Il-Belt
Valletta – The City built by gentlemen for gentlemen – illum toffri xena
gdida li qatt hadd ma basarha. Fil-Pjazza San Gorg, il-Pjazza ta’ quddiem
il-Palazz tal-President u fil-parti l-aktar prominenti ta’ Triq ir-Repubblika
li hi miftuha ghall-parking, illum fl-aqwa hin tas-shopping u attivita fil-Belt
Kapitali, issib xena ta’ vannijiet u ingenji kummercjali bil-lasti u t-tined
fuqhom u rumuzolji ohra, ghax il-Gvern ghogbu jaghti parking b’xejn lil
tal-monti f’din iz-zona hekk importanti. Illum barra l-Membri tal-Parlament u
s-Segretarji Permanenti tal-Ministeri, l-unici privilegjati li ghandhom free
parking fil-Belt fic-centru kummercjali u storiku tal-Belt Kapitali huma
tal-Monti.

Is-sidien
tal-hwienet, ufficini, restoranti u stabilimenti ohra li bejniethom investew
il-miljuni l-kbar fil-Belt Valletta u jhaddmu bejniethom daqs zewg Smart Cities
f’daqqa mhux talli m’ghandhom l-ebda previlegg la ta’ parking u ta’ xejn talli
jhallsu t-taxxi, jhallsu l-oghla licenzji tan-negozju u jhaddmu n-nies maghhom
u jiffacjaw il-burokrazija kollha ta’ regulamenti u direttivi Ewropej.
Is-sidien tan-negozji jhallsu ghal parking fil-Belt bhal kulhadd li mhux
privilegjat u qed jaghmlu s-sagrificcji kollha biex il-Belt Valletta tqum fuq
taghha kif jixraq. Il-Ligi li fassal il-Gvern minn wara dahar kulhadd tghid li
l-Gvern kellu jsib zoni adekwati fejn tal-Monti jipparkjaw il-vannijiet taghhom.
Izda hadd f’sensieh qatt ma basar li dan ifisser ipparkjar privilegjat fl-aqwa
postijiet tal-Belt Valletta.
Il-GRTU
illum tat notice lil Gvern li jekk mhux ser jieqaf jirredikola lilu nnifsu dwar
din l-iskema tal-Belt Valletta, il-GRTU tirtira s-sapport taghha ghal iskema u
taghti direttiva lis-sidien tal-hwienet u negozji ohra tal-Belt Valletta biex
ma jhallsux ic-charges tal-parking tas-CVA u ma jhallsux il-licenzji
tal-hwienet taghhom.
Jekk
il-Gvern ser itieha ghal pulcinellati kulhadd jaf jippulcinella.