SME Chamber

Premjijiet Nazzjonali ghall-Appogg lill-Intrapiza

 Il-GRTU ircevit il-komunikazzjoni li gejja minghand l-Hon Dr Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari – Negozji Żgħar u Artijiet fil-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment. Ix-xogħol huwa priorita ewlenija fil-ħidma tal-Gvern. Dan joħroġ ċar minn politika li permezz ta' qafas ta' skemi u inċentivi, toħloq l-ambjent ideali biex fih jitkattar l-investiment, u b'hekk jikbru n-negozji.

 Dan il-qafas jestendi ukoll għal-lokalitajiet u ċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula tagħna, mingħajr esklużjoni. Il-Gvern jinkoraggixxi Kunsilli Lokali u entitajiet li jagħmlu inizzjattivi li jinkoraġġixxu n-negozju.

F'dan id-dawl ser iniedu kompetizzjoni fejn jiġu ppremjati inizzjattivi li jappoġġaw l-intraprenditorija. Din il-kompetizzjoni hija l-fazi nazzjonali li twassal ukoll għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni Premji Ewropej għall-Intrapriża (European Enterprise Awards).

Ser ikun hemm żewġ sezzjonijiet distinti fil-kompetizzjoni. Waħda ser tilqa' applikazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali u oħra li tkun miftuħa għal awtoritajiet pubbliċi, organizazzjonijiet nazzjonali, sħubiji pubbliċi-privati, programmi edukattivi u organizazzjonijiet tan-negozju.

Applikazzjonijiet miż-żewġ sezzjonijiet jintlaqgħu għal proġett li jkun inbeda' jew tlesta fl-aħħar sentejn li għaddew u li jkun jikkwalifika taħt waħda mill-ħames kategoriji li jidhru hawn taħt:

1. Promozzjoni tal-Intraprenditorija (Promoting the entrepreneurial spirit)

2. Investiment fil-Ħiliet (Investing in skills)

3. Titjib tal-Ambjent Kummerċjali (Improving the business environment)

4. Appoġġ għall-internazjonalizazzjoni tan-negozju (Supporting the internationalisation of business)

5. Premju għall-Intraprenditorija Responsabbli u Inklussiva (Responsible and inclusive entrepreneurship)

Ir-rebbieħa taż-żewġ sezzjonijiet ser jingħataw il-premju ta' tletin elf ewro (€30,000) kull wieħed filwaqt illi min jiġi iddikjarat fit-tieni post taż-żewġ sezzjonijiet ser jingħata il-premju ta' għoxrin elf ewro (€20,000). Fil-każ tas-sezzjoni miftuħa għall-Kunsilli Lokali ser ikun hemm ukoll massimu ta' sitt premjijiet ta' konsolazzjoni ta' ħamest elef ewro l-wieħed (€5,000).

L-applikazzjonijiet kollha li jiġu sottomessi fiż-żewġ sezzjonijiet, indipendentement jekk ikunux fost ir-rebbieħa tal-fażi nazzjonali tal-kompetizzjoni jew le, ser ikunu eliġibbli għal nominazzjoni biex jikkompetu fil-Premji Ewropej għall-Intrapriża. Dawk li finalment jiġu innominati (massimu ta' tnejn f'żewġ kategoriji differenti) ikunu qed jaqblu u jaċċettaw li jirrapreżentaw lil Malta f'dan ilpremju prestiġġjuż fuq livell Ewropew.

Proġett li jkun diġa ġie innominat biex jikkompeti fil-Premji Ewropej għall-Intrapriża fis-snin ta' qabel ma jkunx eliġibbli biex jerġa jkun innominat għall-kompetizzjoni tal-fażi ewropeja.

L-applikazzjonijiet iridu jaslu d-Dipartiment tal-Kummerċ sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 15 ta' Ottubru 2010, indirizzati lil "Kumitat ta' Selezzjoni, National Enterprise Support Awards".

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil Ms Amanda Saliba fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ fuq +356 2569 0310 jew ibgħat emajl fuq .

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).