Numru ta’ Kunsilli Lokali jidher li qed jiehdu l-Ligi f’idejhom u jimponu pizijiet fuq min joffri servizzi fil-kommunita’ li taqa’ taht it-teritorju b’responsabilta tal-Kunsilli Lokali u s-Sindki. Il-Kunsilli Lokali ma jistghux jaqbdu u jimponu hlasijiet li m’humiex koperti bil-Ligi.

Ezempju car hi l-imposizzjoni ta’ hlasijiet esagerati (sa Lm20 kuljum) imposti fuq kuntratturi li jiehdu kuntratti ta’ xoghol ta’ kostruzzjoni li jinhtieg l-uzu ta’ krejnijiet. Il-kuntratturi qed ikunu kostretti li jhallsu f’certi lokalitajiet (ez: Sliema u St.Venera) ghaliex s-Sindku qed jinsisti li ma johrog permess jekk l-hlas impost minnu ma jsirx. Il-kuntrattur marbut b’kuntratt ta’ xoghol ma jkollux ghazla ohra.
L-Avviz Legali dwar hlasijiet bhal dawn hu car u jimponi biss hlas ta’ Lm1 u l-ebda Sindku ma jista jmur oltre mill-Avviz legali.
Il-GRTU qed taghti Direttiva lill-Kuntratturi biex dawn il-hlasijiet bla forza ma jhallsuhomx u jzommu lill-Kunsilli Lokali li jcahhdu permessi bla dritt legali responsabbli ghad-danni kummercjali kawzati bl-azzjoni taghhom. Il-GRTU wkoll ser titlob li l-hlasijiet migbura bla dritt legali jigu rifondati lura.