Il-GRTU ilha ghal dawn l-ahhar tlett snin tirraprezentha lill-operaturi tal-water bowsers sabiex jintlahaq l-ahjar arrangament dwar l-operat taghhom. Din l-gimgha l-GRTU laqghet lill-operaturi wara li ntlahaq kompromess mall-Ministeru ghar-Risorsi u Affarijiet Rurali (MRRA), t-Transport Malta (TM) u l-Malta Resources Authority (MRA) fuq affarijiet pendenti.
Fost lissues diskussi;
Tankijiet fuq Trailers;
Gie miftiehem ma' Transport Malta (MT) li fi zmien erbgha xhur jitlesta ezercizzju li bhalissa ghaddej sabiex jinhargu l-log books ghal dawn il-karrijiet. Sadanittant il-Malta Resources Authority (MRA) ser tohrog licenzja temporanja ghal matul dan il-perjodu.
Registrazzjoni ta' Spira;
– Intlahaq ftehim dwar hlas ghar-registrazzjoni tal-ispira
– pagament ghall-dritt tal-licenzja annwali
– module AMR(automatic meter reader)
– fittings addizjonali u
– installazjoni
Sinjali/sticker mizbuha fuq il-vetturi;
Il-GRTU ghan-nom tal-operaturi qeghda tiddiskuti mal MRA l-qies tal-isticker flimkien mal kontenut.
Hlas ghall-qari ta' Meter;
Il-GRTU tkompli tiddiskuti mal Malta Resources Authority (MRA) dwar l-hlas, jekk l-ammont japplikax ghal visita jew ghal kull meter installat.
Rata tal-ilma
Il-GRTU ghada f'diskussjonijiet dwar ir-rata tal-ilma ghaldaqstant l-operaturi mhux ser jigu mitluba ihallsu ghall-ilma li qed itellghu. Il-GRTU tinfurma lil operaturi qabel ma' jidhlu hlasijiet fis-sehh.
Distrubuturi tal-garr tal-ilma 1st class
Il-GRTU tkompli bil-laqghat ma dawn id-distributuri sabiex jigu diskussi u stabbiliti ilmenti pendenti.
Hinijiet tal-operat
L-operat ghandu jsir skond l-kundizzjonijiet tal-licenzja tal-operaturi mahruga mid-Dipartiment tat-Trade.
Il-GRTU tiehu din l-opportunita sabiex tirringrazzja lil dawn l-operaturi tax-xoghol siewi u ta' bzonn nazzjonali li jaghtu f'sitwazzjonijiet ta' emergenza bhalma ma gara din il-gimgha, meta nirien hakmu fabbrika fl-Imriehel.
Il-GRTU titlob lill-awtoritajiet jirrikonoxxu x-xoghol li dan is-settur joffri mhux biss lill-komunita' izda lis-socjeta', meta jintalab, f'kazijiet ta' emergenza. Dan jghamluh b'hila kbira u fil-pront.