Fabian Demicoli

Rapport Amministrattiv 2010 – Vincent Farrugia

 Din zgur li kienet sena iebsa mhux biss fuq livell lokali imma aktar u aktar fuq livell ewropew, l-aktar fiz-zona Ewro. Dak li gara fid-dinja mill-bidu ta' l-2008 l'hawn qatt qabel ma rajna bhalu. L-Unjoni Ewropeja li ahna llum parti mportanti minnha tirraprezenta regjun b'sahhtu fid-dinja u meta inqalghet il-krizi mondjali fis-sistema finanzjarja bl-effetti koroh taghha fuq l-ekonomiji kollha, l-Unjoni Ewropeja sabet li ma kelliex is-sistemi mehtiega biex tilqa' ghall-krizi ta' dak il-livell meta l-Unjoni Ewropeja bdiet titkellem fuq cifra ta' eluf u biljuni jigifieri miljuni ta' miljuni ta' ewro bhala programm ta' Investiment biex tkun salvata s-sistema finanzjarja u ekonomika. Dawn kienu cifri li qatt qabel hadd fl-Unjoni Ewropeja ma kien holom li jsemmihom.

 

Malta giet milquta hazin ukoll b'din il-mewga enormi ta' inkwiet finanzjarju u ekonomiku ghax hekk kif bdew ifallu l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji kbar u jisparixxu u jintghasru r-riservi ta' hafna negozji kbar mad-dinja kollha, beda wkoll mal-ewwel jonqos ir-ritmu ekonomiku fil-pajjizi li ahna ninnegozjaw maghhom u n-negozju mondjali ha tizbita enormi li qaleb ta' taht fuq hafna u hafna ekonomiji li sa ftit qabel hasbu li kienu b'sahhithom. Din mewga kiefra li r-riperkussjonijiet taghha baqghu jidwu ghal aktar minn sentejn u l-impatt issa matul l-2010 inhass fuq l-ekonomiji ewropej li kellhom djun Nazzjonali enormi bhala proporzjon ta' dak li kapaci jipproducu kull sena. Pajjizi enormi qrib taghna sabu ruhhom f'diffikultajiet kbar. Dawn huma l-pajjizi li ahna rridu nbighulhom u minnhom irridu t-turisti u l-kummerc taghna ghall-portijiet u ghal hafna mix-xoghol li Malta trid minn barra biex issahhah u zzomm il-pilastri li fuqhom hi msejsa l-ekonomija taghna u li minnhom jiddependu direttament l-ghixien ta' eluf kbar ta' haddiema Maltin u ta' hafna intraprizi zghar li jghixu minn fuq ix-xoghol u l-infiq ta' dawn l-intraprizi u l-infiq tal-impjegati taghhom.

Bhal kull ekonomija fl-Ewropa, bejn l-2008 u l-2010, Malta kellha tiehu mizuri li qatt qabel ma hadet bhalhom. Il-GRTU hi kburija li matul dawn is-snin iebsin ahna tajna il-kontribuzzjoni shiha taghna biex aktar milli nimlew l-irjus u ngergru biss, qisna nghixu f'dinja ghalina, ahna konna minn ta' quddiem nett bi programmi li jirrifflettu l-attwalita' ekonomika u bbazati fuq il-prijoritajiet li l-pajjiz irid jaffaccja. Ghalkemm sikwit inkunu mizinterpretati minn nies li suppost jafu aktar, ahna qatt ma nsostnu skemi jew tberbiq tal-Gvern fuq progetti, sussidji, jew spalpaljar li m'huwiex sostenibbli u li ma jwassalx biex l-infiq u d-dhul tal-Gvern ikun fuq bazi strutturata sewwa. Ahna dejjem ipproponejna skemi li jinkoraggixxu l-produttivita', innaqsu t-taxxi fuq min irid jahdem u jistinka ha jkabbar il-prodott Nazzjonali u jintaxxa l-aktar fejn m'hemmx tant inizjattiva u fejn l-infiq jew l-investiment mhux tant produttiv imma aktar ta' kapricc jew ta' spekulazzjoni. Il-programm taghna kien u ghadu li l-ewwel u qabel kollox tissahhah is-sinsla ekonomika ta' pajjizna, jigifieri jitnaqqas id-deficit tal-Gvern, jitrazzan id-dejn Nazzjonali u jitnaqqas l-izbilanc kbir li Malta ghandha ma' barra. Dan kollu f'kuntest li n-negozji Maltin, l-aktar dawk imsejjha micro u small li llum jirraprezentaw 98% tal-intraprizi kollha Maltin ikunu jistghu jikbru billi jinvestu, jhaddmu, jirriformaw u jirrinnovaw biex inkomplu dejjem insahhu l-gid Nazzjonali.

Il-GRTU ma ddejqitx li mill-bidu nett tal-krizi taghti pariri lill-Prim Ministru biex jaghmel dak kollu possibli biex l-ewwel u qabel kollox isalva lill-intraprizi li jesportaw u li jara li fl-anqas zmien possibli l-haddiema kollha li tilfu l-impjieg u li kienu fuq short working week jergghu jiddahlu ghax-xoghol fl-inqas zmien possibli. Il-GRTU kienet ukoll minn ta' quddiem nett li nsistiet li l-Gvern jaghmel dak kollu li hu possibli biex insahhu t-turizmu anke fi zminijiet difficli.  Hu mportanti ghalina li ghan-negozji kollha Maltin il-qligh li jigi minn barra ma jitnaqqasx ghaliex mhux biss dan huwa s-sostenn ewlieni ta' eluf ta' intraprizi imma wkoll ghaliex it-twessigh tal-bilanc tal-pagamenti ma' barra jiddebolixxi l-ekonomija Maltija u jaghmilha hafna aktar difficli biex il-Gvern isostni s-suq intern Malti. Il-GRTU dejjem fehmet li jkun inutli li l-Gvern isostni s-suq intern u jiddebolixxi l-bilanc ekonomiku ma' barra ghax is-sahha tal-ekonomija domestika tkun b'sahhitha meta l-qligh mhux ikun artificjali ghax imsejjes fuq id-djun tal-Gvern imma ghax gej minn qligh li l-intraprizi kapaci jigbdu minn barra. Kien ghalhekk li anke fiz-zmien ta' krizi li l-GRTU   nsistiet bl-aktar mod preciz u bi proposti mahduma sew li l-enfazi tkun fuq skemi ta' assistenza lill-intraprizi Maltin kemm kbar, kemm zghar, kemm micro u mill-oqsma kollha biex matul il-perjodu ta' nuqqas ta' attivita' ekonomika kkawzata mill-krizi, huma jkunu jistghu jikkoncentraw fuq progetti ta' investimenti godda, bdil ta' sistemi u riformi ohra li setghu jwettqu sakemm tghaddi l-krizi u jergghu jkunu f'pozizzjoni li jikkompetu.

Ghall-Grazzja t'Alla Malta bl-isforzi ta' hafna ma ntlaqtitx hazin bhal ma ntlaqtu pajjizi ohra pero' l-GRTU jiddispjaciha ferm li ghalkemm il-Gvern accetta hafna mill-proposti taghha hafna ohrajn baqghu ma gewx imwettqa' jew gew imwettqa' b'hafna dewmien u b'hafna taqtigh ta' qalb. Ahna hdimna hafna u m'ghandnix dubju li kieku llum il-Gvern semgha iktar minnha llum Malta qeda f'pozizzjoni ahjar. Hu ghalhekk hafna minn nies taghna m'humiex qeghdin f'pozizzjoni biex jaffacjaw l-impatt tal-krizi kif xtaqna u ppjanajna ahna u li issa ahna qed nirsistu li din is-sena l-Gvern ikollu aktar pjan komprensiv ta' kif ser jiffaccja l-perjodu iebes ta' wara l-krizi, perjodu li issa dehlin fih. Il-GRTU hadmet hafna u qed tahdem bla waqfien. Kellna laqghat mall-Prim Ministru kemm bhala mexxejja tal-GRTU kif ukoll bhala Kunsill Ezekuttiv shih, ippartecipajna bis-shih f'kull forum u attivita' ta' konsultazzjoni u tajna r-reazzjoni dettaljata taghna ghal kull skema u proposta. Hadna sehem attiv fl-MCESD u fuq il-Bord tal-Malta Enterprise u hdimna fuq livell settorali settur b'settur b'laqghat kontinwi mall-Ministri individwali u mas-Segretarji Permanenti specjalment mas-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Finanzi u l-Ekonomija u l-Investiment. Zgur li hadd mill-Ministri, mis-Segretarji Parlamentari, Segretarji Permanenti tal-Ministeri, Chairmen u Chief Officers ta' l-Awtoritajiet ma jista' jghid illi l-GRTU ma kinitx l-organizazzjoni li matul dan il-perjodu iebes ma kinitx fuq ta' quddiem nett bhala numru ta' laqghat, proposti u prezentazzjoni ta' soluzzjonijiet ghall-problemi mqajjma. Il-GRTU dan ghamlitu bis-sahha tad-diskussjonijiet interni fuq livell ta' Kunsill Ezekuttiv, fuq livell ta' Kumitat tas-Sezzjonijiet, bis-sahha tal-questionaires u l-komunikazzjoni diretta tal-membri u fuq kollox bis-sahha ta' numru kbir ta' laqghat li l-GRTU zzomm kemm il-Belt kif ukoll fil-Lokalitajiet.

Illum il-GRTU hi organizzazzjoni tassew partecipattiva fejn aktar u aktar qed nikkoncentraw fuq dak li jridu l-membri u fuq informazzjoni jew li gejja dirett minn barra jew mghotija lilna mill-MEUSAC jew mill-konsultazzjonijiet mall-Ministri. Illum m'ghadux iz-zmien li titkellem fil-vojt u tgerger biss. Illum ghandna l-mezzi biex l-informazzjoni ngibuha, nanalizzawha u fejn m'ghandnix il-kapacitajiet bizzejjed nuzaw l-expertise tal-ghaqdiet Ewropej li maghhom ahna affiljati.

Fil-Laqghat mall-membri taghna u permezz tas-sistema ta' komunikazzjoni interattiva' li llum ghandna mall-membri ahna nghaddu l-informazzjoni u niehdu r-reazzjonijiet biex jghinuna nfasslu proposti ta' sustanza. F'dan il-kuntest qed naghmlu uzu tajjeb hafna ta' l-informazzjoni u l-analizi professjonali li kontinwament nircievu mill-Kumitati diversi li jannalizzaw probemi partikolari fi hdan il-EuroCommerce u l-UEAPME, iz-zewg organizzazzjonijiet Ewropej li fihom ahna attivi. Ma jkunx possibli ghalina bhala organizzazzjoni f'pajjiz zghir b'rizorsi limitati kemm ta' flus kif ukoll ta' man power li kieku ma tkunx il-partecipazzjoni taghna f'dawn l-organizazzjonijiet. Sfortunatament ahna ma nistghux nattendu hafna mill-laqghat pero nahdmu hafna fuq id-dokumentazzjoni li nircievu u ninvolvu l-membri skond l-expertise li jkollna bzonn u skond is-setturi.

In-Numru ta' membri ta' kwalita' fil-GRTU li llum japprezzaw ix-xoghol professjonali li taghmel il-GRTU qieghed dejjem jikber. Il-gazzetta elettronika taghna, l-GRTU NewSTRING, illum lahqet kwalita' li hija apprezzata minn hafna u tinqara mhux biss mill-membri taghna imma ukoll mill-ufficjali ta' pozizzjoni gholja f'kull Dipartiment u Awtorita' u minn hafna ohrajn li m'humiex imsiehba. Hija hasra li ghadna mhux qed naghmlu bizzejjed back up work biex nigbdu lejna aktar membri billi nies ohra ikunu aktar infurmati bix-xoghol siwi u professjonali li llum aktar minn qatt qabel dahlet ghalih il-GRTU. Dan ma jfissirx li membri godda mhux qed jidhlu fil-GRTU anzi bi pjacir nghidu li dahlu 199 membri godda li l-bicca l-kbira minnhom dahlu precizament bil-laqghat ta' informazzjoni u konsultazzjoni li l-GRTU qed twettaq fost il-membri u wkoll ghaliex aktar intraprizi qed japprezzaw illi llum il-GRTU m'hijiex organizazzjoni li tgerger biss imma aktar u aktar li tahdem, tipproponi u toffri servizzi lill-membri bi prezz u bi specjalizzazzjoni li mhux kapaci isibuhom bnadi ohra. Dan fil-fatt hu l-bazi tal-GRTU tal-lum. Dan hu li qed igieghel lill-ghaqdiet l-ohra li jirraprezentaw lill-intrapriza u l-kummerc li bl-aktar mod sfaccat jattakkaw u jfixxklu l-hidma tal-GRTU. Pero' dan lilna ma jaqtalniex qalbna, anzi meta l-kompetizzjoni qed tinkwieta bina u tiftah ghalina hu sinjal car li ahna qeghdin fit-triq it-tajba.

Illum il-problemi mhux biss trid tkun tafhom, izda trid tkun kapaci tifimhom, trid tkun kapaci tannalizzhom u tkun kapaci tipproponi bidliet u alternattivi li jkunu aktar ta' fejda ghas-setturi ta' negozji li nirraprezentaw. Ahna barra fuq livell Nazzjonali u settorali dan ix-xoghol il-GRTU qed isir ukoll fuq livell lokali. Illum il-GRTU sahhet bi kbir ix-xoghol taghha fil-lokalita'; qed insegwu aktar mill-qrib dak li jsehh fil-Kunsilli Lokali u fuq proposti originati kemm fuq livell Lokali kif ukoll minn Awtoritajiet bhal Transport Malta u l-MEPA. F'dan il-kuntest nitkellmu ma' l-awtoritajiet, mal-Kunsilli Lokali u mall-membri taghna direttament biex l-interessi tal-membri taghna jkunu imharrsa f'kull lokalita'. Il-lista ta' lokalitajiet illi ahna konna nvoluti fihom b'mod dirett fejn ir-raprezentanza taghna kienet mehtiega jinkludi:

Il-Belt: l-GRTU kontinwament involuta f'laqghat ma' l-Awtoritajiet ikkoncernati fejn jidhol xoghol ta' restawr ta' swar, xoghol ta' tisbih fit-toroq, il-progett ta' bieb il-Belt li bi hsiebu jiehu madwar tlett snin u diversi issues ohra fejn jidhlu sidien li l-business taghhom ser jintlaqat minhabba dawn ix-xoghlijiet. Bhalissa l-GRTU qieghda f'laqghat ma' l-Awtoritajiet ikkoncernati sabiex tilhaq l-ahjar ftehim ghas-sidien tal-gabbani f'bieb il-Belt li ser jintlaqtu direttament bil-progett ta' Bieb il-Belt. Issues ohra li qeghdin jigu diskussi bhalissa huma l-parking u l-hinijiet u l-granet ghal distribution of goods fil-Belt.

 

Naxxar: Il-GRTU ltaqghet mas-sidien tal-hwienet sabiex tiddiskuti maghhom proposta mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar ghal tisbih f'toroq madwar il-Parrocca, b'parti mill-Pjazza issir pedonali u tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku. Il-GRTU wriet l-pre-okkupazzjoni taghha dwar kif dan il-progett ser jolqot l-Kommunita' Kummercjali u ghaliex l-Kunsill ma kkonsultax maghha bhal ma jaghmlu Kunsilli Lokali ohra.

 

Wara diversi laqghat li l-GRTU zammet mall-membri taghha gie deciz li tigi mibghuta ittra ta' oggezzjoni lill-MEPA u ittra ohra lill-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD) ghan-nom tas-sidien tal-hwienet membri tal-GRTU gewwa n-Naxxar.

 

L-GRTU m'hijiex kontra progetti bhal dawn sakemm ma jkunux ta' detriment ghall-Kommunita' Kummercjali. Fil-fehma tal-GRTU din il-proposta ser tkun ta' detriment kbir ghall-Kommunita' Kummercjali fiz-zona tal-parrocca tan-Naxxar. Il-GRTU hi nfurmata li jekk il-progett jibqa' ghaddej; bosta stabbilimenti ser jispiccaw sabiex jaghlqu l-hwienet taghhom ghaliex l-operat mhux ser jibqa' vijabbli ghalihom minhabba l-problema ta' nuqqas ta' parking u n-nuqqas ta' access ghall-klijenti u konsumaturi bil-vetturi taghhom.

 

Il-GRTU hi nfurmata li  l-MEPA  ser tinvolvi lill-GRTU b'kull process dwar din l-applikazzjoni. Il-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD) infurmat lill-GRTU  li l-korrispondenza kienet ser tigi pprezentata lill-bord li hu nkarigat minn dawn il-progetti sabiex tingibed l-attenzjoni qabel ma jsiru aktar zviluppi dwar din l-applikazzjoni.

 

L-GRTU ltaqghet ma' l-Onorevoli Dr. Chris Said u l-Onorevoli Dr. Jason Azzopardi sabiex izzommhom aggornati dwar dak li qieghed jigri. Dwar din l-issue l-GRTU ghandha s-support ta' 357 resident li huma kontra dan il-progett.

M'Xlokk: Il-GRTU kienet minn ta' quddiem sabiex ix-xoghol fuq il-promenade jimmaterjalizza. Issa wara hafna snin ta' diskussjoni mall-partijiet kollha kkoncernati dan il-progett  tlesta. L-GRTU issa qieghda tahdem fuq l-ahjar ftehim fejn il-promenade jkun jista' jitgawda kemm mis-sidien tar-restoranti, il-bejjiegha tal-monti, is-sajjieda kif ukoll ir-residenti. 

Sliema: Il-GRTU kontinwament izzomm diversi laqghat mall-Kunsill Lokali, Kuntratturi, OHSA, Transport Malta, Wardens u l-Pulizija ta' dan il-lokal rigward xoghol ta' kostruzzjoni sabiex tilhaq l-ahjar arrangement bl-inqas impatt fuq is-sidien. Mhux facli li f'lokal bhal dan b'ammont ta' hwienet u nies jahdmu u ohrajn li jzuruh li ssib l-ahjar arrangament. Hafna laqghat ohra saru separatament rigward traffic management.

 

Safi: Il-GRTU zammet laqgha kordjali hafna mall-Kunsill Lokali dwar xoghlijiet li saru fi Triq Valletta Zurrieq. Ix-xoghol fi Triq Valletta tlesta u l-GRTU giet infurmata li l-Kunsill talab li Triq San Pawl issir one way permanenti u hekk fil-fatt sar minghajr biss lanqas  ma giet ikkonsultata. Il-GRTU talbet laqgha ohra sabiex tiddiskuti fid-dettal din id-decizjoni u l-impatt li jista' jkollha fuq il-Komunita' Kummercjali.

 

Mellieha: Il-GRTU kellha diversi laqghat mall-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita' dwar proposta maghmula mill-istess Kunsill sabiex Triq Borg Olivier issir pedonali. Din il-proposta saret bil-ghan li jitnaqqsu diversi problemi minn din it-triq fosthom l-kongestjoni tat-traffiku, parkegg, hadd ta' merkanzija u t-tniggiz li kien qed jigi kkawzat mill-ammont ta' vetturi li juzaw din it-triq. Il-GRTU ma opponietx ghal din l-proposta izda bhala l-organizazzjoni li tirraprezenta l-maggorparti tas-sidien tan-negozji f'dan il-lokal talbet sabiex din il-proposta tigi diskussa internament l-ghaliex m'hijiex xi proposta facli u jista' jkollha effett negattiv fuq n-negozzji.

 

Wara li l-GRTU iddiskutiet mall-membri taghha rrizulta li jekk din il-proposta timmaterjalizza, s-sidien ibatu telf fil-bejgh. Il-GRTU kkommessjonat survey mall-membri taghha u rrizulta li dawn assolutament ma jaqblux ma din l-proposta u proposti ohra mressqa. Saret laqgha ohra mall-Kunsill sabiex jigi diskuss fid-dettal s-survey u tigi diskussa l-ahjar soluzzjoni li tissodisfa l-partijiet koncernati. Laqghat ohra mall-Kunsill u awtoritajiet ohra kkoncernati saru dwar xoghol ta' kostruzzjoni fi Triq il-Kbira.

 

Swieqi: Il-GRTU iltaqghet mall-Kunsill Lokali fejn giet diskussa l-problema tat-traffic management fil-pjazza (Triq l-Uqija). Il-GRTU enfasizzat li kemm is-sidien tal-hwienet kif ukoll l-impjegati ghandhom jevitaw li juzaw il-pjazza ghal parking u l-haddiema tal-Bank juzaw il-parkegg provdut mill-istess Bank b'arrangament li sar mall-GRTU.

 

Il-GRTU talbet l-intervent tal-Onorevoli Dr. Chris Said sabiex tinsab soluzzjoni dwar dan. Sadanittant gie issugerit li jintuza' aktar l-Luxol Grounds ghal parkegg sakemm jintlahaq arrangament iehor. Ghandha tigi organizzata laqgha mall-Kunsill Lokali ta' Pembroke sabiex tigi diskussa bicca art li llum taghmel parti mis-Swieqi u Pembroke sabiex tigi organizzata f'parkegg u sservi bhala dahla principali ghall-Lokal tas-Swieqi.

 

Il-GRTU ghandha terga tiltaqa' mall-Kunsill sabiex tiddiskuti s-sistema tas-CCTV li giet installata bi prova sabiex jigu kkontrollati abbuzi li kienu qed isiru fi Triq l-Uqija. Kulhadd qabel ma' din is-sistema basta ma tkunx ta' detriment ghas sidien. Sadanitttant bdiet bi prova s-sistema ta' timed parking approvata mill-GRTU ghall-Triq l-Ibragg u Triq l-Uqija.

 

San Giljan/Paceville: Inzammu diversi laqghat mall-Kunsill Lokali ta' San Giljan u entitajiet ohra kkoncernati bhal l-RID, Wardens, Pulizija, OHSA, Kuntratturi u Public Transport fejn gie diskuss fid-dettal l-progett ta' Pender Place issa li wasal sabiex jibda l-operat tieghu fuq it-tieni fazi. Progett mill-isbah u grazzi ghal-laqghat kontinwi dan il-progett qieghed isir bl-inqas inkonvinjent possibli ghas-sidien tal-hwienet u ohrajn. Laqghat ohra saru sabiex jigi organizzat it-traffic management fuq xoghlijiet ohra relatati ma' xoghlijiet ta' servizzi ohra f'diversi toroq ohra f'San Giljan u Paceville.

 

Ta' Xbiex: Il-GRTU zammet diversi laqghat mall-Kunsill Lokali sabiex jigi diskuss fid-dettal t-traffic management u r-residential parking scheme. Il-GRTU hadet hsieb torganizza laqghat mall-membri taghha sabiex jintlahaq l-ahjar arrangament.

 

Matul is-sena saru laqghat ohra ghas-sidien tan-negozji fil-Gharghur, Naxxar, B'Kara, Mosta fejn gew diskussi u saru presentations fuq diversi issues fosthom:

 

  • It-Trasport Pubbliku; kif ser jaffettwa l-Lokal tieghek
  • Konsumatur; id-drittijiet u r-responsabiltajiet
  • Ambjent; separazzjoni u gbir ta' skart mill-lokal
  • Kummerc; il-Licenzja – d-drittijiet u l-obligazzjonijiet
  • Skemi rigward Krediti ta' Taxxa; skema ta' 40% kreditu ta' taxxa ghal kumpaniji li jimpjegaw inqas minn ghaxar impjegati.
  • ETC; Programm li joffri ghajnuna dwar l-impjiegi
  • Hatra ta' Kumitat

 

Ix-xoghol importanti jibqa' dak tar-rapprezentanza tas-Sezzjonijiet fejn il-problemi ma jonqsu qatt. Fost dawk is-sezzjonijiet li dwarhom il-GRTU kellha tiehu azzjonijiet aktar deciziva kien hemm dawk tal-Petol Stations, Gas Distributors, Sidien ta' Farmaciji, Sidien tal-Water Bowsers, Waste Carriers, gabbani f'bieb il-Belt, Bicciera, VRT Stations fost bosta ohrajn.

Attivita' kbira li ghalija dahlet il-GRTU u li matul is-sena li ghaddiet kibret bil-kbir kienet dik li ghandha x'taqsam ma' l-immaniggjar ta' l-iskart. Din hi problema enormi li s-sidien ta' l-intraprizi kollha riedu jkunu konxji taghha u fuq kollox ikunu kapaci jamministraw minghajr piz finanzjarju esagerat. Kienet il-GRTU u l-GRTU wahedha li fehmet id-dimensjoni ta' din il-problema u fehmet kemm kien se jkun difficli biex l-intraprizi zghar Maltin igorru l-piz kollu ta' l-ispejjez ghall-gbir tal-materjali kollha li huma responsabbli ghalih u li jitfghu fuq is-suq u li eventwalment jispiccaw fuq il-waste stream. Kienet il-GRTU li fehmet mal-ewwel li kienu l-intraprizi kummercjali li riedu jaghmlu tajjeb ghall-ispiza enormi biex il-materjal li jingabar jittiehed f'facilita' li tkun ekonomikament vijabli u li ghalhekk ma tghabbix hlasijiet esagerati li l-intraprizi zghar taghna ma jifilhux ghalihom. Ftit kienu dawk li apprezzaw il-kobor ta' din il-problema u kif setghet din iddisprat lil hafna sidien ta' intraprizi specjalment importaturi u produtturi kieku l-GRTU ma dahlitx ghalihom u refghet hi r-responsabbilita' li tigwidhom. Organizzazzjonijiet ohra li jirraprezentaw il-kummerc u l-industrija, l-ewwel qaghdu izekzku u wara intefghu ifixxklu biex issa qed jipprovaw jikkompetu.

Il-GRTU baqghet ghaddejja, mhux biss waqfet skema hi stess f'isem il-membri imma ukoll sirna r-rapprezentanti ewlenin tas-settur kummercjali Malti fis-setturi kollha mal-awtoritajiet biex is-sistema tithaddem u tithaddem sewwa u jitwaqffu l-istituzzjonijiet u inhargu r-regolamenti u jitwettqu l-progetti u jsir l-enforcement necessarju biex  pajjizna, jigifieri l-Intraprizi Maltin, mhux biss ma jgorrx piz aktar milli jiflah imma wkoll ma jehilx penalitajiet imposti mill-Kummissjoni Ewropeja ghaliex ahna ninqabdu f'infringments tad-direttivi Ewropej. Il-volumi ta' kitba, is-sieghat ta' laqghat, ix-xoghol u l-energija li taghti l-GRTU f'dan is-settur m'ghandu l-ebda paragun ma dak li jaghmel haddiehor anke jekk jingabar dak kollu li jaghmlu l-organizzazzjonijiet l-ohra kollha f'daqqa.

Bizzejjed nghidu li llum Green MT il-Waste Management and Compliance Scheme li l-GRTU waqfet f'isem il-komunita' kummercjali Maltija llum hi responsabbli ghal gbir ta' skart riciklabbli minn 41 Kunsill Lokali li fihom jghixu l-fuq minn 68% tal-popolazzjoni Maltija. Sa l-ahhar ta' Settembru 2010, l-Iskema kellha 75 membru li bejniethom poggew fuq is-suq Malti 8714 -il tunnellata ta' Skart tal-Ippakeggjar. F'Awwissu ta' din is-sena bi sforzi kbar mill-GRTU nhargu l-applikazzjonijiet ghall-ezenzjonijiet mill-Eko-Kontribuzzjoni. Green MT applikat ghan-nom ta' 29 membru u dawn illum qed igawdu minn ezenzjoni mill-Eko-Kontribuzzjoni.

L-Iskema gabret il-fuq minn 14,600 tunnellata ta' skart riciklabbli fis-sena 2010. Dan huwa l-ikbar ammont li Skema Awtorizzata qatt gabret gewwa pajjizna. L-Iskema kienet l-ikbar kontributur ta' Skart Riciklabbli fil-facilita ta' Sant Antnin fejn ikkontribwixxiet 78% tal-ammont kollu li dahal f'dan l-impjant. Dan kollu jawgura li fis-sena li gejja nkomplu nsahhu dak li bnejna bi ftehim mal-Awtoritajiet tal-Gvern u anke ma' Ministeri kkoncernati.

Wara li Green MT issottomettiet lill-MEPA r-rapporti kollha mehtiega, u ssodisfat il-kriterji mehtiega, il-permessi tal-operat ghas-snin 2011 u 2012 hargu fl-20 ta' Dicembru 2010.

Xoghol kbir li ahna kburin hafna li wettaqna matul l-2010 hu dak li ghandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropeja. Illum id-decizjonijiet il-kbar li jolqtu n-negozji kollha fl-Unjoni Ewropeja fosthom ukoll lin-negozji Maltin, fil-bicca l-kbira tal-kazi m'ghadhomx jittiehdu fil-parlament u fl-istituzzjonijiet Maltin imma qed jittiehdu aktar u aktar fuq livell Ewropew. Ghalhekk huwa importanti li Malta mhux biss ikollha rapprezentanza permanenti fi Brussell b'sahhitha u kapaci, izda wkoll in-nies li jirrapprezentaw lil Malta fl-oqsma kollha li jolqtu l-ekonomija u l-kummerc iridu jkunu nfurmati sewwa fuq x'inhu fl-ahjar interess tan-negozjanti Maltin u fuq x' inhu fl-ahjar interess ta' l-SMEs Maltin. Illum l-EU Desk tal-GRTU hi bicca importantissima mill-GRTU ghaliex izzomm kuntatt kontinwu kemm mall-UEAPME kif ukoll mall-EuroCommerce u nahdmu kontinwament biex naghtu il-perspettiva ta' l-ekonomija Maltija u tan-negozji zghar Maltin fuq il-lista ma tispicca qatt ta' issues, direttivi u regolamentazzjoni gdida li kontinwament tigi fuq l-Agenda. Ahna dan naghmluh b'kitba u partecipazzjoni diretta f' tahdidiet kemm fuq livell lokali permezz tal-MEUSAC u permezz tar-raprezentanza taghna mall-Ministri individwali kif ukoll permezz ta' rapprezentanza qawwija fi Brussell. Ghalkemm sibna tfixkil kbir u b'riha kbira ta' ghira u ta' invidja milli fuq bazi ta' argumenti sodi, il-GRTU rnexxielha zzomm il-pozizzjoni li bi dritt akkwistat meta Malta dahlet fl-Unjoni Ewropeja, dik illi izomm wiehed miz-zewg postijiet li Malta ghandha fil-Kunsill Ewropew Socjali u Ekonomiku (EESC) u li jirraprezentaw lis-sidien ta' l-intraprizi Maltin kollha.

Il-GRTU ghal numru ta' snin kellha lil Sylvia Gauci bhala wahda minn dawn ir-raprezentanti. Sylvia Gauci qdiet hidmitha b'hila kbira u mhux biss ghamlet gieh lill-GRTU u lis-sidien ta' l-intraprizi kollha Maltin, imma hu ta' sodisfazzjon kbir ghalina li llum Sylvia Gauci tokkupa il-post ta' Segretarju Ezekkuttiv tal-MCESD. Wara li Sylvia Gauci temmet il-mandatt taghha fl-EESC il-Kunsill tal-GRTU hass li fic-cirkonstanzi tal-krizi ekonomika li l-Ewropa affacjat u fid-dawl tal-problemi kbar li se jigu diskussi fuq livell Ewropew biex l-ekonomija Ewropeja titjieb u jkun jista' jsir programm komprensiv biex l-Unjoni Ewropeja tilqa' ghal din il-krizi. Kien ghaqli li Malta tibat fl-EESC f'isem is-sidien tan-negozji Maltin l-aktar persuna kapaci li nistghu noffru bhala GRTU. Il-Kunsill Ezekkuttiv tal-GRTU qabel unanimaent li jinnomina lill-istess Direttur Generali tal-GRTU biex jokkupa ukoll din il-pozizzjoni. Ghalkemm il-Kunsill fehem li din il-kariga se tghabbi piz kbir iehor fuq id-Direttur Generali, il-Kunsill kien tal-fehma li kien biss permezz ta' kandidatura b'sahhitha f'dan il-livell li dan il-post ma jintilifx u li tibqa' il-GRTU l-organizzazzjoni Maltija li zzomm it-tieni post f'isem is-sidien tal-intraprizi Maltin fl-EESC u jkun assigurat li l-lehen in-negozji u intraprizi micro, small u medji Maltin f'dan il-Parlament Ewropew tal-imsiehba socjali ma jintilifx anzi jissahhah b'raprezentanza aktar qawwija.

Illum bis-sahha tar-rapprezentanza ta' Vince Farrugia fl-EESC is-sidien tan-negozji Maltin ghandhom post fil-Bureau ta' Group I (li jirraprezenta sidien ta' intraprizi), fil-Bureau tas-sezzjoni INT(is-sezzjoni li ghandha x' taqsam mas-Suq Intern Ewropew tal-Kummerc u Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur) kif ukoll shubija; fis-Sezzjoni ECO (is-Sezzjoni li ghandha x' taqsam ma' Affariiiet Ekonomici, Finanzi, Sistemi Monetarji) u wkoll fis-CCMI (is-Sezzjoni li ghandha x'taqsam ma' l-Innovazzjoni fis-Setturi Produttivi) u fil-kategorija' tat-Trasport kif ukoll rapprezentanza fis-Sezzjoni TEN(is-Sezzjoni dwar Trasport. Logistika, Energija u Ambjent) u wkoll rapprezentanza effettiva f'numru ta' Study Groups fuq issues ta' importanza ghal SMEs u ghaz-Zona Ewro. Fl-EESC, id-Direttur Generali llum akkwista diga' livell gholi ta' rikonixxment mhux biss fil-partecipazzjoni tieghu fid-diversi Assembleji u Fori ta' l-EESC imma wkoll bis-sahha tal-papers u kitbiet f'oqsma bhal m'huma l-programmi tar-riformi, it-tishieh ta' l-SMEs u kwistjonijet u issues Makro-Ekonomici li jolqtu direttament lill-intrapriza u l-izvilupp ekonomiku u l-izbilanci fiz-zona Ewro kollha.

Illum bix-xoghol kollu tal-GRTU u bis-sostenn kontinwu li l-GRTU taghti lill-Gvern u lill-Awtoritajiet, ghalkemm dawn mhux dejjem huma pronti li jwettqu dak kollu li tressaq b'qawwa u hila l-GRTU, Malta fi kliem stess tad-Direttur Generali ghall-Affarijiet Ekonmici u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropeja Malta kellha:" A stronger than expected rebound in 2010…". Skond l-istess rapport tal-Kummissjoni l-impatt totali ta' ricessjoni dik tal-2009 l-ekonomija Maltija ckienet b'2%, rata relattivament baxxa hdejn dak li soffrew ohrajn ikbar minnha fl-UE u baxxa wkoll meta mqabbel ma' dak li gara fil-kumplament tal-Euro-Area fejn il-medja tat-telf ekonomiku kienet ta' 4.1%. It-telf il-kbir ta' l-ekonomija Maltija kien fil-livell ta' l-esportazzjoni u fil-waqgha fil-livell ta' investiment f'dawk li huma magni u apparat ghall-produzzjoni u dak tal-bini u kostruzzjoni kif ukoll tnaqqis qawwi f'dawk li huma inventarji biex b'hekk l-ekonomija ta' l-2009 ghalqet b'telf. Fl-2009 wkoll il-konsum privat li minnu jiddependu hafna l-imsiehba tal-GRTU wkoll waqgha.

Bis-sahha ta' inizjattivi li ttiehdu izda, fl-2010 l-ekonomija regghet bdiet tikber u meta pparagunata mas-sena ta' qabel l-ekonomija kibret b'4%, l-aktar permezz tal-esportazzjoni. Is-Settur rapprezentat mill-GRTU l-aktar dak kummercjali ghadu qed ihoss l-impatt ta' l-istaggnar f'dik li hi domanda domestika pero' dawn l-ahhar sitt xhur tas-sena ta' l-2010 qed juru li l-affarijiet regghu qed jiccaqalqu, dan il-moviment jitkattar hekk kif jibda jinhass l-effett ta' l-investiment f'numru ta' progetti pubblici li dwarhom qed naghmlu pressjoni kbira lill-Gvern biex jghaggel f'dik li hija implimentazzjoni u kif ukoll biex jithaffef it-thaddim ta' diversi progetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja. Il-problema ewlenija tibqa' dejjem jekk id-dhul disponibbli ghall-familji mhux qed jizdied bizejjed biex jaghmel tajjeb ghaz-zidiet tal-prodotti ta' l-energija, elettriku, fuels u gass u l-GRTU ghaddejja b'numru ta' proposti ohra biex il-Gvern jghaggel jintroduci skemi godda fil-qasam tal-energija alternattiva u bhal enterprise loan guarantee schemes biex jimbotta l-intraprizi zghar fis-setturi kollha rapprezentati mill-GRTU ha jinvestu u joholqu xoghol gdid. L-indikazzjonijiet qed juru li hekk kif il-livell ta' infiq minn naha tal-Gvern fuq l-oqsma ta' investiment u strutturi jizdied ikun hemm qabza wkoll f'dik li hi zieda fl-attivita' li taffetwa d-domanda domestika l-aktar fl-oqsma marbuta mal-kostruzzjoni.

Pero' din is-sena irridu nikkoncentraw aktar biex nizguraw li l-pressjoni li ha ssir mill-Unjoni Ewropeja l-Gvern Malti jkun imgieghel jaghmel aktar sforzi fejn jidhol id-deficit u d-dejn Nazzjonali ma jkollix impatt negattiv fuq l-infiq tan-nies fl-ekonomija interna. Hu ghalhekk li l-GRTU qed tahdem kontinwament fuq il-prezentazzjoni ta' skemi li jghinu biex id-djar u l-intraprizi zghar jinvestu aktar f'riformi u investimenti godda biex l-infiq isir bil-ghan li johloq aktar xoghol u aktar tkattir ekonomiku il-quddiem.

Sfortunatament hafna sidien ta' intraprizi zghar jahsbu li kollox isir wahdu jew isir ghax xi hadd jitkellem fuq it-televizjoni jew fil-Parlament. Il-verita' hi li l-iskemi u d-dettalji ta' x'ghandu jsir iridu jkunu diskussi ma' organizzazzjoni serja bhal GRTU u li minghajr is-sahha ta' ghaqda bhal GRTU s-sidien tan-negozji zghar Maltin ma jkunu qa

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).