SME Chamber

Pregudizzju bla sens kontra l-iskema Green MT

 Green MT hija Skema Nazzjonali li qed twassal biex pajjizna jilhaq il-miri tieghu fejn jilhqu l-obbligi dwar gbir u riciklagg ta' skart tal-ippakkeggjar. Jekk Malta ma tilhaqx l-ghanijiet taghha, pajjizna mhux biss jonqos f'xi haga li hi sewwa u li hu fi dmir li jaghmel imma wkoll ikun suggett ghal penalitajiet kbar imposti fuqu mill-Unjoni Ewropeja.

 

Il-GRTU, bhala l-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji ta' pajjizna, dahlet ghal piz iebes li twaqqaf u thaddem hi stess Skema Nazzjonali li taghmilha facli u aktar possibbli biex is-sidien tan-negozji Maltin jippartecipaw f'dan il-ghan nazzjonali b'anqas piz finanzjarju possibbli.

L-Iskema li thaddem il-GRTU hija interament not for profit u kull bilanc favorevoli li jirrizulta mit-thaddim tal-Iskema jmur lura f'inizjattivi godda ghat-titjib tal-ambjent fil-komunita' kif ukoll fit-tnaqqis reali fit-tariffi li jhallsu l-imsiehba taghha u b'zieda fis-servizzi. L-kontijiet tal-iskema jinzammu minn ditta ta accountants independenti u l-operat kollu tal-Iskema hu suggett ghall-verifika ta' ditta indipendenti ta' awdituri ta' fama internazzjonali u l-istess Skema ta' Geen mt hi wkoll obligata li twettaq verifika dettaljata ambjentali wkoll minn awdituri indipendinti u approvati mil-MEPA bhala ir-Regulatur Pubbliku.

L-iskema nazzjonali Green MT illum hi l-iskema li tigbor l-akbar volum ta' skart ricikabbli, b'14,129 tunnellata migbur matul l-2010, u total ta' 20,700 tunnellata minn meta twaqqfet sal-ahhar ta' Marzu 2011.

Green MT hija ukoll l-iskema li tkopri l-akbar parti tat-territorju Malti u Ghawdxi, b'41 Lokalita', li jfisser li 270,000 resident f'Malta u Ghawdex ghandu lill-Green MT bhala l-organizazzjoni li taghtih is-servizz ta' gbir u riciklagg tal-iskart tal-ippakkegjar. Ghalkemm a not for profit organisation, Green MT titmexxa fuq bazi kummercjali. L-ispejjez il-kbar ta' Green MT huma l-hlasijiet lil aktar minn 70 kuntrattur u service provider. Hija l-politika ta' Green MT li ma tikkompetix mas-settur privat fl-oqsma ta' servizzi li hi tehtieg sabiex twettaq l-obbligi taghha. Kull fejn taghti s-servizz fil-komunita' dan Greenmt twettqu minghajr ebda obbligu finanazjarju jew ta' xi piz iehor fuq il-Kunsilli Lokali jew fuq l-kommunita lokali. Ghal kuntrarju Green MT taghti incentivi lill-Kunsilli Lokali kull fejn tahdem.

Green MT hija l-Iskema li hi responsabbli ghall-akbar numru ta' Bring in Sites f'Malta u Ghawdex, 275 site, u b'kollox Green MT tforni 1,100 skip fil-komunita'.

Green MT thaddem wkoll l-akbar numru ta' kuntratturi – waste carriers – li qatt thaddmu f'Malta fuq skema nazzjonali bhal din u bejniethom dawn il-kuntratturi f'isem il-Green MT jigbru u jiehdu ghall-ippakkeggjar fil-facilita' tal-WasteServ gewwa Sant Antnin, 78% tal-materjal kollu li jircievi l-istess impjant. Hu fatt innegabbli illi kieku ma kienx ghas support shih li taghti l-Green MT lilll-facilita' nazzjonali ta' Sant Antnin, kieku din il-facilita' ta' riciklagg tnaqqas l-operat taghha sostanzjalment ghaliex hija l-Green MT li bl-aktar mod qawwi u konsistenti issosstni lill-facilita' nazzjonali mhaddma mill-WasteServ.

Bhala skema mhaddma fuq bazi kummercjali hu importanti ghall-Green MT illi l-hlasijiet dovuti lilha jsiru fil-pront. Dawn il-hlasijiet dovuti ghandhom jithalsu regolarment. Gimaghtejn ilu fil-fatt Greenmt lahqet ftehim importanti mal-awtoritajiet governativi kollha li minnhom Greenmt trid is-sapport biex ma jkunx hemm dewmien fil-hlasijiet jew fl-azzjonijiet li istituzzjonijiet statali ghandhom jiehdu biex ma jinqalghux problem dovuti minhabba dewmien bla bzonn minn naha ta' dawn l-awtoritajiet ghal kull ma jkun dovut lil Greenmt.

Il-Green MT hi skema vijabbli li tipprezenta regolarment ir-rapporti dettaljati ta' verifika lir-regolatur nazzjonali, l-MEPA; li ghandha r-registrazzjonijiet u l-licenzji kollha opportuni rikjesti mill-ligijiet Maltin u d-Direttivi Ewropej; u qatt u minn imkien ma sar xi rapport negattiv fuq Green mt. Ghal kuntrarju, sew fuq livell nazzjonali Malti kif ukoll fuq livell Ewropew, il-Green MT dejjem giet imfahhra bhala "a best practice enterprise-led organisation" u ghalhekk il-Green MT u l-GRTU ma jarawx ghaliex certi setturi tal-media jibqghu jsibu kull opportunita' biex imaqdru u jippubblikaw artikli inveritieri fuq l-operat ta' Greenmt. Sfortunatament rega dan l-ahhar dehret kitba li ghax ibbazati fuq fatti mghawgin mhux biss taw stampa pregudikata kontra din l-iskema nazzjonali imma serviet biex min hu fid-dmir li jersaq il-quddiem ha jaghti sehmu u jaghti dmieru lejn l-ghan ta' ambjent ahjar ghal kulhadd gie minflok skoraggiet u fil-fatt imhajjar jibqa' jevadi.

Fortunatament min b'entuzjazmu qed jibni u jhaddem din l-iSkema nazzjonali mhux qed ikun skoraggut imma ohrajn, inkluzi il-familji li biss sapport taghhom biss jistghu jintlahqu l-ghanijiet nazzjonali fejn jidhol gbir u separazzjoni ta' skart, qed jigu skoragguti b'dawn l-artikli bla sens u ghalhekk l-GRTU genwinament issaqsi x'inhu l-iskop ta' dan it-tmaqqdir kollu.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).