SME Chamber

Proposti tal-GRTU ghall-Budget 2006

Kummenti tal-GRTU fuq l-iStqarrija ta’ Strategiji Ekonomici u Socjali 2006 – 2010 (Dokument qabel il-Budget 2006)

Il-Kunsill tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji – studjat l-iStqarrija ta’ Strategiji Ekonomici u Socjali ipprezentata bhala Dokument qabel il-Budget. Il-GRTU tapprezza l-isforzi ta’ dawk kollha li hadmu fuq dan id-dokument u taqbel mall-kuncett li l-istrategiji ekonomici u socjali jkunu migbura flimkien f’dokument wiehed. Il-GRTU tqies li issa li s-sistema governattiva qed tahdem fuq dokumenti strategici bhal ma huma n-National Employment Action Plan, in-National Reform Programme u pjanijiet ohra li qed jahdmu fuqhom units differenti tal-Gvern, kien f’waqtu li l-Gvern hareg Stqarrija ta’ Strategiji li tolqot is-setturi kollha. Mhux zguri x’forza ser ikollha din l-IStqarrija ta’ Strategiji izda zgur li hu importanti li issa s-sistema pubblika kollha tintrabat ma din l-iStqarrija ta’ Strategiji.

Dawn l-Istrategiji huma wkoll importanti ghall-iskop tan-National Strategic Reference Framework. Ikun jiswa hafna aktar jekk l-NSRF jimxi fuq linji approvati f’dawn l-Istrategiji jekk irridu li niehdu l-massimu ta’ fondi mill-EU u li dawn ikunu indirizzati skond pjan strategiku. Jekk ma jsirx hekk nergghu ghas-sistema fejn dokument wara dokument ma jirrispettax l-istrategiji main stream u, ghar min hekk, x’hin nigu ghall-interpretazzjoni u ghal-prioritajiet, b’mod partikulari x’hin jkunu imponuti regolamenti godda, l-Istrategiji Centrali jinqabzu.

Il-GRTU qed tipproponi li kif jintlahaq ftehim fuq l-Abbozz ahhari ta’ dawn l-Istrategiji, s-Segretarji Permanenti kollha ghandhom jiffirmaw id-dokument b’mod formali u pubbliku u jinzammu responsabbli ghal kull azzjoni li taqbez il-linji inkluzi f’dawn l-istrategiji. Il-funzjoni tal-iffirmar ghanda tinkludi wkoll ic-Chairmen u kapijiet tal-Entitajiet u Awtoritajiet Pubblici kollha.

Kien f’waqtu li titfassal Stqarrija ta Strategija Generali. Il-GRTU hekk tqies dan id-Dokument aktar milli stqarrija dwar il-Budget li jmiss. Il-GRTU tapprezza li hafna proposti u suggerimenti maghmula mill-GRTU u Korpi ohra kostitwiti li jirraprezentaw lill-Kummerc, Industrija u Turizmu huma nkorporati f’dan id-Dokument. Il-GRTU kienet tippreferi li tara aktar attenzjoni lejn is-setturi tal-kummerc, retailing, trading, wholesaling u serrvizzi u b’mod partikulari lejn ix-xoghol u l-potenzjal tal-intraprizi zghar li jahdmu ghall-komunita’ mill-lokalita taghhom, izda tqies id-Dokument b’mod posittiv ghax jekk jithaddem ghandu jwassal ghall-rizultati mixtieqa.

Dan il-GRTU tghidu anke jekk ghadu jidher li fl-istrategiji tal-gvern ghad m’hemmx apprezzament bizzejjed dwar l-importanza li niffacilitaw aktar il-holqien ta’ opportunitajiet ta’ xoghol fil-Lokalitajiet aktar milli f’centri u zoni partikulari. Il-GRTU tinnota ukoll illi fl-istrategiji hemm aktar enfazi fuq Industrija ta’ manifattura milli fuq intrapriza b’mod generali u fuq kejl ta intrapriza skond l-economic value added taghha u mhux mill-liema settur ta’ produzzjoni ta prodott jew servizz l-intrapriza tappartjeni.

Il-GRTU, barra li tishaq fuq l-importanza tal-intrapriza hu x’inhu s-settur li minnha gejja, qed taghmel enfazi kbira fuq il-Lokalitajiet u l-potenzjal li dawn ghandhom ghal holqien ta’ aktar attivita ekonomika u aktar postijiet tax-xoghol. Din hi strategija li ghandha vantaggi kbar f’dak li hu impjieg u holqien ta’ attivita ekonomika li tuzufrutta l-kapacitajiet tal-Lokalitajiet u l-excess capacity tal-valur ekonomiku li jezizti fil-Lokalitajiet, inkluzi fil-households taghna. Hi ukoll importanti ghal dak li hu vantaggi ekonomici u socjali li niehdu bla pizijiet zejda fuq l-infrastruttura ta’ toroq u servizzi municipali. Strategiji iffokati fuq il-Lokalitajiet ifissru wkoll aktar attenzjoni lejn l-kapacita’ produttiva u ta’ impjieg tas-settur tan-negozji z-zghar li huma l-forza ekonomika dominanti fil-Lokalitajiet. Il-GRTU taqbel mal qafas ta’ strategiji inkluzi fid-Dokument li jirreferu ghan-negozji iz-zghar u l-SME’s u ghalhekk tistenna li issa jitfassal Pjan ta’ Azzjoni u Budget biex dawn l-istrategiji jitwettqu.

Il-GRTU kienet tippreferi tara wkoll aktar progettazzjoni fuq is-snin li gejjien biex fuq bazi ta’ statistika tkun aktar taf fejn sejjer il-pajjiz u jkun jista’ jitkejjel ahjar ir-rizultat u jkun stabilit fiz-zmien gust wkoll ikkustjar ta’ dak li qed ikun propost biex il-Gvern, Ministeri u Awtoritajiet jkunu jistghu jfasslu l-istrategiji taghhom fuq pjan ta’ cost effectiveness. Il-GRTU issa tistenna d-dettal f’termini ta’ infieq u targets li jridu jintlahqu u f’liema termini ta’ zmien iridu jintlahqu, ikunu l-bazi tat-tahdidiet li jridu jsiru dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Qafas ta’ Strategiji.

Il-GRTU qed thares il-quddiem lejn diskussjoni aktar wiesgha dwar din l-iStqarrija ta’ Strategiji 2006 – 2010. Tqies izda li fil-granet li gejjien ikun aktar f’waqtu li niffukaw fuq Proposti ghall-Budget 2006. Hu ghalhekk li l-GRTU qed tistenna li

tinbeda mall-ewwel id-diskussjoni dwar l-Budget 2006. Ghall dan il-ghan il-GRTU qed tressaq il-Proposti taghha ghall-Budget 2006.

Il-proposti tal-GRTU huma f’zewg partijiet: proposti Prioritarji mfassla mill-Kunsill Ezekuttiv u Suggerimenti mressqa lilna mill-membri.

Proposti tal-GRTU ghall-Budget 2006

1. Analizi Ekonomika

Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU talab l-opinjonijiet tal-membri mis-setturi differenti msiehba fil-GRTU dwar x’jixtiequ jaraw fil-Budget 2006 biex jghinhom jharsu b’fiducja lejn il-prospetti ekonomici taghhom u tal-pajjiz. Il-proposti kif indikati mill-membri huma mehmuzin ma’ dan ir-rapport u qed ikunu pprezentati bhala ndikaturi. Il-Proposti Ewlenin tal-GRTU izda huma kif imfissra f’dan ir-Rapport u mhux fl-Annex.

Biex il-Kunsill Ezekuttiv ifassal il-Proposti Ewlenin tieghu talab analizi ekonomiku tal-kontributuri ekonomici tal-GDP u statistika ekonomika u finanzjarja ohra biex fuq bazi ta’ dan jindika x’inhu l-aktar urgenti u importanti li jsir. Din l-analizi ekonomika inbniet ukoll fuq l-analisi li hadmet fuqha l-Economic Unit tal-MCESD.

Minn dan l-analizi johrog bic-car li l-akbar inkwiet prezenti hi r-rata tat-tkattir ekonomiku li Malta qed tirregistra bhalissa. L-ahhar caqliq juri li t-trasformazzjoni qed issir u li l-impatt tal-bidliet, ghalkemm zghar, li ddahhlu s-sena l-ohra, qed ikollhom l-effett pozittiv taghhom. Irridu izda nkomplu nsostnu l-ekonomija u jkun incentivat ir-riallokazzjoni tar-rizorsi kemm umani kif ukoll kapitali u finanzjarji biex jizdied l-valur mizjud ekonomiku.

2. Tkattir tal-GDP

Ir-rata medja ta’ tkattier ekonomiku ta’ dawn l-ahhar snin hi baxxa wisq. Din ir-rata mhiex bizzejjed biex tlahhaq mall-investiment li jezizti f’pajjizna illum mis-settur privat. Hi l-kawza ewlenija li numru kbir wisq ta’ negozji minn kull qasam mhux qed ifendu u mhux qed jibqalhom ritorn bizzejjed fuq l-investiment taghhom. Din ir-rata mhux thajjar lis-sidien tan-negozji jkomplu jinvestu b’mod dirett f’attivita’ ekonomika produttiva. Hafna qed isibu alternattivi billi jinvestu fil-proprjeta bit-tama li jirkupraw it-telf fuq l-investiment dirett. Din hi sitwazzjoni inkwetanti hafna ghaliex hu bl-investiment dirett, li pajjizna jrid isostni ekonomija vijabbli u sostenibbli. Ohrajn, qed iharrsu barra minn xtutna ghax qed ihossu li ghall-isforzi li qed jghamlu hemm ritorn ahjar band’ohra. Hu ghalhekk li jridu jsiru bidliet li jimbuttaw ir-risorsi umani, kapitali u finanzjarji lejn l-investiment li jrendi b’mod produttiv.

It-tkattir fil-GDP irid jigi minn tkattir sostenibbli u mhux fuq bazi ta’ dejn u spekulazzjoni jew zidied fl-infiq pubbliku. Dwar n-numru kbir ta’ appartamenti li qed jinbnew u li bhalissa qed isostnu l-industrija tal-kostruzzjoni, wkoll il-GRTU trid tara li jitwettaq program ta’ incentivi biex dawn jizdiedu mal bed stock disponibbli ghat-turizmu. Hemm lok ghal-turizmu long term mill-pajjizi nordici fejn qed tkun expensive ghall-pensjonant li jghix is-sena kollha u ikun jippreferi kirjiet ghat-tul f’pajjiz bhal Malta. Biex l-investimenti kbar li qed isiru fil-bini ta blokki ta’ appartamenti jibda jirrendi wkoll b’mod kurrenti u mhux ta’ darba biss bhal ma jsir f’kaz ta’ bejgh, ghandu jitfassal pjan ta’ incentivi. Din issue li rridu nahsbulha b’bidu minn Budget 2006.

3. Prijorita’ lill-Ekonomija

Il-GRTU izda, bhala priorita’ ewlenija qed tappella lill-Gvern biex l-enfazi numru wiehed fil-Budget 2006 tkun l-ekonomija: kif ir-rata tat-tkattir ekonomiku tiehu spinta l-fuq b’mod immedjat. Kif ser nergghu naghtu fiducja lill-investitur Malti biex jerga jiehu l-fiducja u jerga jibda jinvesti b’mod dirett f’attivita ekonomika li thaddem in-nies u li tkun sostenibbli. Kif ser noholqu fiducja gdida biex l-konsumatur jerga jibda jonfoq bla biza. Bla zieda immedjata fl-investors confidence u fil-consumers confidence kull sforz iehor ikollu ftit effett.

Ekonomija moderna trid infieq sostenibbli. Meta l-konsum jaqa’ jbatu hafna intraprizi. Illum li ahna parti mis-Suq Wiehed Ewropew ma nistghux aktar nibqghu nibbazaw fuq strategiji ekonomici li jsawtu lill-konsum biex forsi nghinu lis-settur produttiv, il-politika tal-import substitution illum difficli inhadmuha u ghalhekk irid jinqata’ t-twebbil ta’ policies ibbazati fuq xi safeguard clause. Min qed iwebbel bil-protezzjoni u bi thaddim ta’ xi safeguard clause qed jaghzaq fl-ilma ghax ekonomiji moderni ma jahdmux hekk u dak mhux l-ghan ta’ Malta msiehba fl-Unjoni Ewropea. L-enfazi trid tkun fuq il-kompetittivita. Irridu nghidu lin-nies jaqilghu aktar u jzommu aktar flus ghalihom biex jonfqu u jgemmghu. Ir-rizorsi jridu jimxu lejn investimenti li jirrikonoxxu l-vantaggi ta’ Malta viz-a-viz is-Suq Wiehed Ewropej. Il-futur ta’ Malta hu fis-Suq Wiehed Ewropew u ghalhekk kull sforz ghandu ikun bizzejjed biex niehdu l-massimu minn dan is-Suq u mhux ninghalqu f’nicca ghalina.

Il-livell ta’ fiducja – consumer confidence tal-konsumatur Malti illum hi baxxa hafna. L-istess hi baxxa hafna l-investors confidence. Il-kawza ewlenija hi li d-disposable income ghall-faxxa l-aktar importanti ta’ konsumaturi illum hi baxxa minhabba li naqas id-dhul extra ta’ familji fil-faxxa medja tal-income u wkoll minhabba l-ghafsa li t-taxxa fuq id-dhul qed ikollha fuq l-inizjattiva u l-qliegh tal-klassi medja. Ghalhekk il-GRTU mhux qed tipproponi sempliciment bidla izda riforma li tinhass f’zieda fil-flus fil-bwiet tan-nies

Il-qofol tal-proposti tal-GRTU ghalhekk hi riforma fit-tassazzjoni. Is-sistema ta’ tassazzjoni tal-lum qed tifga kemm lill-investitur kif ukoll lill-konsumatur. Is-sistema tal-lum mhiex tinkoragixxi r-riallokazzjoni tar-risorsi fid-direzzjoni t-tajba. Il-qofol tal-izvilupp ekonomiku u socjali li jrid isir fil-ftit snin li gejjien hu r-riallokazzjoni tar-rizorsi li pajjizna ghandu. Kemm dawk li huma risorsi umani kif ukoll dawk li huma risorsi kapitali jridu jkunu riallokati u iffukati fuq l-ahjar uzu li jghin lill-pajjizna jiehu li jiflah mis-Suq Wiehed Ewropew.

Jekk ir-riallokazzjoni tithalla ghall-forzi tas-suq biss, jigri li jinhela hafna zmien u pajjizna ikun ha zmien wisq biex jilhaq l-livell mehtieg ta’ riallokazzjoni ta’ rizorsi bir-rizultat li hafna u hafna jbatu. Il-gvern ghalhekk bilfors li jrid jintervjeni illum qabel ghada bi skemi ta’ inkorragiment. L-akbar inkorragiment hu li n-nies jithallew izommu huma u jonqfu u jinvestu huma aktar minn dak li jaqilghu. Ghalhekk bilfors li trid issir ir-riforma qawwija tas-sistema tat-tassazzjoni illum qabel ghada. In-nies ma jridux lill-gvern johdilhom il-hafna u jonfoqhom hu kif jghid hu. Din l-ideja ta’ gvern pater families li jaf jonfoq flus haddiehor aktar minn dak li l-flus qalaghhom hu, hi kuncett zbaljat u antikwat li l-GRTU ma taqbilx mieghu.

Il-kwistjoni ta’ tassazzjoni qed tolqot bil-kbir b’mod partikulari lis-settur tas-self employed u negozji zghar. M’hemm l-ebda dubju li qed isir kalkolu minn hafna biex ma jsir l-ebda sforz u l-ebda investiment aktar minn dak li hu mehtieg biex jinzamm il-livell tad-dhul taht il-livell ta’ income mhux taxxabbli. Hemm hafna intraprizi zghar li jistghu jirsistu aktar, jistghu jkabbru, jistghu joholqu inizzjattivi godda biex jghollu l-livell ta’ fiducja tal-konsumatur u fuq kollox li jistghu jhaddmu aktar nies maghhom, izda li qed joqghodu lura ghax it-taxxa tifnihom. Joqghodu attenti biex ma jaqbzux ir-rata baxxa ta’ Lm4,300 ghall-koppji. Din ir-rata tghodd ghall-bicca l-kbira tas-self employed ghax bhala self-employed ma jistghux, b’mod l-aktar ingust, jiddikjaraw separatament ghall-fini ta’ taxxa fuq id-dhul. Jew li ma jaqbzux ir-rata ta’ Lm3,100 ir-ras jekk wiehed/wahda hu single jew koppja tiddikjara separatament.

Min hu fin-negozju illum, kuntrarjament ghal dawk li jahsbu hafna, difficli jevadi u jissogra hafna meta jevadi. Ghalhekk hafna u hafna qeghdin sempliciment joqghodu lura biex ma jkollhomx problemi mat-Tax Compliance Unit. Hafna qeghdin joqghodu fuq attivita minima milli fuq dik ottimali. Ir-rizultat hu telf ta’ attivita ekonomika u telf ta’ dhul ta’ taxxa tal-income u ta’ VAT ghall-awtoritajiet fiskali. Din hi kwistjoni li tolqot ukoll eluf ta’ haddiema li illum qed jirrifjutaw li jaghmlu xoghol zejjed li jdahhalhom f’livelli ta’ tassazzjoni gholja. Din hi problema serja u l-GRTU tappella lill-gvern biex din il-problema titkejjel sewwa. L-akbar sahha li ghandha Malta hi l-inizjattiva u l-kapacita imprenditorjali tal-Maltin. Il-tassazzjoni kif inhi illum qed tifga din l-inizjattiva.

4. Riforma fl-Income Tax

Il-GRTU ghalhekk, kemm biex taghti spinta lil dawn is-setturi, kif ukoll biex tgholli l-livell ta’ disposable income ghall-hafna, kemm mis-settur tas-self employed kif ukoll mis-settur kbir ta’ dawk li jahdmu bil-paga, qed tipproponi bhala proposta ewlenija bidla radikali fil-bands tal-income tax.

Il-GRTU m’hix tipproponi d-dhul ta’ rata wahda ta’ Taxxa. Din hi kwistjoni kumplikata u wiehed irid jistudjha sewwa ghax il-GRTU, bhat-Trade Unions tal-Haddiema, ma tridx tara t-tkissir tas-sistemi tal-Welfare u ma tridx sitwazzjoni fejn tinholoq ingustizzja fejn il-klassi medja thallas hafna taxxi u dawk li jaqilghu b’mod goff ihallsu xorta. Hu ghalhekk li ghalissa sistema ta’ livel ta’ taxxa wahda jew sistema ta’ zewg, jew l-aktar tlett livelli, hi preferuta minn dik tal-lum u minn wahda ta’ rata wahda. Ghalhekk il-GRTU issostni li r-riforma mis-sistema li ghandna illum trid issir u hi urgenti hafna. Il-GRTU qed issegwi l-izviluppi f’pajjizi fejn idahlet is-sistema ta’ rata ta’ taxxa wahda b’interess kbir u b’mod pozittiv. Il-GRTU ghalissa qeghda izda tipproponi d-dhul ta’ Three Tier Income tax.

Il-GRTU temmen li barra li d-dhul minimu taxxabbli hu baxx u ghandu ghalhekk joghla sostanzjalment, tqies wkoll li l-ghola rata ta’ taxxa f’Malta tibda tghodd fuq dhul annwali baxx wisq kemm ghas-singoli kif ukoll ghall-koppji. Hadd fl-Ewropa ma jinqabad mall-ewwel bl-ghola rata tal-income tax hekk kif taqbez Lm6,700 fis-sena jew l-ekwivalenti bhala rata ta’ dhul b’paragun mall-median income f’pajjizi ohra. U hadd fl-Unjoni Ewropea ma jibda jintaxxa lill-individwi meta ghadhom fuq il-poverty line. Income ta’ Lm3,000 hi income baxxa wisq u m’ghandux ikun suggett ghall-tassazzjoni diretta, li suppost hi progressiva.

Il-GRTU ghalhekk qed taghmel proposti li l-ewwel u qabel kollox jibbustjaw l-investors u l-consumers confidence u fuq kollox inehhu z-zewg anomaliji kbar fis-sistema tat-taxxi diretti ta’ pajjizna.

Il-proposti tal-GRTU ghar-Riforma fl-Income Tax
Dhul fuq dikjarazzjoni singola:
• Anqas minn Lm5,000 fis-sena xejn
• Bejn Lm5,000 u Lm7,000 – 15%
• Bejn Lm7,001 u Lm9000 – 25%
• Aktar minn Lm9,000 – 35%

Dhul fuq dikjarazzjoni ta’ Koppja
• Anqas minn Lm7,000 xejn
• Bejn Lm7,000 u Lm9000 – 15%
• Bejn Lm9,001 u Lm14,000 – 25%
• Aktar minn Lm14,000 – 35%

Withholding Tax fuq Income mill-Part Time Job
• Kull Part Time Income sa Lm5,000 jkun intaxxat bir-rata ta’ 15% ghall kull individwu li jaqla income iehor u li jaqbez is-Lm7000 fis-sena inkluza l-iskema l-gdida.

Dawn ir-rati jkunu ifissru li koppja li taqla Lm15,000 fis-sena ma thallas xejn fuq l-ewwel Lm7,000, thallas 15% fuq dak li jaqilghu aktar minn Lm7,000 sa Lm9,000, thallas 25% fuq dawk li jaqilghu aktar minn Lm9,000 sa Lm14,000 u fuq dak kollu li jaqilghu aktar minn Lm14,000 jehlu it-taxxa l-gholja ta’ 35%. Dawn ir-rati l-godda ghandhom ikunu punt ewlieni biex tinghata spinta lill-ekonomija u lill-incentiva personali.

Il-gvern irid jaghmel il-kalkoli sewwa tal-effett fuq id-dhul tieghu sa ma tikber l-ekonomija bizzejjed li taghmel tajjeb ghal xi telf fid-dhul. It-telf ghandu jonqos rapidament hekk kif l-ekonomija terga tibda tikber bir-rata ta’ 4% u aktar f’zieda reali fil-GDP. Fil-perijodu qasir ta’ qabel ma jintlahaq l-ghan tar-riforma u dan ikun rifless fiz-zieda fil- GDP u ukoll fid-dhul tal-gvern mit-taxxi diretti, l-gvern jrid jimponi programm serju ta’ tnaqqis fl-infiq pubbliku.

Il-bidliet fir-rati tal-income tax ghandhom igibu maghhom dhul aktar fit-Taxxa tal-VAT. Illum l-isforzi kbar li jsiru minn hafna biex izommu d-dhul taghhom taht il-livelli minimi ta’ taxxa jew taht rata ta’ taxxa li mhix esorbitanti, qed jikkawza hafna evazjoni u telf ta’ VAT u tnaqqis serju fid-dhul tal-gvern mill-Income Tax. Din is-sitwazzjoni tickien hafna hekk kif il-livelli ta’ dhul mhux taxxabbli u dawk b’rata ta’ taxxi baxxi joghlew. Bir-rati kif inhuma illum l-evazjoni ma tintrebah qatt u inutli li l-gvern jibqa’ jsallab aktar nies bl-investigazzjonijiet. It-tnehhija tal-biza biex hafna jiddikjaraw income ghola ikun ifisser ukoll zieda fl-impjiegi ghax huma hafna li qed izommu l-livell ta’ operazzjoni taghhom baxx mall-minimu.

5. Tnaqqis ippjanat fin-nefqa pubblika

Il-gvern wkoll sa ma jaghlaq l-izbilanc fl-infiq u dhul ghandu jnaqqas l-infiq b’rata ekwivalenti ghad-dhul, fejn ma jkunx possibli ghandhom jitpoggew fuq is-suq proprjetajiet pubblici u jizdied l-isforz ghall-progetti ta’ Public Private Partnership u fuq kollox jitghaggel l-process tal-privatizazzjoni. Il-gvern ghad ghandu hafna artijiet ta’ valur kbir ghax huma f’posizzjonijiet li illum huma prestigjuzi. Il-gvern ghandu jehles minn dawn il-proprjetajiet u l-flus li jdahhal, fuq perjodu qasir jmorru wkoll biex jitnaqqas l-izbilanc fl-infiq kurrenti. Dan jsir sakemm l-izbilanc jinghalaq.

Meta tikber l-ekonomija bizzejjed biex issostni rati ta’ dhul adekwati ghall-infiq tal-gvern, id-dhul mill-bejgh jerga jibda’ jmur biex jitnaqqas id-dejn Nazzjonali. Din tal-Budget Deficit izda trid tinqata fl-iqsar zmien possibbli ghax issa ilha 10

snin maghna u hi kawza ewlenija li hadd ma jaf fejn hu. Il-Budget Deficit m’ghandux jintuza bhala skuza biex ma ssirx ir-riforma mitluba mill-GRTU izda ghandha tkun ir-raguni ghar-Riforma. Bla riforma l-gvern jibqa jghasar u jnaffar aktar lill-investitur u lin-nies ta’ inizjattiva.

6. Bejgh ta Proprjeta Pubblika

Meta jigi ghall-bejgh ta’ proprjeta u likwidazzjoni ta’ assi li mhumiex ta’ prijorita ghat-twettieq tal-politika tal-gvern ghandu jiddiskuti kollox, inkluz proprjetajiet li jaghmlu aktar sens ghall-gvern li jbieghhom u jikrihom lura b’rata ragunata jekk ser jibqa juzhom.

Il-gvern ghandu jara b'mod partikulari kif jbiegh is-sit enormi ta’ fejn illum hemm l-isptar generali l-qadim u juza l-mezzi li jdahhal biex jaghlaq l-pjaga tal-infieq fuq l-isptar generali l-gdid. Ghandu jaghmel l-istess ghas-sit tal-ex Opera House u tahtha u t-toroq tal-madwar u l-Pjazza Helsien.

Il-gvern wkoll ghandu jivvaluta l-artijiet okkupati mill-iskejjel u jara li dawk li ser jigu eliminati jew li huma kbar wisq ghall-htigijiet skond il-pjan il-gdid ghall-edukazzjoni issa li ser tidhol ir-riforma tal-Kulleggi Ewlenin, jinbieghu biex jitwaqghu u jinbnew skond kriterji kummercjali approvati mill-MEPA. Ir-riforma fl-edukazzjoni ma tistax issir jekk il-gvern ser jippretendi li jibni l-gdid u fl-istess waqt jzomm l-qadim. Il-Kulleggi ghandhom jinbnew godda u l-hlas isir billi jkunu likwidati hafna proprjetajiet li llum ghandu d-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Jekk is-sistema tal-edukazzjoni proposta hi tajba, din ghandha ssir malajr u mhux tibqa fuq l-ixkaffa s-snin ghax m’hemmx mezzi. Ghalhekk ghandhom jinstabu l-mezzi. Dawn il-mezzi jinstabu jekk il-hafna proprjeta zejda tinbiegh jew tinkera skond ic-cirkostanzi.

Il-GRTU temmen li bla bidla fis-sistema tal-Edukazzjoni u Tahrig ir-riallokazzjoni li trid issir ddum tkarkar hafna. Il-GRTU temmen ukoll li trid issir riforma fl-Universita. L-Universita m’hix taqdi il-htigijiet tal-pajjiz sewwa u l-edukazzjoni terzjarja m’hix cost effective. L-MCAST kien success kbir, izda l-Universita mhiex tindirizza ruhha lejn il-problema akuta ta’ riallokazzjoni ta’ risorsi lejn fejn hi l-htiega biex Malta tikkompeti b’sahha f’Suq Wiehed Ewropew. Il-GRTU ghalhekk tipproponi ukoll riforma fl-edukazzjoni universitarja u b’mod partikulari fil-mod kif qed tkun finanzjata l-edukazzjoni universitarja.

Il-proposta tal-GRTU lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni hi li jillikwida l-assi li ghandu u jirrialloka r-rizorsi tieghu biex jimmodernizza u jkun aktar effettiv. Din il-proposta tghodd ukoll ghall-Dipartimenti tal-Gvern ohra. Dawn ukoll ghandhom hafna assi li ma jidhrux fuq il-kotba u mhux qed joperaw b’mod inteligenti fl-uzu alternattiv tar-rizorsi li ghandhom. Din tkun mossa mhux biss biex tghin fil-finanzi tal-gvern u tnaqqas l-infiq fil-manutenzjoni u l-ghassa, izda wkoll li tohloq xoghol gdid fuq progetti godda u tohloq bazi ghall-amministrazzjoni publika aktar efficjenti u moderna. Fuq kollox din ghandha tghin biex is-suq tal-proprjeta jibqa fluwidu u

ma jkunx kemm l-pressjoni li hemm illum minhabba nuqqas ta’ art fabbrikabbli disponibbli fuq is-suq. Il-gvern ma ghandux jibza jbiegh li ghandu jekk li ghandu m’ghadx ghandu uzu prattiku.

7. Il-kwistjoni tal-Pensjonijiet.

Din il-kwistjoni trid tinqata. Il-GRTU diga ipprezentat il-proposti taghha lill-Kumitat li qed jahdem fuq ir-Riforma tal-Pensjonijiet. Hawn qed naccennaw biss il-kwistjoni dwar l-eta ghax din tolqot b’mod dirett l-andament ekonomiku. Il-kwistjoni tal-gholi tal-eta tal-irtirar trid tinqata. L-eta ma ghandhiex tkun imposta bil-Ligi. Li ghandu jkun impost hu n-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet li jaghti dritt ghall-irtirar b’pensjoni shiha. Il-GRTU qed tipproponi seba u tletin sena (37). Min ma jhallasx seba u tletin sena (37) kontribuzzjonijiet ma jkunx jista jirtira b’pensjoni shiha. L-eta tal-irtirar fissa tkun tghodd biss ghall min irid jirtira anke jekk ma jkunx hallas 37 sena kontribuzzjonijiet. Din l-eta ghandha tibqa dik li hi illum, wiehed u sittin sena (61).

Il-bidla l-kbira ghandha tkun fl-eta li n-nies ikunu mgeghla jieqfu mix-xoghol. Il-GRTU ssostni, anke b’konferma mad-Direttiva Ewropea fuq id-Diskriminazzjoni dwar eta, li hadd ma ghandu jkun mgieghel li jirtira minhabba eta u hadd m’ghandu jkun mgieghel jibqa’ jahdem wara li jkun hallas 37 sena kontribuzzjojiet socjali jew ghalaq il-61 sena. Ghandhom izda jidhlu incentivi fiskali li jgawdu minnhom kemm l-impjegati kif ukoll is-sidien biex l-aktar numru ta’ nies possibli jibqghu jahdmu wara li jghalqu 61 sena. L-incentiva ghandha tkun ekwivalenti ghall-hlas tal-kontribuzzjoni socjali, jigifieri d-dhul taxxabbli ghal minn jibqa’ jahdem, jew ghas-sid li jibqa’ jhaddem, ghandu joghla biex jaghmel tajjeb ghall-hlas shih tal-kontribuzzjoni socjali. B’dan l-gvern jiffranka hlas ta’ pensjonijiet, jdahhal l-kontribuzzjonijiet socjali ohra u jdahhal taxxa gdida fuq ir-rata mnaqqsa. Il-pajjiz jiehu wkoll l-valur ekonomiku mizjud tax-xoghol ta’ min jahdem wara l-61 sena. Min jibqa jahdem wara li jkun hallas 37 kontribuzzjonijiet ghandu jinghata bonus li jizdied mall-pensjoni meta jirtira ghall-kull sena zejda li jahdem wara l-hlas ta’ 37 kontribuzzjonijiet jew jekk jibqa jahdem wara l-eta ta’ 61 sena. Ukoll s-self employed jew sidien ta’ negozji li jibqghu jahdmu wara l-61 sena jew wara li jkunu halsu 37 sena kontribuzzjonijiet m’ghandhomx ikunu mghagla jnehhu minn fuqhom xi licenzji ta’ negozju li jkunu registrati f’isimhom jew li jirrezinjaw min xi direttorati ta’ socjetajiet kummercjali. Din l-kwistjoni tal-eta tal-Irtirar trid tinqata b’effett minn dan il-Budget ghax qed tohloq dizincentiva kbira.

Il-Gvern wkoll dwar l-Pensjonijiet jrid jiddeciedi, kif qed tipproponi l-GRTU, li jwaqqaf il-Fond tal-Pensjonijiet fuq bazi ta’ “dota” li l-gvern jaghti lil Fond. Din d-“dota” taghmel tajjeb biex mas-snin titnaqqas l-kontribuzzjoni li l-gvern jaghti lill-fond. Il-GRTU qed tissugerixxi li bi ftehim mall-Knisja, li numru miftiehem ta’ artijiet tal-Joint Office jinghataw lill-Fond tal-Pensjonijiet bhala one block sale

ghall-skopijiet socjali. Wara dan il-Fond ikun jista jiddisponi mill-artijiet skond kriterji tas-Suq u d-dhul kollu minn bejgh jew kiri jmur fil-Fond.

Il-GRTU wkoll qed tenfasizza li l-gvern joqghod lura milli jghaddi l-kwistjoni tal-pensjonijiet min fuq dahru ghall-fuq dahar is-settur finanzjarju privat. Il-GRTU hi kontra l-ispalpaljar tal-fondi tal-pensjoni. Dwar dan il-GRTU ipprezentat proposti cari lill- Working Group li qed jahdem fuq ir-riforma dwar il-pensjonijiet.

8. Riforma fil-Ligi tal-Kera

Il-GRTU taghmilha cara li mhux ser taccetta bidla radikali fil-Ligi tal-Kera. Il-Gvern jaghmel zbal kbir jekk wara li fassal Qafas ta’ Strategiji Ekonomici u Socjali li jghamlu sens u Programm Nazzjonali ta’ Riforma li ghandu jkun il-bazi tal-izvilupp fis-snin li gejjien, jitlef kollox kawza ta’ inkwiet kbir socjali bla bzonn ma hafna sidien ta’ intraprizi zghar u familji kerrejja li jitghafgu taht il-piz tal- kirjiet gholjien li ma jifilhux ghalihom. Il-gvern irid jizen sew il-vantagg tal-liberalizazzjoni tal-kirjiet u l-impatt posittiv li dan ikollu fuq l-attivita ekonomika gdida li tinholoq kontra t-telf ta’ impjiegi u azjendi li jghoddsu taht kirjiet gholjien.

Hafna u hafna negozji zghar mifruxa ma Malta u Ghawdex kollu jgawdu minn rati ta’ kera baxxa u zgur ma jaffordjawx skossi fl-infiq fuq il-kera. Dan ma jfissirx li l-Ligi tal-Kera m’hix ingusta. Il-GRTU taqbel li l-Ligi m’hiex gusta u trid tara bidla izda mhux ser taccetta bidla li filwaqt li tnehhi ingustizzja mas-sidien tal-proprjetajiet, li fosthom hemm hafna membri tal-GRTU, tohloq skosjatura ekonomika kbira li ggieghel hafna negozji zghar jghalqu. Il-bidla trid issir billi jsir pass iehor fuq ir-riforma li ddahhlet fl-1995.

Il-GRTU izda twiddeb li jekk issir riforma bla statistika korretta dwar kemm ser jintlaqtu households u kemm ser jintlaqtu negozji, rahal b’rahal, triq bi triq, u bla ma jsir studju serju tal-impatt socjali u ekonomiku, l-GRTU ma taccettahiex, ghax il-konsegwenzi negattivi jkunu mghobbija wisq fuq l-infiq u d-dhul tas-settur rapprezentat mill-GRTU. Is-settur tan-negozji z-zghar m’ghandu qatt jitwarrab fil-genb u tinghata aktar attenzjoni lis-sidien tal-proprjeta.

9. Riforma fil-Ligijiet biex Jitnehhew l-Ingustizzji Kontra Sidien ta’ Negozji

Il-Gvern kommess li jghin lin-negozji z-zghar ta’ pajjizna li jfendu u jespandu. Izda biex dan isir b’mod effettiv l-gvern irid jara li tinbidel il-mentalita li s-settur pubbliku jhaddem fejn jidhlu n-negozji z-zghar u s-self employed. Numru ta’ Dipartimenti tal-Gvern ghandhom approach li mhu xejn small business friendly. Id-Dipartimenti tal-VAT u tal-Income Tax ghandhom regoli li huma esagerati fejn jidhlu penalitajiet u hlasijiet. Il-gvern b’effett mill-Budget 2006 jrid ibiddel l-oxxenita ta’ multi ta’ natura ta’ uzura li jilhqu l-48% fis-sena. Meta d-Dipartiment

tat-Taxxi Interni jimponi rata ta’ penalita ta’ 4% fix-xahar, din tmur kontra kull principju ta’ gustizzja pprattikata fl-Unjoni Ewropea.

Ghalhekk il-GRTU qed tenfazizza li l-multi u penalitajiet kollha ngusti ghandhom jitnehhew ghall-kollox u mhux ghall-perjodu temporanju ghax la ngusti m’hemmx posthom. Ma jistax ikun li kull fejn ic-civil jistembah wara snin rieqed, jippretendi li n-negozji jhallsu jew jaghlqu. Din mhix attitudni. Wkoll il-gvern ma jistax jibqa’ jqies li kull hlas dovut lilu mhux dejn civili izda dejn kriminali u jibqa jhedded bil-habs. Jew dan il-gvern jemmen fl-intraprizi taz-zghir jew le.

Hadd ma jrid evazzjoni. Zgur mhux il-GRTU ghax il-membri taghha jbatu ferm l-ingustizzja li tohloq l-evazjoni f’dik li hi kompetizzjoni. Izda l-affarijiet iridu jsiru sewwa. Jkunu riformati u aggornati r-rati tat-taxxi. It-taxxi jkunu amministrati ahjar. Izda din tal-penalitajiet bl-addoc u tal-akkuzi kriminali trid tinqata. L-Ufficini tat-taxxi jridu wkoll jirrispondu ghall-esigenzi tan-nies tan-negozju u mhux aktar ghall-esigenza taghhom biss. Ma jistax jkun, per ezempju, li jifthu u jaghlqu l-Ufficini taghhom x’hin joghgob lilhom u jibghatu ghan-nies kumdita taghhom u jitolbu li jridu qishom imperaturi. Il-gvern irid bis-serjeta jibda jiffacilita b’mod gust lil min irid jinvesti u jhaddem lin-nies. Pajjizna hu regulation driven u jrid bilfors isir enterprise driven jekk irridu li l-GDP joghla b’mod konsistenti. Budget 2006 irid bil-fatti jkun favur is-sidien tan-negozji. S’issa Budget wara Budget intqal hafna dwar l-intraprizi z-zghar, izda fil-prattika ghadu sar ftit wisq anke jekk dak li sar hu apprezzat u bidu tajjeb.

10. Eco-Tax

It-taxxa Eco hi taxxa ingusta. L-iskop kien tajjeb izda saret bl-ghagla u halliet effett negattiv hafna fuq in-negozju. It-taxxa kellha tiddahhal fuq prodott li jmur fil-waste stream u mhux fuq il-prodott li ghadu diehel fis-suq u kellha taghti kas tal “first home buyers” u koppji zaghzagh li ghadhom ifornu djarhom. Hadd mis-settur kummercjali ma jqis din it-taxxa bhala strument ta’ waste-management. Is-settur privat irid jikkontribwixxi u jghin fis-soluzzjoni tal-waste management izda l-gvern ma jistax jippretendi li jdahhal il-miljuni l-kbar mill-Eco Tax u jibqa’ fl-istess waqt izomm lin-negozji responsabbli.

Il-GRTU qed twiddeb lill-gvern biex ma jcaqlaqx il-principji tal-Eco Tax kif imhaddma llum: jigifieri taxxa imposta fuq l-ewwel transazzjoni kummercjali li tpoggi prodott fuq is-suq u li ma jdahhalx sistemi li jfasslu l-esperti tieghu jekk mhux bi qbil. Il-GRTU hi kontra ghal kollox ghal proposta li l-Eco Tax tkun imposta fuq dak kollu li jkun impurtat skond id-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni u fuq dak kollu li hu prodott lokalment li hu suggett ghat-taxxa. Mizura bhal din izzid l-ispejjez lil hafna negozji, tgha

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).