Il-GRTU – l-Organizazzjoni Nazzjonali li tirraprezenta lil retailers u t-traders saret taf li r-Regolamenti Godda dwar Krediti lil Konsumatur ser ikunu imposti b’effett mit-18 ta’ Lulju 2005 mill-gazzetti. Dan wara li rat ir-reklamar li harget il-Consumer and Competition Division tal-Ministeru tal-Kompetizzjoni u Kommunikazzjoni.
Regolamenti ohra biex isallbu lil tal-Hwienet u aktar
lil Konsumatur li ma jifilhux ihallsu fil-Pront
Il-GRTU – l-Organizazzjoni Nazzjonali li tirraprezenta lil retailers u t-traders saret taf li r-Regolamenti Godda dwar Krediti lil Konsumatur ser ikunu imposti b’effett mit-18 ta’ Lulju 2005 mill-gazzetti. Dan wara li rat ir-reklamar li harget il-Consumer and Competition Division tal-Ministeru tal-Kompetizzjoni u Kommunikazzjoni.
Id-diskussjoni dwar dawn ir-regolamenti ilhom sejrin izda ftehiem mar-rapprezentanti tas-sidien tal-hwienet u negozjanti ma ntlahaqx. Zgur li ma kienx hemm ftehim dwar id-data tal-implimentazzjoni. Il-GRTU ipprotestat bil-kbir fil-Konferenza li zamm il-Ministeru tal-Kompetizzjoni u Komunikazzjoni nhar it-Tnejn 30 ta’ Mejju 2005 li dawn ir-regolamenti huma ta’ hsara ghall-konsumaturi l-aktar dawk b’mezzi limitati ghaliex effettivament ser jolqot l-bejgh bin-nifs li hafna hwienet joffru. Sid ta’ hanut b’dawn ir-regolamenti illum jaqbillu jew jgholli l-prezz biex jaghmel tajjeb ghall-ispejjez godda li qed jaghbbuh bihom u jbiegh bin-nifs izda bla imghax jew inkella ma jbiegh xejn bin-nifs u jibghat lil kull min ma jiflahx ihallas kollox mall-ewwel ghand il-Banek Kummercjali. Dan ser ifisser li min kapaci jissellef mill-Bank jinqeda u min le jara x’jaghmel.
Il-GRTU tqies li din hi sitwazzjoni ingusta li ser twegga lil hafna konsumaturi u li ghalhekk il-gvern ghamel zball li qabad u impona. Il-gvern haqqu l-ewwel studja sew kif jinghata il-kreditu mill-hwienet u mhux qabad u iddecieda skond il-ftit tgergir li semgha.
Dawn ir-regolamenti huma piz gdid li ser ikompli johnoq il-kummerc li diga hu mghaffeg izzejjed. Il-GRTU, din issa dratha. Xi hadd fil-gvern iwahhal wahda f’rasu, ma jimpurtah xejn mill-fatti kif inhuma u mill- konsegwenzi tad-decizjonijiet tieghu u jfajjar, basta tghaddi tieghu. U fejni, issaqsi l-GRTU, l-weghda li qabel jkunu imponuti ligijiet godda l-gvern ifittex li jilhaq ftehiem mall-istakeholders, jistudja l-impatt tad-decizjoni li jkun ser jiehu u jfassal pjan biex jilqa ghall-hazin li jkun ser ikun ikkagunat?
Il-GRTU talbet li l-imposizzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti ikun pospost talanqas sa’ Settembru, biex l-affarijiet isiru ahjar. Il-talba tal-GRTU waqghet fuq widnejn torox.
Il-GRTU m’hiex kontra li jkun hemm regolamenti li jghamlu sens, izda dawn li qed ikunu imposti m’humiex. Il-GRTU m’ghandhiex dubju li s-sidien tal-hwienet isibu tarf kif jghixu b’dawn ir-regolamenti strambi. Il-GRTU ser tavza lil tal-hwienet u t-traders x’ghandhom jghamlu biex jevitaw l-inkwiet zejjed impost fuqhom, izda l-konsumatur li ma jiflahx ihallas fil-pront ser isib problemi kbar.
L-aqwa li l-esperti tal-Ministeru ta’ Censu Galea ghaddiet taghhom.