SME Chamber

Skema biex aktar karozzi jahdmu bl-Autogas, ghal ambjent nadif u livell ta’ sahha ahjar


Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet
Rurali George Pullicino ħabbar id-dettalji ta' skema li qed tinċentiva
lis-sidien tal-karozzi biex il-karozzi jinqalbu biex jaħdmu wkoll bl-autogas.
Karozzi li jaħdmu b' autogas iniġġżu anqas u diġà insibu f'pajjiżna numru ta'
vetturi li nqallbu biex qed jaħdmu bl-autogas.

L-iskema se tidħol fis-seħħ mill-1
ta' Jannar 2013, se tinċentiva lil min jeqleb il-karozza tiegħu
għall-autogas  billi jingħata rifużjoni
ta' €200, u tibqa' fis-seħħ sakemm jibbenefikaw 1,000 persuna.  Din l-iskema qed issir b'investiment ta'
€200,000.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu
sottomessi fuq formoli pprovduti apposta u li se jkunu jistghu jinkisbu
mill-website www.mrra.gov.mt wara l-1 ta' Jannar 2013 u għandhom jaslu
fil-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kif indikat fuq il-Formoli.
l-aplikant irid l-ewwel jiġi bl-applikazzjoni u jkun wara biss li tingħata
grant letter li jkun jista jaghmel il-conversion.

L-iskema hija applikabbli għal
individwi privati iżda teskludi vetturi li ma jintużawx għat-trasport personali.  Vetturi użati għall-skopijiet sportivi u
muturi fost oħrajn mhumiex inkużi fl-iskema. L-applikant irid ikun is-sid
rreġistrat tal-vettura li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni.  L-għotja hija limitata għal vettura waħda
għal kull dar. Familja li tkun ibbenifikat minn għotjiet oħra dwar ix-xiri
tal-vettura  ma hiex eliġibbli għal
għotja taħt din l-iskema.

Biex vettura tibbenifika minn din
l-iskema trid tilħaq dawn il-kriterji:

jkollha magna 2 ltr jew inqas;

tkun
liċenżjata fit-triq mhux qabel l-1 ta' Jannar 2009;

il-vettura
tkun reġistrata għal użu fit-triq ma' Transport Malta;

il-konversjoni tal-autogas tkun
saret minn persuna kompetenti skont il-lista ta' persuni pprovduta mill- Awtorita' Maltija għar-Riżorsi;

tilħaq l-istandards ta' UN ECE 67 u UN ECE 115 – standards
applikabbli għas-sistema ta' konverżjoni;

l-apparat installat u s-sistema
jkunu ttestjati skont il-Kodiċi ta' prattika tal-Awtorita' Maltija
għar-Riżorsi.

 

Jekk 10% tal-karozzi tal-passiġġieri
fl-Ewropa jikkonvertu għal din is-sistema ta' fjuwil, f'sena, l-Europa tnaqqas
350 miljun tunnellata ta' CO2. Huwa kkalkulat ukoll li fl-istess perijodu jkunu
frankati €20 biljun f'external costs mill-Gvernijiet inkluż spejjeż tas-saħħa
relatati mat-tniġġiż fl-arja, filwaqt li l-familji Ewropej ikunu ffrankaw €41
biljun f'konsum.

 L-Autogas huwa diġà użat minn aktar minn 7
miljun karozza fl-Ewropa. Dan kollu jgħin ukoll fil-miri tat-tnaqqis
tal-gassijiet serra li l-Unjoni Ewropea fasslet li għandhom jintlaħqu sas-sena
2020.

 f'Awwissu 2010 f'pajjiżna ħarġu regolamenti li
jagħmlu possibbli l-bidla għall-karozza biex tkun tista' taħdem bl-Autogas. Din
tista' ssir minn persuni awtorizzati mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.
Fil-preżent huma 19-il kumpaniji li huma awtorizzati biex iwettqu dan
ix-xogħol. Id-dettalji ta' min jista' jwettaq dan ix-xogħol ikunu updated fuq
is-sit eletroniku tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi www.mra.org.mt.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).