
L-GRTU, Kamra Maltija
ghall-Intraprizi Zghar u Medji kitbet lill-Hon Roderick Geldes, Segretarju
Parlamentari, ghall-Biedja, Sajd u d-drittijiet ta` l-annimali, fejn
irringrazzjatu ghall-laqgha kordjali li saret mieghu, fl-4 ta' Gunju 2013.
Fl-Ittra, il GRTU
esprimiet li taqbel mall-proposta li giet ipprezentata fejn intqal li
l-Pitkalija ghandha bzonn tigi orgnizzata sabiex tkun tista twassal servizz
ahjar. Il-GRTU pero qalet li hi kemm xejn imhassba dwar l-pjan imsemmi
fl-istess laqgha li jghaqqad l-istakeholders kollha fosthom l-pitkala,
l-operaturi tal-frott u tal-patata fi progett wiehed.
Waqt l-istess laqgha giet
diskussa l-espressjoni ta' interess fejn is-Segretarju Parlamentari nforma li din ghadha taht diskussjoni u li
l-investitur interessat fil-progett kien tkellem mal-operaturi.
L-GRTU fakkret li
laqqghet lill-operaturi diversi drabi fejn dawn baqghu jinsistu li maghhom ma
saru l-ebda laqghat sabiex tigi diskussa l-espressjoni ta' interess.
Il-GRTU ghaldaqstant
talbet sabiex tigi organizzata laqgha malajr kemm jista jkun sabiex tinghata
izjed informazzjoni fuq il-mod u manjiera ta' kif il-gvern ser jagixxi
fil-konfront ta' din l-espressjoni ta' interess specifikament relatata
mall-importazzjoni tal-frott.
Il-GRTU talbet wkoll
sabiex jergghu jsiru laqghat mal-istakeholders kollha qabel ma tittiehed
decizjoni.