Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – ilha s-snin tikkopera mall-awtoritajiet biex illum fil-hwienet kollha u fil-postijiet tax-xoghol kollha privati u mhux biss pubblici t-tipjip jew ma jistax isir jew isir biss f’postijiet riservati ghall min ipejjep.
Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – ilha s-snin tikkopera mall-awtoritajiet biex illum fil-hwienet kollha u fil-postijiet tax-xoghol kollha privati u mhux biss pubblici t-tipjip jew ma jistax isir jew isir biss f’postijiet riservati ghall min ipejjep.
Il-GRTU izda oggezzjonat u tibqa toggezjona ghall-ligi mfassla bl-ghagla u ghar-regolamenti bla sens li fasslu l-burokratici fil-Ministeru tas-Sahha bla ma hadd ta kaz tal-implikazzjonijiet serji li dawn ir-regolamenti kienu qed jimponu. Il-piz ta’ dawn ir-regolamenti imponew fuq is-sidien tan-negozji f’postijiet ta’ divertiment bhal bars, discos, canteens, restaurants, take aways, snack bars u clubs hu esagerat u ingust. Il-Ligi qatt ma kellha tqis bhala kriminali lis-sidien tal-intraprizi li investew f’negozju b’sogru kollu ghalihom u bit-tfixkil kollu li jsibu s-sena kollha. Mhux accettabbli ghall-GRTU li sid ta’ negozju jigi trattat bhala kriminal u jittella l-qorti ghax sempliciment xi hadd instghab ipejjep fl-istabiliment tieghu. Sidien ta’ negozji huma obligati li jghamlu avvizi biex il-klijenti jkunu jafu l-obligi taghhom izda il-gvern qatt ma kellu jippretendi li s-sidien tan-negozji jsiru pulizija u jharrku lil klijenti taghhom stess jew li jidhlu fl-inkwiet bla bzonn ma nies li jridu jinqdew biss servizz taghhom.
Il-Ministru tas-Sahha kien ta assigurazzjoni lil GRTU li sidien ta’ negozji ma kienux ser jittelghu l-Qorti sempliciment ghax nies jpejpu fl-istabiliment taghhom. Il-GRTU temmen li hu d-dmir tal-gvern li jeduka lin-nies dwar it-tipjip u d-dmir tas-sidien tal-istabilimenti li javzaw lil klijenti li tipjip ma jistax isir, izda mhux l-obligu taghhom li jghamluha ta’ pulizija fuq n-nies.
Illum il-gvern nesa l-weghdiet kollha li ghamel. Ma semax mill-GRTU li qaltlu li l-ligi li kienet qed tkun imposta kienet ligi mhawda u kiefra fejn jidhlu s-sidien li qatt ma kellhom jkunu klassifikati bhala kriminali. Issa is-sidien qed jittelghu l-Qorti. Hu ghajb li gvern li konsistentament jghid li hu favur l-intraprizi z-zghar u li jrid izid l-investiment u l-impjiegi fl-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna, u issa jistma lis-sidien tan-negozji z-zghar Maltin b’dan il-mod.
Il-GRTU mhux ser toqghod ghal dan. Is-sidien tan-negozji z-zghar xebghu b’din l-atitudni u l-GRTU taf li l-maggoranza assoluta tas-sidien tan-negozji Maltin hu x’inhu s-settur li jahdmu fih mhux lesti li jaccettaw aktar li jkunu stmati ta’ kriminali meta kull ma jghamlu hu li jistinkaw biex igibu n-negozju taghom il-quddiem.