Il-GRTU tibqa
tinsisti ghall-gustizzja mas-sidien tal-hwienet li weggghu hafna bl-ingustizzja
fil-ligi tar-riforma tal-kera – Il-GRTU tifrah
lill-Ministru Jason Azzopardi u lill-Kabinet tal-Ministri li approvaw l-iskema
vantaggjuza ghas-sidien tan-negozji tal-Belt Valletta u tittama li dan hu pass
wiehed pozittiv u importanti 'l quddiem biex jibdew jittaffew id-dwejjaq kbar
li qed isofru sidien ta' negozji f'postijiet mikrija minghand il-privat wara
r-riforma sostanzjali fil-ligi tal-kera li kemm il-Gvern u l-Oppozizzjoni kienu
qabblu dwarha fil-parlament.
Bir-riforma tal-lum
sidien tal-hwienet li kienu fuq kera ghal zmien qasir u qatt ma kienu jafu fejn
huma u qatt ma setghu jinvestu u jippjanaw ghat-tul issa ghandhom zmien
twil ta kera u mhux biss jistghu jippjanaw fit-tul imma jistghu jhallu
negozju lill-uliedhom u jistghu jwellu jekk jippreferu bla ma jbatu
telf fuq l-investiment taghhom. Ghall-GRTU din hi rebha kbira ghax ghall-GRTU
dan hu principju fundamentali li min jinvesti f'negozju anke jekk il-post
mhux tieghu ghandu jgawdi il-frott tal-investiment u l-impenn tieghu u li
l-imprenditur kummercjali ghandu drittijiet bhal ma ghandu imprenditur
fil-proprjeta u ligi li tirrikonoxxi id drittijiet tas-sid biss u mhux
wkoll tal-inkwielin kummercjali, hi ligi zbaljata u anti socjali u
anti imprenditorjali. Il-GRTU hekk tikklassifika il-ligi tal-kera l-Gvern
Nazzjonalista bi qbil mal-Oppozizzjoni Laburista ghadda mill-parlament
fl-2009.
Il-ligi tal-kera kif
riformata tefghet numru kbir ta' sidien ta' negozji zghar f'inkwiet
kbir ghax sabu li dak li haddmu ghalih ghomorhom kollu, jekk mhux ukoll
generazzjonijiet shah ta' sidien fl-istess familja, qieghed issa kawza tal-ligi
gdida tal-kera idubilhom ghax b'daqqa ta' pinna il-ligi qed taghti poter
lis-sid tal-kera johdilhom kollox wara perijodu ta' ghoxrin sena (u li
minnhom baqa' ftit aktar minn 15-il sena)
Il-GRTU ilha s-snin
tipprotesta kontra din l-ingustizzja imposta fuq eluf ta' sidien
ta' negozji ghax il-ligi ma ipprovdiet ghal ebda forma
ta' kumpens jew rimedju ghal min se jitlef l-investiment kollu tieghu
u ta' familtu.
Il-GRTU ghamlet
zewg talbiet fundamentali:
L-
ewwelnett li l-Gvern jiehu passi biex ta' lanqas jirrimedja
l-ewwel ghall-inkwilini kummercjali fi proprjetajiet li taghhom
hu sid. Il-GRTU sostniet li dawn is-sidien ta' negozji zghar ghandhom
jgawdu minn terminu ta' kera twil bizzejjed biex ikunu jistghu
jinvestu u jkabbru bla biza' u jkunu f'pozizzjoni li jghaddu in-negozju
taghhom lill-uliedhom meta jigu biex jirtiraw jew li jwellu u jigbru
flushom jekk ma jkollhomx werrieta jew jekk ikunu jippreferu li
jieqfu jew jibddlu n-negozju. Il-Gvern issa b'sodisfazzjon kbir
ghall-GRTU laqgha din it-talba tal-anqas ghan-numru kbir
ta' hwienet b'kirjiet tal-Gvern li hemm il-Belt Valletta. Il-GRTU
issa tittama li din l-iskema tespandi ghal hwienet kollha f'Malta u
Ghawdex.
Il-GRTU
insistiet ukoll u tibqa' tinsisti bla waqfien, li l-Gvern u
z-zewg nahat tal-Parlament ghandhom bla aktar dewmien jsewwu l-ingustizzja
kbira li saret mas-sidien tal-hwienet li ghandhom kuntratt ta' kera privat
li qabel il-ligi tal-kera kien indefinit u li bil-ligi tal-kera kif
riformata issa sabu li gie impost fuqhom li dak li kien indefinit sar biss
ghal ghoxrin sena u wara eghluq tal-ghoxrin sena jitilfu l-investiment
taghhom u hobzhom.
F'Malta issostni
il-GRTU li qabel ma saret ingustizzja bhal din ma numru tant kbir ta sidinien
ta negozji . F'isem tant negozji milquta il-GRTU ripetutament talbet u tibqa
titlob rimedju u l-GRTU tibqa' issostni li il-Gvern ta' Lawerce Gonzi li wettaq ingustizzja
kbira li l-ebda Prim Ministru qabblu Nazzjonalista jew Laburista qatt ma
accetta li jwettaq, kienet x'kienet il-pressjoni li saret fuqhom.
Din hi pjaga li
tibqa tnixxi d-demm sa mal-Gvern jfejjaqha. Il-GRTU ma tiqafx tappella
lill-Gvern li qabel l-gheluq ta' din il-Legislatura ghandu jkollu
il-kuragg li din l-ingustizzja jsolviha. Il-GRTU tappella ukoll
lill-Oppozizzjoni Laburista li ghagglet taqbel mal-Gvern fuq din l-ingustizzja
li tirsisti biex din l-impozizzjoni kiefra titnehha b'emenda gusta fil-ligi
kif ilha tipproponi il-GRTU.
Il-GRTU
tawgura li l-pass pozittiv ta' llum hu pass importanti biex is-sidien
tal-hwienet li illum ma jafux fejn huma u huma tant inkwetati titnehhilhom
din l-ingustizzja u jiehdu s-sodisfazzjon li jixirqilhom.