F’seminar ta’ informazzjoni li l-GRTU zammet illum it-Tnejn, 26 ta’ Frar f’Portomaso Suite, Hilton Hotel, San Giljan, habbret servizz gdid li qed toffri lil imsiehba tal-GRTU u intraprizi ohra f’Malta.
Il-GRTU habbret Partnership Agreement li ntlahaq mad-ditta Transfinance B.V. membri tal-International VAT Association. B’dan l-agreement in-negozjanti Maltin issa jistghu juzaw is-servizzi tal-GRTU biex ikunu jistghu jirkupraw il-VAT maqbuda fuq infieq tan-negozju li jsir fil-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll infieq fuq VAT li jsir f’pajjizi ohra li wkoll ihaddmu s-sistema tal-VAT jew is-sistema ta’ GST (Goods & Services Tax) li tithaddem f’pajjizi bhal Canada u l-USA.

Id-ditta Transfinance taghmel parti mill-grupp ta’ konsulenti fiskali u finazjarji Transpass. Transfinance topera s-sistema ta’ rikuperu ta’ VAT fuq infieq li jsir barra l-pajjiz f’kull wiehed mil-pajjizi kemm membri tal-EU kif ukoll dawk li mhux membri li jhaddmu sistema ta’ VAT. Transfinance ghandha ufficini taghha l-Olanda, Germanja, Polonja, Litwanja, Cekozlovakkja, Latvja, Slovenja, Estonja u f’Malta.
In-negozjanti Maltin li attendew ghas-seminar kienu infurmati kif tahdem is-sistema ta’ refuzjoni ta’ VAT fuq l-infieq li negozji jaghmlu fuq vjaggar, akkomodazzjoni, kiri ta’ karozzi, ingagg ta’ servizzi u konsulenti u infieq iehor tal-kummerc li normalment in-negozjant Malti jsibha bi tqila biex jirrekupera mill-pajjizi fejn ikun sar l-infieq. B’koperazzjoni mal-konsulenti Transfinance u Transpass li huma esperti f’dan il-qasam, il-GRTU issa ser thaddem servizz mill-ufficini taghha gewwa Exchange Buildings, Republic Street, Valletta biex in-negozjant Malti jkun jista’ jiehu flusu lura b’anqas xkiel milli sab sa’ llum.