici
Libjani ghall-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja jirnexxi, jircievi is-support
shih li jehtieg mill-istituzzjonijiet relevanti importanti ewropej.
L-Unjoni
Ewropeja ghanda pjanijiet kbar biex issib alternattivi ghad- dipendenza kbira
li il-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja ghandhom fuq il-gass mir-Russja. Dan
il-ftehim, ghalhekk, jekk ikun zviluppat sewwa u bil-ghaqal ghandu jircievi
is-support finanzjarju li jehtieg biex ikun wkoll ta` fejda u importanza ghall-
Unjoni Ewropea.