
F'Laqgha
kordjali li l-GRTU kellha mall-Ministru Joe Mizzi ftit tal-gimghat ilu giet
diskussa fid-dettal l-problema ta' heavy vihicles u fejn wiehed jista jevita li
ma tinholoqx kongestjoni fit-toroq waqt l-peak hours.
Il-GRTU
taghti s-support shih sabiex tinstab l-ahjar soluzzjoni u li jkun hemm aktar
efficcjenza fit-toroq. Il-GRTU pero tinsab imhassba hafna l-ghaliex minghajr ma
saret l-ebda konsultazzjoni mall-partijiet kollha kkoncernati nfurmata li
ttiehdu decizzjonijiet f'dan ir-rigward fejn jistghu jolqtu hazin lil diversi
setturi li tirraprezenta l-GRTU fosthom; water bowsers, burdnara, trakkijiet li
jgorru materjal li ghandu x'jaqsam max-xoghol ta' kostruzzjoni,
trakkijiet/vannijiet li jiddistribbwixxu oggetti diversi u ohrajn.
Fil-laqgha
gie miftiehem li kellu jigi mfassal pjan ghat-toroq mis-Chief Executive Officer (CEO), Transport Malta li
jissugerixxi fejn heavy vehicles ma jghaddux jew jghaddu u f'liema hinijiet u
anke jsir suggeriment ta' toroq alternattivi ta' min fejn ser jghaddu dawn
il-vetturi sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku. L-GRTU wara tamalgama
l-proposti taghha sabiex jintlahaq ftehim kollettiv ghal benficcju
tal-partijiet kollha kkoncernati.
l-GRTU
ma taccettax li f'certu hinijiet dawn l-vetturi jieqfu mill-operat taghhom. Din
id-decizjoni jekk kemm il-darba tittiehed tista tpoggi fil-perikolu l-impjieg
ta' hafna nies li jirraprezentaw diversi setturi.
Il-GRTU
pproponiet li jsiru laqghat mall-Kunsilli Lokali fejn dawn jistghu jigwidaw
f'alternattivi ohra. Il-GRTU talbet l-assistenza tad-Director of Traffic fejn
bi qbil mall-Ministru kellhom jsiru laqghat maghha qabel ma jittiehdu
decizjonijiet li jistghu jkunu ta' detriment ghal min ser jirciviehom.
L-GRTU
titlob li qabel jsiru dawn l-laqghat ma tittiehed l-ebda decizjoni f'dan
ir-rigward.