
Matul dawn l-ahhar sena u nofs, il-Kunsill Lokali tar-Rabat
(Malta), hadem bla heda biex iwettaq progett ambizjuz fi Triq Santa Rita u
Misrah San Katald. Dan il-progett wassal għal diversi laqghat u bosta
diskussjonijiet, ma' entitajiet, awtoritajiet, dipartimenti tal-Gvern u ohrajn
fejn dan wassal għal diversi għazliet u decizjonijiet li kellhom
jittiehdu. Dan il-progett ser jibda fil-jiem li gejjin.
F'diversi laqghat kordjali
li saru bejn Ufficcjali mill-GRTU u s-Sindku tar-Rabat gie diskuss fid-dettal
l-progett ta' tisbiegh fi Triq Santa Rita k/m Triq Emmanuele Vitale. Ix-xoghol
fuq dan l-progett ser jibda f'Settembru u fost affarijiet ohra ser jikkonsisti
f'tisbiegh ta' bankini, toroq u parkegg.
L-iskeda tax-xogħol ser
isir fi stadji bi Triq Santa Rita
tibqa' aċċessibbli għat-traffiku f'kull hin. Il-proġett ser jibda minn fejn
l-għassa tal-pulizija u jispiċċa fi Triq Santa Rita k/m Triq Emmanuele
Vitale.
Il-GRTU insistiet li matul
l-process tax-xogholijiet s-sidien
tal-ħwienet jibqgħu jahdmu u moqdija kif prezentament qeghdin u jrid
jitħalla aċċess ghas-servizzi mehtiega minnhom. Jitpoġġew platforms
sabiex
il-konsumaturi jkollhom aċċess għall-ħwienet minghajr ma jkunu
f'periklu. L-iskop huwa li kemm jista' jkun
tiġi mnaqqsa l-inkonvenjenza. Il-GRTU talbet sabiex jsiru
l-arranġamenti neċessarji ma' l-entitajiet kollha
involuti sabiex ix-xoghol isir bi pjan ghaqli u efficcjenti.
Il-Kunsill nforma li sakemm qieghed isir l-progett l-bejjiegħa tal-monti ser jaghtu is-servizzi taghhom min tal-Plieri bit-tilar
flimkien mal-vann jew trakk tagħhom. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat ser
jiprovdi servizz ta transport, minn misraħ il-parrocca għal tal-Plieri sabiex
jaqdi lir-residenti u jghin lill-bejjiegħa.
Nifhmu li kulhadd irid jaghti s-sehem tieghu. Dan
il-progett irid ikun lest fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla minghajr ma jkun ta
wisq inkonvenjent. Il-GRTU flimkien mall-Kunsill Lokali tar-Rabat
ser ikomplu jaħdmu bi sħiħ fuq progetti simili, bil-għan li tkompli titjieb
il-ħajja tar-residenti, l-komunita kummercjali u tkompli tinghata spinta
lis-settur turistiku fil-Lokal.
Il-GRTU tiehu l-opportunita' sabiex tirringrazzja lis-Sindku
u lill-Kunsill Lokali tar-Rabat tal-laqghat kordjali li saru mall-GRTU flimkien
mall-membri taghha sabiex dan il-progett jkun jista jsir.