SME Chamber

Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-uzu sostenibbli tal-pesticidi


Laqgha ta' Konsultazzjoni – Nixtieq ninfurmak li l-Malta-EU Steering and Action Committee
(MEUSAC) flimkien mal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet
tal-Konsumatur (MCCAA) se jorganizzaw laqgħa ta' konsultazzjoni dwar il-Pjan
ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. L-għan ta' dan
il-Pjan hu li jgħin fit-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi
fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

Permezz tat-tfassil ta' dan il-Pjan,
Malta ser tkun qed tilħaq wieħed mill-obbligli stipulati fid-Direttiva
2009/128/KE li tistabbilixxi qafas ta' azzjoni għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi.
Din id-Direttiva ġiet trasposta fil-Liġi Maltija permezz tal-Avviż Legali 489
tal-2011.

L-iskop ta' din il-laqgħa ta' konsultazzjoni hu li jinġabru
opinjonijiet mingħand dawk involuti, jew interessati f'dan is-settur qabel ma
dan il-pjan jiġi ffinalizzat.

Il-laqgħa ser tinżamm nhar
il-Ħamis, 18 ta' Ottubru 2012, fis-2 ta' waranofsinhar, fis-Sala tal-Kunsill
Lokali tan-Naxxar. Din il-laqgħa ser issir bil-Malti.

Jekk tixtieq tattendi, inti ġentilment mitlub tikteb
lill-MEUSAC mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2012 fuq
l-indirizz elettroniku .

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).