Dan ix-xahar il-GRTU kitbet lill-Hon George Pullicino u l-Hon Tonio Fenech dwar l-iskemi Godda Favur l-Energija Alternattiva. Il-GRTU esprimiet li temmen bis-shih li ghad baqalna hafna u hafna x'naghmlu biex niehdu l-vantaggi kollha li nistghu niehdu f'dak li hu investiment fl-energija alternattiva specjalment fil-qasam tal-energija mix-xemx.
Il-GRTU tirrikonoxxi li permezz tal-hidma taghna u ta' hafna ohra u bl-impenn shih ta' diversi Awtoritajiet u Ministri tal-Gvern u b'uzu ghaqli ta' fondi ewropej Malta irnexxiela thaddem skemi ta' agevolazzjoni favur it-tkattir tal-uzu ta'panelli fotovoltajici li ghalkemm hemm lok ghal titjib, taw rizultati tajbin u wara hafna qtiegh il-qalb hadmu. Wara l-ahhar skema tal-panelli issa wiehed irid jara x'ser isir. Il-GRTU talbet direzzjoni ghas-settur tas-solar thermal (solar water heaters).
Il-GRTU talbet li issa titwettaq l-iskema imweghda fl-iqsar zmien possiblli ghaliex is-settur li jforni il-prodotti issa hu iggerjat sew ghal dan in-negozju u dan fih innifsu hu sinjal tajjeb. Pero is-settur issa jixtieq jara impenn kontinwu biex ir-ritmu ta' xoghol ikompli u l-intraprizi f'dan is-settur ma jaqghux kull darba f'livell ta' attivita' li tkissrilhom ir-ritmu ta' xoghol u impenn li issa lahqu, b'dannu ghall-investiment taghhom u ghall-livell ta' mpjiegi li issa lahqu. Dawn l-intraprizi assolutament ma jistghux jiffunzjonaw fuq livell ta' l-fuq u l-isfel jistennew skema ghall-ohra ghax is-suq bla skemi mhux b'sahhtu li jista`jsostni l-livell ta' investiment li sar s'sissa.
Ghalhekk il-GRTU qed tappella biex jithaffef il-process ta' implimentazzjoni u jibdew bla dewmien aktar id-diskussjonijiet dwar dawn li skemi l-godda. Nappellaw li din id-darba ma jigux mahduma affarijiet bla ma tkun saret diskussjoni dettaljata mall-GRTU halli mhux biss ikun assigurat li d-dettalji jkunu korretti u miftehma imma wkoll ma jkunx hemm min jikkapparra d-diskussjoni b'intenzjoni kapricjuza. Il-GRTU dejjem resqet lejn dawn diskussjonijiet b'mod oggettiv u ghalhekk nistennew li din id-darba l-GRTU tkun centrali ghad-diskussjoni qabel jittiehdu d-decizjonijiet.
Il-GRTU ghandha l-akbar rispett lejn il-professjonisti tal-Awtoritajiet f'dan is-settur pero mil-lat prattiku u kummercjali l-GRTU tibqa' fundamentali. Dan sabiex l-iskemi jigu mfassla b'mod li jahdem u li jkunu gusti. Jekk ma jsirx hekk u l-iskemi jigu mfassla ghal darb'ohra minn professjonisti wahedhom bla pariri teknici ta' mizura kummercjali nibzghu li jerga jkollna hafna telf ta' zmien bi skemi mhux prattici u li ma jahdmux mija fil-mija tajjeb, jew skemi li wara li jibdew u jsir hafna xoghol jitwaqqfu hesrem. Dan kollu l-esperjenza urietna li ma hu qed jiswa ghal xejn hlief biex:
In-nies li jkunu ser japplikaw jaqtghu qalbhom quddiem it-turrun karti li jridu jimlew,
In-negozjanti jaqtghu qalbhom u nifishom jghazqu fl-ilma u hafna minnhom jispiccaw ifallu,
Il-gvern jittardja milli jilhaq il-miri tieghu,
Jintilfu l-impjiegi ta'nies teknici li jaqtghu qalbhom mis-settur u jsibu impjieg f'setturi ohrajn,
Jiehdu isem hazin l-MRA li tamministra l-fondi, il-ministeru u l-gvern li jniedu skemi li ghal ragunijiet differenti ma jahdmux.
Il-GRTU temmet billi spjegat li qed nitkellmu car ghax nifhmu li l-ghanijiet taghna huma simili u li irridu li it-targets nazzjonali jintlahqu u li l-fondi disponibbli ghal dan jithaddmu bl-aktar mod efikaci.
Risposta
Il-Gvern minn dejjern kien u ghadu lest biex jisma s-suggerimenti u I-kummenti siewja li s-settur tan-negozju jkollu ghal skemi u inizjattivi li jkunu se jittiehdu biex fost l-ohrajn jghinu lill-familji u s-settur kummercjali u industrijali jinvesti fil-qasam ta' sorsi ta' energija li tiggedded.
Nassigurak kif sar dan l-ahhar, meta naslu biex inniedu l-iskema l-gdida li taghti ghotja ghal xiri ta' pannelli fotovoltajci u solar water heaters ghal uzu domestiku is-settur kumme rcjali jigi ikkonsultat.
L-interess tal-Gvern hu li jara li skemi bhal dawn ikunu success u li n-numru massimu ta' familji jkunu jistghu jgawdu minnhom.