Il-GRTU Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji tfakkar il-11 ta' Marzu bhala l-Jum Kontra Kull Forma ta' Vjolenza fuq il-Persuna. Kien il-11 ta' Marzu 2010 meta l-ispekulatur tal-proprjeta' Sandro Chetcuti dahal l-Ufficju tad-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia u fost ghajjat ta' "noqtlok, noqtlok", aggredixxa ripetutament bil-ponn u bis-sieq u bl-aktar mod vjolenti fuq il-wicc u l-persuna ta' Vince Farrugia.
Kien biss ghall-intervent f'waqtu ta' zewg ufficjali tal-GRTU li waqfu l-attentat u qalghu lil Sandro Chetcuti minn fuq Vince Farrugia li gie imsabbat u imdemmi mal-art u li, skond wahda mid-diversi akkuzi tal-Pulizija kontra Sandro Chetchuti, ma sehhx omicidju. Ix-xhieda fil-kumpilazzjoni li qed tinstema' fil-Qorti uriet stampa cara tal-vjolenza fuq il-persuna u tal-attentat fuq il-hajja tad-Direttur Generali tal-GRTU li twettqet fil-11 ta'Marzu 2010.
Dan l-attentat kien l-aktar attakk vjolenti li qatt sehh fuq persuna pubblika fl-istorja recenti ta' Malta. Il-GRTU madanakollu tfakkar illi n-numru ta' kazi ta' vjolenza fuq il-persuna f'Malta sfortunatament ghadhom frekwenti, ghalkemm il-bicca ‘l kbira ma jkunux rapportati. Mill-istharrig tal-GRTU jidher li hemm htiega ta' kampanja sabiex tigi imrazzna din it-tendenza fost minoranza fis-socjeta' Maltija li jirrikorru ghall-vjolenza fuq il-persuna. Il-GRTU tappella ghall-attenzjoni tal-awtoritajiet u mil-organizazzjonijiet tas-socjeta' civili biex titkattar l-edukazzjoni u jiddahhlu aktar mizuri preventivi u korrettivi biex din l-pjaga titfejjaq anke bl-introduzzjoni u impozizzjoni ta' ligijiet aktar iebsin. Il-GRTU tappella fuq kollox li hadd fl-awtorita' u f'pozizzjoni ta' influwenza fuq l-opinjoni pubblika ma jidher li b'xi mod jikkundanna l-vjolenza fuq il-persuna billi bl-imgieba tieghu jidher li qed jissimpatizza ma' minhu vjolenti.