
Ġentilment ninfurmakom li fil-jiem li ġejjin se jinbidlu
t-tabelli tar-Residents'
Parking Scheme taż-żona tal-Pjazza n-Naxxar li se jkollhom tibdil żgħir fil-ħinijiet.
It-tabelli li hemm fil-preżent huma skont il-permess
oriġinali mill-Awtorità tat-Trasport iżda xi snin wara nbidel id-disinn u
għalhekk l-KUNSILL ser jkun qed jinstalla tabelli skont l-aktar disinn riċenti.
Bħala ħinijiet se jibqgħu kważi l-istess ħlief li se jkun
hemm tnaqqis wara nofsinhar, inkluż is-Sibtijiet li fil-preżent it-tabelli qed
jinkludu s-Sibt sas-6pm.
B'mod ġenerali mhux qed inħossu li se jkun hemm xi impatt
negattiv anzi għall-kuntrarju qed jinghata aktar nifs lil min jipparkja fit-tul
bejn is-1pm u l-4pm. Inħossu wkoll li s-Sibt wara nofsinhar m'għandux
ikun hemm restrizzjoni.
F'każ ta' diffikultà napprezzaw jekk tikkomunikaw mall –
Kunsill Lokali Naxxar fuq tel: 21 416341