
F'konferenza stampa li saret kmieni dalgħodu li ghaliha kien
Prezenti l-President tal-GRTU Paul Abela, il-Ministru għall-Kompetizzjoni
Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, ta dettalji ta' skema
volontarja ġdida tal-kiri, li l-Gvern se jkun qed joffri lis-sidien tal-ħwienet
tal-Belt Valletta li bħalissa qegħdin jikru l-ħwienet tagħhom minngħand
il-Gvern b'kera ta' 6 xhur, 6 xhur.
Mill-500 ħanut li jinkrew mid-Dipartiment tal-Artijiet
fil-Belt Valletta, madwar 470 ilhom snin kbar jinkrew b'kera ta' 6 xhur 6 xhur.
Huwa spjega li kull min ghandu kera ta 6 xhur 6 xhur, issa se jkun jista jkollu
kirja ta' 45 sena, maqsuma fuq tlett perjodi ta' ħmistax-il sena il-wieħed.
Spjega li l-iskema volontarja se tkun miftuħa għal perjodu a' 12-il xahar li
tibda mill- 1 ta' Dicembru li ġej u tagħlaq fl-1 ta' Dicembru tal- 2013.
Il-kirja tinkludi l-kundizzjoni li l-kerrej li qed jikri l-post mingħand
il-Gvern, ikun jista' jwilli l-ħanut tiegħu lill-terzi persuni, benefiċċju
ieħor li qed jingħata peress li sal-llum dan hu pprojbit u jagħti lok għal
diversi kawzż fil-qorti. Il-ħanut għandu jinżamm f'kundizzjoni tajba. F'każ ta'
manutenzjoni u xi riparazzjonijiet li jinkludu xi strutturi, dawn għandhom
isiru kollha minn min qed jikri l-ħanut. Permezz ta' din il-kirja għal 45 sena,
in-negozji se jkollhom aktar aċċess ħieles u faċli għal kreditu mill-banek,
sabiex ikunu jistgħu jirranġaw u jirristrutturaw il-ħwienet tagħhom.
Sabiex wieħed japplika għal din l-iskema jista, jew jimla
l-formola online mis-sit tad-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern fuq
www.gpd.gov.mt mill-1 ta' Dicembru li ġej, jew imur id-Dipartiment, fil-Baviera
fil-Belt Valletta u jigbor il-formola mis-sezzjoni tal-Customer Care.
Il-President tal-GRTU Paul Abela irringrazzja lill-Ministru
Jason Azzopardi li wara t-tahdidit twal li kellna mhux biss sema it-talbiet
tal-GRTU izda ha passi wkoll. Din hija rebha mportanti ghall-GRTU. Paul Abela
gibed l-attenzjoni li meta tigi stabbilita l-ammont tal-kera ghandu jittiehed
f'konsiderazzjoni il-goodwill li matul dawn is-snin kollha ghamel sid il-hanut.
Il-GRTU tifrah bl-introduzzjoni ta` din l-iskema pero tfakkar
li ghad hemm kwisjoni important li ghada pendenti. In-negozji li ghandhom
kuntratt tal-kera antik mall-privat xorta ghand ghandhom il-kwistjoni li
l-Gvern impona 20 sena Ii issa ghad fadal 17 is-sena minnhom. Dawn huma
kuntratti li gew maqbula min zewg partijiet private. L-Gvern, parti terza,
iddecieda li jaghmel gustizzja ma sid il-kera billi jiehu minghand is-sidien
tal-hwienet li qeghdin bil-kera dak li ilhom jahdmu ghalih hajjithom kollha.
Wara li jghaddu dawn is-17 il-sena hafna sidien tal-hwienet se jispiccalhom
il-kuntratt u jittihdilhom il post li minnu ilhom joperaw dan iz-zmien kollu.
Il-GRTU u l-hafna membri affetwati ghadhom imwegghin hafna fuq din
il-kwistjoni. Il-GRTU bhalissa qeda tistenna data ghal-laqgha li l-ghan taghha
hu li jinsab bilanc. Il-GRTU hija kunfidenti jekk dan il-bilanc irid jinstab
jista jinstab u l-gustizzja issir mhux biss ma sid il kera izda ma sid
in-negozju li qed jikri ukoll.